Category: Maltese Articles

  • Is-sostenibilità fiskali ta’ pajjiżna

    Is-sostenibilità fiskali ta’ pajjiżna

    Il-ftehim preliminarju li ntlaħaq bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż dwar investiment fl-Enemalta, li ġie ffirmat f’dawn l-aħħar jiem, qanqal diskussjoni kbira. Din hi mhux biss normali iżda importanti f’pajjiż demokratiku. Iżda dan il-ftehim wassal ukoll għal ċertu kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni, li hu importanti li tiġi ndirizzata. L-ewwel mistoqsija li jeħtieġ li tiġi ndirizzata hi:…

  • L-aspetti ewlenin tal-pensjonijiet

    L-aspetti ewlenin tal-pensjonijiet

    F’dan l-artiklu, xtaqt nieħu l-opportunità biex nindirizza l-kwistjoni tal-pensjonijiet. Din hi kwistjoni li hi ferm importanti għal bosta ċittadini, u jidher ċar mill-mod kif is-suġġett tqajjem f’kull laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit 2014 li seħħew s’issa. Meta tagħrbel il-kwistjoni sew, wieħed jara li hemm diversi aspetti. Dawn għandhom jiġu diskussi separatament. Bosta mill-problemi li…

  • It-teorema ta’ Ronald Coase

    It-teorema ta’ Ronald Coase

    F’Dan l-artiklu xtaqt nagħti ġieh lir-rebbieħ tal-Premju Nobel fl-Ekonomija Ronald Coase, li miet biss ftit jiem ilu fl-età ta’ 102. Dan mhux rilevanti sempliċiment għax għex ħajja twila u sabiħa, imma għax kien ekonomista ta’ fama mondjali, kif ukoll rebbieħ ta’ premju prestiġjuż  li kiseb għall-kontribut tiegħu fil-qasam tax-xjenza tal-eko­nomija. Xtaqt ngħamillu ġieħ mhux għax…

  • Stabbiltà makro-ekonomika

    Stabbiltà makro-ekonomika

    Ftit jiem ilu, ippreżentajt id-dokument ta’ qabel il-baġit, li kull Ministru tal-Finanzi jippreżenta għall-pubbliku u għall-imsieħba soċjali kull sena madwar xahrejn qabel ma jitressaq il-baġit proprju fil-Parlament. Dan isir biex ikun hemm konsultazzjoni wiesgħa man-nies, mal-‘stake holders’, dawk li jimpjegaw il-ħaddiema kif ukoll dawk li jirrapreżentaw lit-trejd unjins. Dan il-proċess konsultattiv jirrapreżenta parti essenzjali minn…

  • Nibqgħu sereni

    Nibqgħu sereni

    Naħseb li kulħadd semagħha l-aħbar tal-ispeċjalista tal-qalb fl-isptar ġenerali tagħna li nnota li n-numru ta’ persuni deħlin bi problemi ċirkulatori u tal-qalb qed jiżdied sew tul din-il-kampanja elettorali twila. Jien ukoll ħadt nota tagħha, forsi bħal kulħadd, bi tbissima. Imma meta żżur il-familji fi djarhom u tarahom inkwetati ma tibqax xi ħaġa tad-daħk. In-nies huma…

  • Il-pjan tagħna għat-tkabbir ekonomiku

    Il-pjan tagħna għat-tkabbir ekonomiku

    MIT-TIENI gwerra ’l hawn l-aspirazzjoni ta’ kull ġenitur ta’ familja hi li t-tfal tiegħu jgħixu ħajja aħjar minnu. Din ma seħ­ħietx qabel, speċjalment qabel ir-revoluzzjoni industrijali, għaliex f’dinja agrarja kont taqlagħha u tikolha. U min kien fqir kien irrassenjat li jibqa’ hekk u min kien sinjur ippretenda l-istess. Bil-makkinarju wieħed seta’ jinqala’ minn ħofra ta’…

  • L-ekonomija ma tkejjilhiex fuq għajnejk

    L-ekonomija ma tkejjilhiex fuq għajnejk

    NIFTAKAR żmien ilu meta xi ħbieb tiegħi l-għada tal-‘meetings’ politiċi waqt kampanja elettorali kienu joqogħdu jxebbħu r-ritratti kbar li jiġu ppubblikata fuq il-ġurnali lokali biex jaraw liema partit kellu l-iżjed nies li attendew. Dan kienu jagħmluh biex irabbu l-kuraġġ li se jirbħu l-elezzjoni ta’ dak iż-żmien. Illum nafu li dan ma jgħodd xejn għax fil-verità…

  • Għaqal bi flusek

    Għaqal bi flusek

    Din il-kampanja elettorali se titpoġġa fl-istorja tagħna għal ħafna ‘records’ jew ‘firsts’. Jekk inpoġġu mal-ġenb il-fatt li se tkun l-itwal kampanja fl-istorja, l-iktar li se tispikka se tkun l-użu ta’ valuri finanzjarji jew ‘costings’ tal-miżuri li tpoġġew fil-manifesti elettorali taż-żewg partiti ewlenin. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li l-kawża għal dan kien il-Partit Laburista. Niftakru l-kantaliena…

  • Il-veru prezz tal-korruzzjoni

    Il-veru prezz tal-korruzzjoni

    IL-POPLU jivvota għal partit biex jifforma gvern bil-għan li jservi l-interess pubbliku. Biex jagħmel dan gvern għandu jkun trasparenti u jissottometti l-operat tiegħu għal skrutinju. Jintalab jip­promwovi r-responsabbiltà individwali u l-eżempju per­sonali u għalhekk għandu jagħmel minn kollox biex je­vadi sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess. Skandli riċenti f’pajjiżna ta’ korruzzjoni relatati mal-ener­ġija ġibdu l-attenzjoni ta’…

  • No free lunch

    No free lunch

    Jidher biċ-ċar li r-risposta tal-Prim Ministru għar-Road Map studjata u argumentata mill-Partit Laburista għal ħames snin li ġejjin hi li joffri xita ta’ wegħdi bil-ħsieb li jagħti l-impressjoni li dawn huma simili (bħal każ tat-tablets) u wkoll aktar ġenerużi. Il-leader tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat diġa’ rrisponda u qal li l-Partit Laburista mhux ser jaqa’…