-
L-ekonomija qed tikber għax hawn l-istabilità
F’dawn l-aħħar sentejn, Malta esperjenzat tkabbir ekonomiku li poġġieha fuq quddiem nett, kemm mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll taż-Żona Ewro għaliex il-Gvern qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn u għaliex f’pajjiżna qed tirrenja l-istabilità politika, fil-banek, fl-attività ekonomika u fl-investiment. Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna f’intervista ma’ din il-gażżetta. Il-Ministru Scicluna qal…
-
Il-Kapital hu Essenzjali għat-Tkabbir Ekonomiku
Għal ħafna nies il-kelma “kapital” tfisser xi flus li jkunu ġemmgħu u poġġewhom f’xi bank jew ieħor. Għall-ekonomista u l-ekonomija, iżda, il-kapital huwa xi ħaġa ferm aktar sostanzjali. F’kuntest ekonomiku, il-kapital huwa dak il-fattur ta’ produzzjoni, dik it-triq, il-fabbrika, il-makkinarju, il-bini, is-sistema tat-telefown, li fl-ekonomija iġġiegħlha tikber u tespandi. Hemm teorema stabbilita li aktar ma…
-
Lil hemm mill-Kliem Sabieħ għal Malta
Ftit jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea ppublikat it-tbassir ekonomiku u finanzarju tagħha tax-Xitwa (Winter Forecast 2015) għall-membri kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna. Dan mhux l-unika tbassir ekonomiku li jsir. Aħna stess bħala pajjiż regolarment nagħmlu tbassir fuq l-ekonomija tagħna, u l-andament mistenni minna għax-xhur li jkunu ġejjin. Tbassir simili jsir ukoll mill-Bank Ċentrali ta’ pajjiżna, kif…
-
L-importanza tal-Kredibilita’
Waħda mill-kwalitajiet l-iktar importanti li Gvern irrid iħaddan biex ikun jista’ jikseb l-istabilita’ fil-pajjiż, u b’hekk iżżied il-potenzjal tal-ekonomija, hija l-kredibilita’. Dan il-Gvern għaraf l-importanza ta’ dan il-valur, u għalhekk sa mill-bidu tal-amministrazzjoni tiegħu beda jaħdem bis-sħiħ biex jirbaħ il-kredibilita’ tan-nies li l-Gvern ta’ qabel kien tilef kompletament. U hu għalhekk li fi “track record”…
-
Uzu aħjar tal-Propjeta’ mill-Anzjani
Huma ħafna li jitolbu pariri kif jamministraw il-flus tagħhom. Mhuwiex dejjem faċli li tagħti risposta sempliċi għaliex fil-ħajja, ċ-ċirkustanzi jinbidlu, u allura l-mod ta’ kif jistgħu jiġu amministrati l-flus u l-investimenti ta’ kull persuna jvarjaw u jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi. Pereżempju, huwa diffiċli li wieħed iġemma’ meta wieħed għandu familja, speċjalment jekk dak għandu wkoll it-tfal…
-
2015 – X’nistennew minnha?
X’nistgħu nistennew minnha s-sena 2015? Filwaqt li hu difficli li tbassar il-futur, ħafna mill-kwistjoni li se naraw jiżviluppaw quddiem għajnejna fix-xhur li ġejjin diġa` nibtu jew nżeraw fis-sena ta’ qabel tal-2014. Fosthom hemm il-kwistjoni tal-prezz taż-żejt, il-problema tar-Russja, l-Unjoni Ewropea u l-mod kif din qed tbiddel id-direzzjoni tagħha, u l-ekonomija kemm globali kif ukoll dik…
-
2014: Sena li qabzet l-Aspettativi Ekonomici
Huwa normali li lejn l-aħħar tas-sena wieħed iħares ftit lura u jara minn xiex ikun għadda l-pajjiż, sabiex jiġbed il-konklużjonijiet ta’ dak li ġara, u dak li jkun ma ġarax. Mil-lat ekonomiku, wieħed jista jgħid li s-sena 2014 kellha andament li ma kienx kompletament kostanti. Fl-Unjoni Ewropeja, iżda, it-tkabbir baqa’ kajman. Aktar inkwetanti minn hekk,…
-
Malta fil-Quċċata tat-Tkabbir Ekonomiku
Din il-ġimgħa l-aġenzija tal-istatistika Ewropea Eurostat ippubblikat r-rata ta’ tkabbir ekonomiku għal pajjiżna għat-tielet kwart ta’ din is-sena. Din ir-rata kienet waħda kbira ta’ 3.8 fil-mija. Xi tfisser din għalina? L-ewwelnett, biex wieħed jara l-kobor tagħha, jew iqis kemm hija b’saħħitha din ir-rata, wieħed għandu jikkomparaha mar-rati tas-seba’ u għoxrin pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Nistgħu…
-
Il-Baġit 2015 huwa issa Approvat
Bħalissa qed nisimgħu ħafna dwar kif l-Unjoni Ewropea qed tiskrutinizza u tevalwa l-baġits rispettivi tal-pajjiżi li jikkostitwixxu l-membri taż-Żona Ewro. Dawn jammontaw għal b’kollox tmintax–il pajjiż, li jinkludu lil pajjiżna. Din l-evalwazzjoni li qed issir fuq il-baġits li ġew ippreżentati minn dawn il-pajjiżi, u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-baġits jistgħu jiġu aċċettati jew le. Xi…
-
Il-Mekkaniżmu tal-Cola
Ftit jiem ilu l-kelliem għall-finanzi tal-Oppożizzjoni s-Sur Tonio Fenech ħareġ jitkaża bil-Gvern b’kemm se jagħti COLA baxxa għall-għoli tal-ħajja, filwaqt li jiftaħar li fil-gvern tagħhom kienu taw COLA akbar u b’saħħitha ta’ ’l fuq minn tliet ewro fil-ġimgħa. Din kienet ħaġa wisq sorprendenti li ma kontx nistenna mingħand il-kelliem tal-Oppożizzjoni. li jgħid li l-COLA tiġi…