Category: Maltese Articles

  • Ċaqlieq fix-Xenarju politiku Ewropew

    Ċaqlieq fix-Xenarju politiku Ewropew

    Bl-Ingliż inħobbu ngħidu li, a week is a long time in politics. Fi kliem ieħor ġimgħa fil-politika hija eternità, għax tant jista’ jiġri xi ħaġa mil-lum għal għada li qatt ma tista’ tbassar bejn wieħed u ieħor x’jista’ jiġri, u jiġru affarijiet li wieħed ma jkunx jistennihom. Din tapplika mhux biss għal Malta. M’hemm l-ebda…

  • Prospetti sbieħ

    Prospetti sbieħ

    Ma nistax nibda dan l-artiklu wara l-elezzjoni mingħajr ma nirringrazja lil kulħadd u nisperaw illi l-ħidma tul din il-leġiżlatura f’dawn il-ħames snin li ġejjin tkun ta’ sodisfazzjon bħalma kienet dik ta’ qabilha fl-aħħar erba’ snin li għaddew.   Jekk tiftakru sew qabel l-elezzjoni kien hemm dak l-istorbju, kritika u kummenti għaddejjin, wieħed jgħaddi fuq l-ieħor…

  • Niddefendu l-interessi ta’ pajjiżna

      Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) li bħalissa qed immexxih jiena irnexxielha tagħlaq erba’ direttivi importantissimi li jixpruinaw is-Suq Kapitali Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-riżultat wasal wara ġranet sħaħa ta’ diskussjonijiet u negozzjati diffiċli mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Dan ir-riżultat pożittiv intlaħaq ukoll grazzi għall-intervent tiegħi li tkellimt mal-Ministru Federali għall-Finanzi…

  • Niddefendi lil Pajjiżi

    Niddefendi lil Pajjiżi

    Hekk kif il-kampanja elettorali daħlet fl-aħħar fażi tagħha, aħna li qed nikkontestaw inkunu mhedijin fl-attivitajiet tal-partit, nitkellmu fuq programmi tar-radju u t-televiżjoni u niltaqgħu man-nies fi djarhom u f’ attivitajiet li norganizzaw. Però għal darbtejn matul din il-kampanja, jiena kelli nitlaq kollox minn idi biex naqdi dover importanti, dak li niddefendi lill-pajjiżi barra ninn Malta…

  • Proposti elettorali bi ħsieb

    Proposti elettorali bi ħsieb

    L-ekonomija tagħna għaddejja tajjeb u għalhekk m’ għandiex bżonn xi stimolu speċjali, bħal magna ta’ karozza li tkun għaddejja fuq il-highway b’veloċità tajba u aħna rridu inżommu dak ir-ritmu li rnexxielna nilħqu. Għalhekk ninkwetaw meta naraw lil min jipprova jtellef il-kisbiet tagħna. La dan huwa l-iskop tagħna, allura wieħed  forsi jistaqsi, għalfejn qed tipproponu aktar…

  • Il-laqgħat f’Washington u l-andament ekonomiku dinji

    Il-laqgħat f’Washington u l-andament ekonomiku dinji

    Ħmistax ilu attendejt għall-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u tal-Bank Dinji f’Washington fl-Istati Uniti, li jsiru flimkien darbtejn fis-sena. Magħhom, attendejt ukoll għal-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20, peress li Malta għandha l-presidenza tal-Kunsill tal-EU u jiena l-President tal-ECOFIN. Miegħi kelli sew lil Gvernatur u anke lid-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għaldaqstant, irrapreżentajt lill-Unjoni Ewropea f’din il-laqgħa flimkien…

  • Il-Borża ta’ Malta ssir aktar aċċessibbli għan-negozji ż-żgħar

    Il-Borża ta’ Malta ssir aktar aċċessibbli għan-negozji ż-żgħar

    Il-Borża ta’ Malta għalqet 25 sena imwaqqfa. Il-Borża hija suq fejn wieħed ibiegħ jew jixtri bonds tal-gvern jew shares ta’ kumpaniji. Meta kumpanija tixtieq tissellef xi flus, ngħidu aħna €50 miljun minn fuq il-Borża, tagħmel dak li ngħidulu Initial Public Offer jew IPO jiġifieri hi tħabbar li ser toffri ishmba jew bonds lis-suq, u dan…

  • Il-Laqgħa Informali Tal-Ecofin F’Malta

    Il-Laqgħa Informali Tal-Ecofin F’Malta

    Wieħed beda jinnota, sew mit-televiżjoni, sew meta jkun dieħel il-Belt, li hawn aktar attività minn tas-soltu. Dan mhux biss minħabba t-turisti, iżda minħabba l-ammont ta’ konferenzi, ministri, delegati karozzi uffiċċjali u pulizija li narawhom għaddejjin mit-toroq tal-Belt Kapitali tagħna.   Din l-attività kollha hi marbuta mal-fatt li, kif jaf kulħadd, fl-ewwel sitt xhur ta’ din…

  • Mhix manna li se tieħu xi ħaġa minnha imma ħelsien ekonomiku

    Mhix manna li se tieħu xi ħaġa minnha imma ħelsien ekonomiku

    Wara 34 sena pajjiżna reġa’ kellu surplus fil-finanzi tal-Gvern. Kien fis-sena 1981 li kien seħħ dan. Aħbar pożittiva li ftit wara li tħabbret tkellimna dwarha mal-Ministru Scicluna. Mistoqsi dwar il-fatt li quddiem aħbar bħal din se tikber l-istennija tan-nies, ilMinistru Scicluna qalilna li, “is-surplus mhu xejn ħlief li ttaxxi tagħhom mhux intefqu kollha u b’hekk…

  • Wegħdiet fiergħa ta’ qabel l-Elezzjonijiet

    Wegħdiet fiergħa ta’ qabel l-Elezzjonijiet

    Dan l-aħħar ir-Repubblikani fl-Istat Uniti, imbuttati ħafna il-President Donald Trump, mexxew bil-qawwa il-leġiżlazzjoni ġdida bl-iskop li jkissru u jarmu r-riforma li kien għamel il-President ta’ qablu Obama dwar is-saħħa, li r-Repubblikani stess kienu laqqmuha Obamacare.     Permezz ta’ din is-sistema, il-Gvern Amerikan immexxi minn Obama kien ħa miżuri sabiex jestendi s-servizz tas-saħħa lill-Amerikani fqar…