Category: Maltese Articles

  • Ir-riskju meqjus

    Ir-riskju meqjus

    Ir-riskju bħala kunċett huwa bbażat fuq il-probabiltà li fil-futur, ser tiġri xi ħaġa. Meta nitkellmu fuq riskju, jiġuna f’moħħna l-aċċidenti, bħal pereżempju r-riskju assoċċjat mas-sewqan ta’ xi vettura, jew li tivvjaġġa permezz tal-ajruplan, vapur jew ferrovija. Hemm min, biex jiċċajta, jgħid li saħansitra s-sempliċi fatt li jmur jorqod fis-sodda jippreżenta ċertu ammont ta’ riskju, għax…

  • Ir-riżoluzzjonijiet għall-2017, nagħmluhom biex niksruhom?

    Ir-riżoluzzjonijiet għall-2017, nagħmluhom biex niksruhom?

    Ma nafx kemm għadhom moda, però fl-ewwel tas-sena hemm id-drawwa li jsiru r-riżoluzzjonijiet għas-sena l-ġdida – min li ma jpejjipx iżjed jew li jagħmel dieta – insomma, kwalunkwe ħaġa li kienet drawwa fil-passat u jaf li ma kienitx tajba. Għalhekk, dak li jkun, għax irid ibiddel ir-rotta ta’ ħajtu, biex ngħidu hekk, jagħmel riżoluzzjoni biex…

  • Is-sena li qed tintemm

    Is-sena li qed tintemm

    Meta wieħed jasal lejn l-aħħar tas-sena, irid u ma jridx, ikollu jħares ftit lura lejn x’ġara matul dawk it-tnax-il xahar u jixtarr ftit dak li ġara.   Però meta jkunu ġraw ħafna ġrajjiet, mhux faċli li tiftakar kollox. Allura tajjeb li għall-inqas wieħed jislet l-aktar avvenimenit importanti li meta tagħsarhom jistgħu jfissru xi ħaġa għall-futur.…

  • Malta u d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Maghreb

    Malta u d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Maghreb

    Il-Maghreb, reġjun li jiġbor dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-Punent tal-Eġittu, jiġifieri l-Libja, t-Tuneżija, l-Alġerija, l-Marokk u l-Mawritanja. Dawn jissejjħu l-pajjiżi tal-Maghreb, għax jinsabu fix-xaqliba tad-dinja Għarbija li tagħti għal fejn tinżel ix-xemx. Għall-kuntrarju, il-pajjiżi li jinsabu fil-Lvant tal-Eġittu, jiġifieri l-Libanu, l-Palestina, l-Ġordan, is-Sirja u l-Iraq huma magħruf bħala l-Mashriq. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, l-pajjiżi tal-Maghreb…

  • X’tista’ toffri Malta waqt il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

    X’tista’ toffri Malta waqt il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

    Issa li qegħdin fuq l-għatba tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, x’qed jistennew minn din il-Presidenza s-27 pajjiż l-ieħor tal-Unjoni Ewropea? X’inhi dik ix-xi ħaġa speċjali li Malta tista’ tagħti aktar, jew anqas, minn ħaddieħor? Dawn huma l-mistoqsijiet li nippruvaw nieħdu minn moħħ id-delegazzjonijiet li niltaqgħu magħhom. Illum, wara ltqajt ma’ bosta ministri barranin, kummissarji tal-Unjoni…

  • Laqgħat bilaterali mal-Ministri Ewropej

    Laqgħat bilaterali mal-Ministri Ewropej

    Iktar ma qed jersaq il-bidu tal-Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri fil-bidu tas-sena d-dieħla, iktar wieħed qiegħed jinnota kif il-Prim Ministru  qed isiefer iktar biex jiltaqa’ ma’ numru ta’ kapijiet ta’ gvernijiet Ewropej. Bl-istess mod, ċertu ministri, qegħdin isiefru biex jiltaqgħu ma’ ministri Ewropej li jkopru dekasteri simili. Fil-każ tiegħi, bħala l-Ministru għall-Finanzi, qed ikolli…

  • Innovazzjoni u politika li tisfratta

    Innovazzjoni u politika li tisfratta

    Mhux l-ewwel darba li tisma’ lil min jgħid, “ara f’hiex ġejna” jew “ara kif tbiddilna”. Per eżempju tidħol f’lukanda u tara familja li suppost ġew biex igawdu x-xemx u s-sbuħija tal-baħar u tarahom ġol-lobby moħħhom fil-kompjuter mitlufin u ma jkellmux lil xulxin. Jew inkella tara nies illi minflok imorru jixtru fil-ħwienet, jibqgħu id-dar u jixtru…

  • Ir-rwol ta’ Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

    Ir-rwol ta’ Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

    S’issa naħseb li kulħadd sema’ bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u li Malta ser tassumi din il-presidenza għall-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla Però, xi tfisser il-Presidenza? Bħal ma nafu, l-Unjoni Ewropea taħdem permezz ta’ tliet istituzzjonijiet. L-ewwel waħda hija l-Kummissjoni, fejn hemm 28 kummissarju taħt it-tmexxija ta’ Jean-Claude Juncker. Imbagħad għandek żewġ istituzzjonijiet oħra li għandhom…

  • X’hemm wara r-riżultati elettorali fir-Renju Unit u l-Amerika

    X’hemm wara r-riżultati elettorali fir-Renju Unit u l-Amerika

    Ir-riżultat tal-elezzjoni għall-President tal-Istati Uniti tal-Amerka kulħadd sema’ bih, riżultat li donnu ixxokkja lil bosta, fosthom lill-media, kif ukoll ċertu politiċi Ewropej. Però wieħed jista’ jgħid l-istess ħaġa għax-xokk li ta lil kulħadd ir-riżultat tar-referendum li sar f’Ġunju li għadda fir-Renju Unit, fejn il-poplu, għallinqas fil-maġġoranza tiegħu, wera x-xewqa li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. It-tnejn huma…

  • Żbalji bażiċi ekonomiċi

    Żbalji bażiċi ekonomiċi

    Id-diskussjoni tal-baġit għaddiet ukoll. Jekk ngħidilkom li ntużat statistika skont il-konvenjenza minn min ried jikkritika l-baġit, żgur li m’intomx sa tkunu sorpriżi. Din id-darba però mhux biss l-interpretazzjoni ta’ statistika illi ġiet mgħawġa, iżda anke l-użu tal-metodoloġija li biha tinġabar. Ħa nkun ċar, fuq naħa waħda għandek oppożizzjoni li tgħid illi l-pagi minn sena għall-oħra waqgħu b’mod reali u l-istess anke għall-produzzjoni. Minn naħa l-oħra il-Gvern qed…