-
Malta madwar il-mejda tal-G20
Il-G20 hija laqgħa tal-iktar għoxrin pajjiż importanti fid-dinja fejn jieħdu deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm il-koperazzjoni f’oqsma fejn il-problemi jissolvew aħjar permezz tal-koperazzjoni internazzjonali, milli jitħallew f’idejn pajjiż wieħed. Fost dawn l-oqsma nsibu l-kummerċ estern, il-klima u l-istabilità finanzjarja globali. Dawn huma suġġetti li jirrikjedu koperazzjoni u m’hemmx istituzzjoni li tiffoka bilfors b’dan…
-
Ir-Rota Ekonomika
Ħafna jirreferu għall-ekonomija bħala rota. Hawn min jgħid li r-rota qegħda iddur jew inkella r-rota qegħda iżzaqżaq, jew weħlet meta l-ekonomija tkun staġnata. Fil-fatt l-ekonomisti jħarsu lejn l-ekonomija bħala ċirku, fejn wieħed jagħti lill-ieħor biex terġa tiġi minn fejn bdejt. Minn x’ imkien trid tibda. Ejja nibdew u nagħtu ħarsa lejn il-familji bħala istituzzjoni. Il-familji…
-
Kontabilita’ budgetarja akbar tal-Unjoni Ewropea
Il-ġimgħa li għaddiet, kelli sessjoni fil-Parlament Ewropew bħala l-Presidenza tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li hu magħruf bħala l-ECOFIN biex nirrapporta dwar il-budgets ta’ l-Unjoni Ewropeja għas-sena elfejn u ħmistax. Dan huwa dwar l-awditjar ta’ budget enormi Ewropew li jikkonsisti minn il-fuq minn mija u ħamsin biljun ewro li jintefqu mat-tminja u għoxrin…
-
Il-Presidenza Maltija qed turi x’issarraf
Il-ġimgħa li għaddiet, għat-tieni darba taħt il-Presidenza Maltija għall-Unjoni Ewropea, kellna l-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku u Monetarju, li hu magħruf bħala l-ECOFIN. Dak li għamilna f’din it-tieni laqgħa huwa importanti ħafna għal pajjiżna għax urejna żewġ affarijiet. L-ewwelnett f’din il-laqgħa urejna li dawk kollha li kienu qegħdin jaħsbu illi Malta, għal xi raġuni jew…
-
Enerġija aktar irħisa u nadifa: Għalfejn l-Oppożizzjoni qisu ma tridhiex
Naħseb li fost l-aktar argumenti politiċi kollha f’pajjiżna, l-aktar wieħed sħun u li jqanqal l-għajjat u r-rabja tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, huwa l-pjan tal-Gvern dwar l-enerġija u dak kollu marbut miegħu bħall-Enemalta u l-Electrogas. Jekk wieħed jikkalma ftit u jħares lejn dan kollu b’mod kemmxejn iddistakkat, wieħed jista’ jifhem li t-tariffi għolja tad-dawl u l-ilma kienu fost…
-
L-iżbilanċi ekonomiċi
Ma tantx huwa kumplimentuż li tgħid lil xi ħadd li għandu argument żbilanċjat, għax il-kelma żbilanċ għandha konnotazzjoni negattiva peress li fil-ħajja nippruvaw nilħqu l-bilanċ u mhux l-iżbilanċ. Mela ara kemm huwa aktar offensiv jekk tgħid lil dak li jkun li huwa żbilanċjat kollu kemm hu! Fl-ekonomija wkoll jeżistu l-bilanċi u l-iżbilanċi. Hemm fil-fatt dawk…
-
L-ewro hija l-problema, jew is-soluzzjoni?
Il-ġimgħa l-oħra, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, kont fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Iżda fejn fil-ġimgħa ta’ qabel mort biex inwassal il-prioritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri Parlamentari Ewropej, din id-darba pparteċipajt fil-Ġimgħa Interparlamentari Ewropea fejn membri mit-28 Parlament nazzjonali tal-EU jiltaqgħu mal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu temi komuni. Fil-każ tagħna, tkellimna dwar is-semestru ekonomiku; dwar l-ewro. Għal din il-laqgħa, jiena…
-
Lura ma’ sħabi fil-Parlament Ewropew
Ninsab ċert li issa kulħadd jaf sew li Malta qed tmexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala Ministru għall-Finanzi, jiena għandi l-Presidenza tal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi, magħruf bħala l-ECOFIN, u fost id-dmirijiet li għandi, il-ġimgħa li għaddiet iltqajt mal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Economiċi tal-Parlament Ewropew, magħruf bħala l-ECON. Dan il-kumitat jiena nafu sew, għax fiż-żmien…
-
Is-Sekwenza tal-Ħin
Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar ir-riskju u dwar kemm huwa fattur importanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sew dawk ekonomiċi, kif ukoll dawk politiċi u dawk kummerċjali. Illum ser nitkellmu dwar l-importanza tal-ħin, jew inkella, s-sekwenza tal-ħin fl-ambitu ta’ deċiżjonijiet marbuta wkoll mal-ekonomija, politika u kummerċ. Iżda mhux biss. Ċertament, il-ħin mhuwiex xi kunċett ġdid. Imma biex nispjega…
-
Malta hi Tax Haven?
Jekk hemm kelma li qed tintuża ħafna fil-midja sew lokali u speċjalment barranija hija l-kelma Ingliża, tax haven, li tfisser port kenni jew x’imkien fejn jipproteġi mit-taxxa. Il-frażi użata mill-Franċiżi u t-Taljani hija paradis fiscal u paradiso fiscale, jiġifieri ġenna fiskali. It-tlett frażijiet jirreferu għal kenn mill-ħlas tat-taxxa, però, kenn mil-liema taxxa? Taxxa għolja. Jiġifieri…