-
Il-Baġit
Il-baġit huwa wieħed mill-appuntamenti l-aktar importanti fil-kalendarju politiku ta’ kull pajjiż. F’Malta wkoll qegħdin nistennew dan l-appuntament għall-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar. Il-Baġit tant huwa importanti li saħansitra jista’ jkun il-kawża li jwaqqa’ l-Gvern tal-pajjiż. Min fejn hi ġejja l-importanza tiegħu? Strument importanti F’kull pajjiż demokratiku, iċ-ċittadin għandu żewġ strumenti, li jifformaw parti minn speċi…
-
“Monti, Quo Vadis?”
Mill-aħbarijiet kull ma naraw u nisimgħu dwar l-Italja huma l-protesti u l-għajjat tan-nies fit-triq imweġġa’ bil-miżuri ħorox tal-Gvern ta. Infakkru li dan hu Gvern li ma kienx elett mill-poplu. Huwa Gvern teknokratiku li kien impost fl-eqqel tal-kriżi mill-pajjiżi kredituri rrapreżentati mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea. Jekk ma jirnexxix dan l-esperiment ta’ kif għandek toħroġ…
-
Il-‘Lobbying’
F’dawn l-aħħar jiem l-Unjoni Ewropea u partikularment Malta nħasdet mhux ftit bl-aħbar xejn mistennija tar-riżenja tal-Kummissarju tas-Saħħa u l-Konsumatur John Dalli. Inkun prużuntuż li nidħol fil-merti tal-akkuża jew riżenja. Pero’ s’issa smajt biżżejjed biex nikkonkludi li daqskemm kien hemm allegatament irregolaritajiet minn naħa tal-Kummissarju daqshekk ieħor hemm irregolaritajiet u mistoqsijiet minn naħa tal-investigazzjoni. Dan qed…
-
Iktar riflessjonijiet fuq il-Laqgħat ta’ Tokyo
Issa li l-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji li saru f”Tokyo din is-sena ġew u marru, ikun siewi li wieħed jaqsam mal-qarrejja ta’ dan il-ġurnal xi riflessjonijiet dwar x’ħareġ sew minn dawn il-laqgħat. Nibda biex ngħid li l-atmosfera f’dawn il-laqgħat kienet sobrija u mċajpra għall-aħħar, li bl-ingliż nsejħulha gloomy. Tgħiduli għaliex? Għaliex meta din…
-
Iż-Żona Ewro taħt skrutinju f’Tokyo
Il-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF u l-Bank Dinji huma bħal mekka u jirnexxilhom jiġbdu lejhom, qishom b’ritwal, eluf ta’ uffiċjali għolja ta’ ħafna istituzzjonijiet u aġenziji finanzjarji u regolatorji, kif ukoll ministri tal-finanzi, gvernaturi tal-bankek ċentrali u esperti ekonomiċi oħra minn madwar id-dinja. Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena irnexxieli nattendihom kollha taħt kappel jew…
-
Id-dejn għandu jbeżża’?
FL-IMĦUĦ ta’ bosta l-kelma “Dejn” hija xi ħaġa li għandha tweġġa’ r-ras, sew jekk id-djun huma ta’ individwu, ta’ kumpanija, ta’ bank jew djun ta’ pajjiż. Imma d-djun huma kollha xorta? Jistgħu d-djun ikunu sostenibbli? F’liema punt id-dejn isir perikoluż? Kif nistgħu nirrimedjaw għal dejn li diġà sar? Dawn huma ħafna mistoqsijiet li żgur li…
-
Il-Paga Minima Nazzjonali u l-COLA
F’dawn l-aħħar jiem is-suġġett tal-paga minima nazzjonali (il-Minimum Wage) ġie magħżul bħala l-ballun politiku tal-ġimgħa mill-Parit tal-Gvern. Il-miżinformazzjoni li ħarġet, t-tagħwiġ tal-kliem u l-gideb sfaċċat laħaq quċċata li qatt ma konna rajna bħalha. Għal xi wħud li tigdeb f’kampanja elettorali ma huwiex dnub, għax li tirbaħ hija kawża ġusta u allura kollox huwa leċitu. Naħseb…
-
Stampar tal-flus
Id-deċiżjoni li għadu kemm ħa l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi li se jibda jixtri l-bonds tal-gvernijiet fiż-żona ewro, b’maturità ta’ inqas minn tliet snin, dehret li kkalmat xi ftit is-swieq finanzjarji internazzjonali. Għalina l-ewroparlamentari fil-kumitat tagħna ma kinitx sorpriża għax kif spjegajt fil-bidu tax-xahar l-istess deċiżjoni Draghi tkellimha magħna “in camera”. Għall-kuntrarju fil-Ġermanja nħolqot…
-
Biex nitgħallmu mill-passat
Minħabba ċ-ċokon tal-ekonomija Maltija, Malta hi meqjusa bħala ‘small open economy’. Ekonomija miftuħa jeħtiġilha politika ekonomika differenti minn ekonomija magħluqa. Kontra l-pajjiżi tal-Amerika t’Isfel li kienu jipprattikaw dik li ngħidulha politika tal-‘import substitution’ li tinkoraġġixxi li jingħalqu s-swieq għall-importazzjoni biex b’hekk tippermettilhom jipproduċu dawk l-oġġetti huma stess, il-pjan ta’ żvilupp tal-Prim Ministru Mintoff għas-snin 1973-1979 ma…
-
Maltempata fi Brussell
Bħal ma ġralu t-temp hawnhekk f’pajjiżna, l-istess ġralu, fl-istess ġranet, il-Parlament Ewropew fi Brussell. Wara s-sħana tas-sajf, il-front kiesaħ li rnexxilu jidħol fil-Mediterran wassal għal maltempata kbira. Fil-Parlament wara waqfa ta’ erba’ ġimgħat għall-btajjel tas-sajf, l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tiegħu tal-Ekonomija rat kemmxejn ta’ buffura li qanqlet mhux ħażin lill-ewroparlamentari li kienu preżenti. Li ġara kien…