-
Tieqa fuq il-Baġit 2015
Il-ġimgħa l-oħra fil-Ministeru tiegħi lestejna biċċa xogħol kbira u importanti fil-kalendarju baġitarju. Dan hu l-abbozz għall-baġit li ġej għas-sena 2015, magħruf bl-Ingliż bħala d-Draft Budget. Dan hu dokument li hu mitlub mill-Kummissjoni Ewropea u li jintbagħat fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena lill-Kummissjoni mill-pajjiżi kollha li huma fiż-Żona Ewro. Din hija t-tieni darba li Malta…
-
Nisma’ u Nara lil Kulħadd
Hekk kif ġara s-sena li għaddiet, ix-xahar ta’ Settembru kien dak ix-xahar li fih ġie ippubblikat id-dokument ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, il-Pre Budget Document, li nħareġ mill-Ministeru għall-Finanzi. Ta’ min jinnota li dan il-baġit hu intiż biex jispjega l-qafas li fuqu se jitwaqqaf il-baġt. Għal dan il-għan, dan id-dokument ma’ fihx miżuri, iżda hu…
-
Is-Settur Privat hu l-Mutur tal-Ekonomija u tal-Ħolqien tax-Xogħol
Jekk intohom bħali kontu qed issegwu l-aħbarjiet dawn l-aħħar jiem, kontu tisimgħu ta’ spiss il-kliem ‘settur privat’ u ‘settur pubbliku’, l-iżjed fejn jirrigwarda il-qasam tax-xogħol. Dan għaliex, naturalment, kul min qed jaħdem u għandu xogħol, jew qiegħed impjegat ma xi intrapriża privata, jew jaħdem mal-Gvern. Iżda minkejja li dawn iż-żewġ oqsma huma simili hekk kif…
-
L-indiċi tas-sentiment ekonomiku x’valur għandu?
Xtaqt nuża din l-opportunità biex nagħmel aċċenn fuq kif, biss ftit jiem ilu, l-aġenzija tal-istatistika Ewropea (Eurostat) ippubblikat dawk li ngħidulhom l-indiċi tas-sentiment ekonomiku. Dan jiġifieri statistika li tindika kemm qegħdin ipoġġu fiduċja n-nies ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fl-ekonomiji tal-pajjiżi tagħhom, u fatturi oħrajn bħal pereżempju jekk iħossuhomx li marru għall-aħjar, jew għall-agħar. Din…
-
Jesploraw opportunitajiet għall-koperazzjoni
Malta u l-EBRD Kelli bosta okkażjonijiet li nitkellem dwar il-banek kbar tal-investiment u l-iżvilupp (Development Banks). Dan għax dawn il-banek għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp infrastrutturali kif ukoll soċjali ta’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Fost dawn il-banek tant importanti hemm il-Bank tal-Investiment Ewropew (EIB), bank li bl-assistenza tiegħu bħala membru stat tal-Unjoni Ewropea, Malta wettqet,…
-
Aktar trasparenza fil-finanzi pubbliċi
Il-ġimgħa li għaddiet kienet waħda importanti għal pajjiżna. Dan għax ġiet approvata fil-Parlament, bi qbil mal-Oppożizzjoni, liġi li tittrata dwar ir-Responsabbiltà Fiskali li hija essenzjali sabiex niżguraw ruħna li t-tmexxija fiskali responsabbli ssir parti integrali mill-istrutturi tal-Gvern. Din il-liġi hija ‘milestone’ fl-istorja ta’ Malta hekk kif hi l-ewwel darba li se jkun hemm regolamenti…
-
Min jidħak l-Aħħar jidħak L-Aħjar
Iridu jkunu jafu minn fejn ser insibu l-flus għad-diżastru li ħallew bl-Arriva. Kif ser nagħmlu biex inpattu għall-biljetti tat-trasport pubbliku li kellhom jitraħħsu għall-barranin wara li l-Kummissjoni widdbet lill-Gvern ta’ qabel u qaltlu li għamel froġa. Iridu jkunu jafu kif ser inniżlu d-dejn li tellgħu matul il-25 sena. Iridu jkunu jafu kif ser insibu l-flus…
-
Mexjin fuq ir-‘road map’
Biss ftit jiem ilu, Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat tliet dokumenti bħala risposta għar-rapporti li ħejja l-Gvern Malti tul ix-xahar ta’ Ottubru. Dawn huma l-Commission’s Assessment of the Economic Partnership Programme, l-Assessment of the Report for Real Effective Action u l-Assessment of the Draft Budget 2014, kif ippreżentati lill-Gvern mill-Kummissjoni. Ir-rapporti min-naħa tal-Gvern saru f’Ottubru qabel il-preżentazzjoni…
-
L-istatistika taħt skrutinju
Ftit jiem ilu fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali għaddejt xi rimarki dwar nuqqas ta’ ċarezza fir-rappurtaġġ ta’ statistika vitali, bħalma hi r-rata tal-qgħad u r-rata tal-inflazzjoni. Kont primarjament qiegħed nirreferi għall-midja. Għidt ukoll li l-aġenzija nnifisha, l-NSO, ma tantx tgħin għax xi kultant tħalli ħafna ambigwità fil-mod kif tirrapporta jew tħabbar dawn il-figuri. Bħal…
-
Il-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji
Ftit jiem ilu saru l-laqgħat annwali tal-ħarifa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (l-IMF) u tal-Bank Dinji (l-WB). Dawn huma kkonsidrati bħala laqgħat globali u uniċi. Għalihom jattendu l-Ministri għall-Finanzi, il-Ministri li huma inkarigati mill-iżvilupp, kif ukoll il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali. Ma’ dawn jingħaqdu bankiera, akkademiċi u persuni involuti fis-settur monetarju, ekonomiku u finanzjarju. Dawn tal-aħħar jinkludu l-aġenziji tal-klassifikar,…