-
It-tieni ‘bail-out’ għall-Greċja
Ix-xahar li għadda, il-Parlament Malti għadda mill-istadji kollha ta’ kumitat abbozz ta’ liġi li japprova s-self li se jingħata lill-Greċja bħala sehem Malta mit-tieni bail-out taż-Żona Ewro. Diskussjoni bħal din huwa importanti li nsegwuha anke aħna l-Ewroparlamentari Maltin li qegħdin fil-Parlament Ewropew. Wieħed jifhem li deċiżjonijiet fejn jidħol self jew għoti tal-fondi tal-pajjiż lil barranin…
-
It-trasparenza l-għadu tal-korruzzjoni
Fil-laqgħat tal-G20 u laqgħat oħrajn bejn Stati Membri tissemma ħafna l-ġlieda kemm kontra l-evażjoni tat-taxxi kif ukoll kontra l-korruzzjoni. Il-pajjiżi fejn l-iktar jingħad li hemm korruzzjoni kbira huma l-pajjiżi tal-Afrika u l-industrija li tissemma l-iktar f’dan ir-rigward hi dik tal-esplojtazzjoni tal-minerali, fosthom iż-żejt. Mhux ta’ b’xejn li, f’dan il-kontinent, l-ikbar faqar issibu fil-pajjiżi li għandhom…
-
Il-gideb u l-istatistika
Fejn tidħol l-istatistika, l-istorja tal-Unjoni Ewropea mhix sabiħa. Kellna iktar minn pajjiż wieħed li għawweġ il-figuri u uża dak li ngħidulu ‘creative accounting’, numri b’ħafna rtokk kosmetiku. Imbagħad kien hemm pajjiż, il-Greċja, li għal żmien twil ippreżenta statistika li ma kienet reali xejn, kienet falza, u tat stampa li xejn ma kienet tirrifletti s-sitwazzjoni tal-pajjiż.…
-
L-ugwaljanza fid-deċiżjonijiet
L-ugwaljanza fil-kuntest ta’ bejn il-mara u r-raġel għandha ħafna aspetti. Kemm-il darba tkellimna dwar il-parteċipazzjoni tal-mara fil-kamp tax-xogħol, il-‘leave’ tal-maternità u aspetti oħrajn. Din id-darba ż-żewġ rapporti li għaddew mis-Sezzjoni Plenarja ta’ Strasburgu f’nofs il-ġimgħa l-oħra dwar dan is-suġġett jittrattaw direttament fuq min jieħu d-deċiżjoni l-iżjed importanti tal-pajjiż, sew fil-kamp politiku fejn jgħaddu l-liġijiet mil-Parlament,…
-
It-tkabbir ekonomiku
Ir-raġuni għaliex il-grupp tagħna fil-Parlament Ewropew, il-Grupp tal-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) kien ivvota kontra r-regolamenti ġodda ta’ dixxiplina fuq membri taż-Żona Euro, magħrufin bħala s-Six Pack, kienet għax l-unika rimedju propost kien dak ta’ programmi t’awsterità u xejn ta’ tkabbir ekonomiku. Illum però l-folja qiegħda tinqaleb u t-tkabbir ekonomiku qed jissemma iżjed u iżjed.…
-
RIO+20
Bħalissa fil-Parlament Malti qed jiġi diskuss abbozz ta’ liġi msejjaħ “Att ta’ Liġi biex jintegra l-iżvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-Gvern u biex jippromwovi l-adozzjoni tiegħu”. Forsi wieħed jaħseb li qed inkun kattiv meta ngħid ‘about time too’. Dan għax qed indaħħlu operat b’mod formali fil-Gvern sewwa sew 20 sena wara li kkommettejna ruħna li nagħmlu dan!…
-
‘Bailout’ ieħor għalxejn?
Aktar kmieni din il-ġimgħa wara laqgħa twila fi Brussels il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewro laħqu ftehim li jsellfu lill-Greċja €130 biljun oħra biex tevita falliment ċert. Għaliex damu dawk is-sigħat kollha biex laħqu l-ftehim? Il-verità hi li mhux sigħat twal biss ħadu iżda ġimgħat twal għax din l-istorja ilha ġejja minn qabel il-milied. Il-problema hi…
-
Call me Bond
Matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu iktar kmieni l-ġimgħa l-oħra, ġiet approvata riżoluzzjoni dwar l-hekk imsejħa Stability jew Eurobonds – skema ta’ bejgħ ta’ bonds mill-pajjiżi Ewropej fuq skala Ewropea minflok dik ta’ bħalissa, fejn kull membru jbigħ il-bonds individwalment. M’hemm ebda dubju, sew għall-grupp tagħna tal-Alleanza Soċjalista u Demokratika, però anke għall-Parlament, dan…