Category: Maltese Articles

  • Ir-Rapport ta’ Standard & Poor’s kif għandek taqrah?

    Ir-Rapport ta’ Standard & Poor’s kif għandek taqrah?

    Il-probabilita’ hi li l-biċċa l-kbira tal-qarrejja ta’ dan l-artiklu ma rawx b’għajnejhom ir-Rapport tekniku ta’ Standard & Poor’s, u inqas minn hekk li kellhom l-opportunita’ li jaqrawh. Ma niskantawx allura li billi kull ma jisimgħu huma l-interpretazzjonijiet ta’ xi esperti u persuni oħra ta’ biċċiet ’l hawn u ’l hemm  mir-rapport, il-konfużjoni u d-dubji jikbru. …

  • Ippubblikajnihom l-istudji?

    Ippubblikajnihom l-istudji?

    Fost il-kritika li qed issir mill-partit tal-gvern lejn il-Proposta serja tal-Partit Laburista dwar il-mod kif bi ħsiebu jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hemm dik li tgħid li billi l-Partit mhux qed jippubblika l-istudji kollha tiegħu allura il-proposta ma tistax tkun kredibbli.  Ejja nieqfu s’hawn għax naħseb li min mar oltra minn hekk u sejħilha l-gimmick…

  • Il-verità numerika kollha bla kantunieri

    Il-verità numerika kollha bla kantunieri

    Il-Ġnus Maqgħuda iddedikat is-sena 2013 bħala s-sena Internazzjonali tal-Istatistika. L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta l-NSO qed jingħaqad ma’ iktar minn elf u erba’ mitt organizzazjoni minn mija u tmien pajjiż li qed ikuni jimmarkaw din is-sena dedikata lil-Istatistika. Ħalli ngħiduha kif inhi, l-kelma nnifisha “statistika” qatt ma tqajjem xi emozzjonijiet, jew xi nteress partikolari. Anke…

  • L-Ewro u Aħna: Inqalbet il-folja?

    L-Ewro u Aħna: Inqalbet il-folja?

    Bħal-lum huwa normali li wieħed jagħti ħarsa lura lejn dak li ġara matul is-sena li waslet biex tintemm u jara x’effett dan il-passat jista’ jkollu għas-sena li ġejja. Bħal ma wieħed jistenna jien ser niffoka fuq ġrajjiet ekonomiċi li seħħew fl-Ewropa u partikolarment fiż-Żona Ewro li kellhom effett fuqna u jistgħu jkollhom effett anke ‘l…

  • Għala l-Milied ifakkarna fil-faqar?

    Għala l-Milied ifakkarna fil-faqar?

    Il-Milied hi festa li ġġib sentimenti kontrastanti ħafna. Tant il-bniedem jassoċja l-Milied ta’ tfulitu ma’ rigali, tiżjin, parties, ikel, u ferħ fil-familja, daqstant ieħor meta jikber dawn il-memorji jistgħu iweġgħu meta fil-familja tkun qed iġġarrab l-mard, in-nuqqas ta’ membri għeżież tal-familja – xi omm, xi missier jew anke xi iben jew bint. Illum hemm weġgħa…

  • L-istabbilitaʽ – kif titlifha u kif tirbaħha

    L-istabbilitaʽ – kif titlifha u kif tirbaħha

      Huma ħafna li jassoċjaw iż-żmien ta’ kampanja elettorali ma’ l-instabillitaʽ.  Jaraw mill-esperjenzi tagħhom stess x’ġara u x’ma ġarax fil-passat meta saħnu l-irjus. Meta l-provokazzjonijiet jiżdiedu. Meta l-fuse jew niċċa ta’ ħafna persuni tiqsar sew, u jkun irid jirrispondi fil-pront apertament u b’mod mill-iżjed drammatiku. Jekk inħarsu madwarna l-bogħod minn xtutna nosservaw li l-iktar ma…

  • Bżonn ta’ accountability

    Bżonn ta’ accountability

    Id-demokrazija hi prinċipju politiku li baqa b’saħħtu matul iż-żminijiet għaliex din is-sistema ta’ tmexxija biss tiżgura li fil-pajjiż tirrenja l-paċi u l-istabbilita’ politika li permezz tagħhom il-pajjiż jagħmel progress ekonomiku u soċjali. Din id-demokrazija titlob lil poplu ta’ pajjiż jgħaddi żewg poteri ewlenin lil grupp ta’ nies li jissejjaħ Gvern. L-ewwel poter jgħaddi fuq bażi…

  • Il-Baġit 2013 u l-Unjoni Ewropea

    Il-Baġit 2013 u l-Unjoni Ewropea

    Mistoqsija li ħafna jistaqsuni dwar dan il-baġit hi dwar jekk dan għaddiex mill-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea u x’kienet l-opinjoni tagħha. Irrid ngħid li baġit finanzjarju nazzjonali jiġi approvat meta l-Parlament nazzjonali japprovah b’maġġoranza tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Iżda bħala membru tal-Unjoni Ewropea u iżjed u iżjed bħala membru taż-Żona Ewro, Malta trid toqgħod għar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea li għandhom…

  • Il-politika ta’ wara l-kwinti għall-baġit Ewropew

    Il-politika ta’ wara l-kwinti għall-baġit Ewropew

    F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-attenzjoni prinċipali fl-Unjoni Ewro­pea kienet iffukata fuq in-ne­gozjati għall-baġit tal-Unjoni Ewropea 2014-2020. Il-gvern Ingliż qed isostni li l-Unjoni Ewropea trid mhux biss tiffriża imma saħansitra għandha taqta’ l-baġit tagħha għas-seba’ snin li ġejjin. Kien hemm min qal li jekk dan ma jseħħx, ir-Renju Unit se jeval­wa il-pożizzjoni tiegħu bħala stat membru tal-Unjoni…

  • L-Arti tal-persważjoni fil-Parlament Ewropew

    L-Arti tal-persważjoni fil-Parlament Ewropew

    Matul dawn il-jiem għajnejn il-poplu Malti kienu ffokati fuq il-Parlament Ewropew minħabba l-iskrutinju tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg bħala parti mill-proċess tal-ħatra tiegħu bħala Kummissarju għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Issemmiet ħafna l-influwenza li l-Ewroparlamentari Maltin jistgħu jeżerċitaw fuq sħabhom il-Parlamentarji biex jikkonvinċu u jipperswadu. Imma kemm hu faċli jew diffiċli…