Category: Maltese Articles

  • Il-Borża u l-Investiment Finanzjarju

    Il-Borża u l-Investiment Finanzjarju

    L-investiment finanzjarju qisu munita biż-żewġ naħat tagħha. Fuq naħa waħda għandek id-depożitant jew l-investitur. Dak illi għandu flusu u jgħaddihom lil ħaddieħor u talli jagħmel hekk, jieħu ritorn sodisfaċenti għalih. Filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandna l-kumpaniji, illi għandom ħafna ideat però ma’ jkollhomx il-finanzi u għaldaqstant jaqgħu fuq min jipprovdi dawn il-finanzi. Dawn imbagħad…

  • Il-ħsieb wara l-aħħar erba’ baġits

    Il-ħsieb wara l-aħħar erba’ baġits

    Naħseb li l-ebda baġit li niftakar jiena ma qajjem diskussjoni sana dwar it-tqassim tal-ġid u dwar l-irwol tal-paga minima, daqs il-baġit li qrajt nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru. Kien hemm min qal illi dan kien baġit ta’ qabel l-elezzjoni, iżda dan il-kliem intqal ukoll wara l-ewwel, it-tieni u t-tielet baġit, allura ma tantx sa jimpressjona…

  • X’ser jieħdu l-pensjonanti is-sena d-dieħla

    X’ser jieħdu l-pensjonanti is-sena d-dieħla

    L-anzjani ser ikunu fost l-aktar faxxa ta’ membri tas-soċjetà tagħna li ser jibbenefikaw mill-baġit li ħabbart nhar it-Tnejn li għadda, grazzi għal pakkett ta’ 20 miżura intiża biex jiżdiedilhom id-dħul, fosthom permezz tal-qtugħ ta’ taxxa, kif ukoll għajnuna estiża għall-carer u għajnuna oħra. Dan kollu ser jidħol fis-seħħ fl-2017.   Nixtieq nispjega aktar fil-fond dan…

  • Il-Vantaġġi ta’ Pajjiżna

    Il-Vantaġġi ta’ Pajjiżna

    Fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa l-oħra tkellimt dwar il-kompetittività u kif din taffettwa lil kull pajjiż f’diversi oqsma, bħall-pagi, is-suq tax-xogħol, l-investiment, x’tip ta’ riżorsi għandu dak il-pajjiż u kif titkejjel il-klassifika tal-pajjiżi skont il-kompetittività tagħhom. Aparti dan kollu, hemm aspett ieħor tal-kompetittività li huwa importanti għal pajjiżna, jiġifieri li fl-strateġija tiegħu juża dawk is-setturi fejn huwa…

  • Il-Kompetittività ta’ Pajjiżna

    Il-Kompetittività ta’ Pajjiżna

    Ta’ sikwit nisimgħu min jgħid li pajjiżna għandu bżonn ikun aktar kompetittiv, imma l-kompetittività xi tfisser, u għaliex hija daqshekk importanti għal pajjiżna? Jekk inħarsu lejn id-dinja tan-negozju naraw li ħanut ikun kopetittiv jekk joffri prodotti ta’ kwalità għolja bi prezzijiet li jkunu baxxi. Meta jiġri hekk, jirnexxielu jiġbed ferm aktar klijenti u jbiegħ ferm…

  • Il-faqar fil-mira tal-baġits tal-Gvern

    Il-faqar fil-mira tal-baġits tal-Gvern

    Il-ġimgħa l-oħra l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħareġ l-aħħar figuri u inidikaturi relatati mal-faqar għas-sena 2014 u parzjalment ukoll hemm xi indikaturi għas-sena ta’ wara. Kulħadd ikun qed jistenna dawn il-figuri, speċjalment għax għandna gvern li hu kommess li jwaqqa’ ir-rata tal-faqar u n-numru ta’ nies li sfortunatament jkunu f’dan l-istat Bħal ma għidt fil-konferenza stampa…

  • Il-Budget u l-Imsieħba Soċjali

    Il-Budget u l-Imsieħba Soċjali

    Waqt il-preparazzjoni għall-budġet ikollna diversi laqgħat importanti fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li jiġbor fi ħdanu l-imsieħba soċjali, li huma it-trade unions, l-għaqdiet kollha ta’ min iħaddem u l-Gvern.     Peress li l-laqgħat tal-MCESD isiru fil-magħluq u l-ġurnalisti jkunu mistiedna biss għall-ewwel ftit minuti ta’d awn il-laqgħat, sabiex jieħu togħma…

  • Taxxa Kompetittiva

    Taxxa Kompetittiva

    Mhux l-ewwel darba li nies fil-politika jmaqdru pajjiżi oħra biex jaġevolaw lil pajjiżhom. Nafu li ngħixu f’dinja kompetittiva u dak li jkun jipprova jtejjeb ir-reputazzjoni ta’ pajjiżu billi jwaqqa’ r-reputazzjoni ta’ ħaddieħor. Dan jiġri f’ħafna oqsma, iżda dan l-aħħar qegħdin narawh jiġri ta’ spiss  fil-qasam tat-taxxa. Dan l-aħħar, kien hemm min li biex jidher li…

  • Ir-riskji ekonomiċi

    Ir-riskji ekonomiċi

    Meta l-affarijiet ikunu sejrin sew u l-maġġoranza tan-nies qed jaraw l-affarijiet f’dawl pożittiv, mhux l-ewwel darba li ssib lil min ikun negattiv u joqgħod ifittex l-“imma”. Dan isir kemm fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll fl-ambitu ta’ kif jitmexxa l-pajjiż. Dawn in-nies kienu jeżistu minn ewl id-dinja, tant li fil-Mitoloġija Griega nsibu lill-persunaġġ ta’ Cassandra li…

  • Prosperita b’Ġustizja Soċjali

    Prosperita b’Ġustizja Soċjali

    Prosperita b’Ġustizja Soċjali Il-ġimgħa l-oħra nedejna d-dokument ta’ qabel il-budġet bit-titlu ta’ Prosperita b’Ġustizja Soċjali. Dan id-dokument jagħti togħma tal-viżjoni tal-gvern, kif ukoll jittratta suġġet partikolari. Għal din is-sena intgħażel is-suġġett ta’ kif l-edukazzjoni tista’ tgħin biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiż. Ikun hawn min jaħseb li d-dokument ta’ qabel il-budget ikun fih il-budget innifsu, iżda dan…