-
Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda
L-Unjoni Ewropea bħalissa għandha sfida kbira quddiemha. Trid tagħraf tieqaf kontra t-tnaqqir tal-prinċipju tas-solidarjetà fi ħdanha u fl-istess ħin tieqaf ukoll kontra t-tkattir tal-egoiżmu. U dan fi żmien diffiċli. Fi żmien ta’ kriżi. Hekk ukoll kien ġara fis-Snin Tletin meta d-dinja kienet inħakmet minn dipressjoni ekonomika kbira. Jekk għal xejn, l-istorja qiegħda hemm biex nitgħallmu…
-
Wara r-Rapport Moody’s
F’nofs il-ġimgħa l-oħra waħda mit-tliet aġenżiji ta’ kreditu, Moody’s, ħarġet ir-rapport tagħħa dwar Malta. Moody’s ikkonkludiet li fuq dak li rriżultalha għandha tniżżel il-kreditu ta’ Malta minn A1 għal A2. Imma mhux biss, dak li sabu u dak li raw nisslilhom tħassib, tant li t-tbassir tagħhom għall-ġejjieni qarib kklassifikawh bħala wieħed negattiv, li jista’ jkun…
-
L-’exposure’ finanzjarju tal-Gvern Malti
Il-btajjel tas-sajf għall-Membri Parlamentari Ewropej li bħali jiffurmaw parti mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) twaqqfu ħesrem, billi bħal-lum ġimgħa ssejjaħna Brussels għal laqgħa straordinarja tal-ECON biex inkomplu niddiskutu l-kriżi fiż-Żona Ewro, liema kriżi qiegħda dejjem tikber filwaqt li s-soluzzjonijiet għaliha qegħdin jonqsu. Laqgħa li għaliha attendew ukoll il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Jean Claude Trichet;…
-
L-era ġdida Libjana u Malta
Għajnejn id-dinja, b’mod partikolari l-Ewropa u d-Dinja Għarbija, jinsabu ffukati fuq il-Libja, mhux biss biex jaraw tmiem il-gwerra ċivili imma wkoll għal wara. Kull pajjiż li b’xi mod kellu negozju mal-Libja qabel il-gwerra ċivili, kif ukoll dawk li kienu involuti b’mod dirett f’din il-gwerra, jinsab għaddej b’ħidma kbira biex mhux biss iżomm li kellu, imma…
-
Id-dejn nazzjonali u ‘l hinn minnu
Kont qed nipprepara ghas-suggett tal-kitba tieghi ta’ din il-gimgha meta dahlitli imejl minghand cittadin mill-Mosta b’numru ta’ mistoqsijiet diretti u pungenti. Mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjizna fl-isfond ta’ dak li qed jigri madwarna. Iddecidejt li flok inzomm l-istil normali tieghi fl-artikli ta’ kull nhar ta’ Tnejn f’dan il-gurnal, inwiegeb ghall-mistoqsijiet li ghamilli dan ic-cittadin.…
-
Eżerċizzju infantili
Jingħad li l-paraguni huma odjużi. Iżjed u iżjed meta jsiru b’mod li jippruvaw jingannaw. Meta titfa’ ċifri jtiru waħedhom fl-ajru bla ma tikkwalifikahom. Meta fil-kejl u fil-paragun ma żżommx l-istess riga. Meta dak li ħu duħħan tipprova tlaħħmu billi tqarraq. Tipprova tgħaddi lin-nies minn għajn il-labra. Meta tissagrifika l-kwalità għall-kwantità. F’dan t’hawn fuq jinkwadru ruħu…
-
Zmien ta’ mistrieh u riflessjoni
Il-Parlament Ewropew jinsab aggornat ghall-btajjel tas-sajf. Ninsabu weqfin sal-ahhar gimgha ta’ Awwissu meta mbaghad nergghu nibdew ir-rutina. Zmien ta’ mistrieh minn hafna skarigg ta’ vjaggar, ta’ laqghat twal ta’ kumitati u tal-plenarja. Imma fl-istess hin zmien ta’ riflessjoni fuq dak li jkun sar u dak li jkun mistenni jsir, jew jitkompla, malli nergghu nibdew niltaqghu.…
-
Taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji
F’ĠUNJU li għadda l-President tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Josè Manuel Barroso, kiteb lill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u qalilhom li fil-ħarifa li ġejja l-Kummissjoni se tkun qiegħda tipproponi li tiddaħħal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF) li jsiru fil-pajjiżi membri tal-UE. Fl-istess ħin l-UE tkun qiegħda taħdem biex din il-forma ta’ tassazzjoni ma tkunx għall-pajjiżi tal-UE…
-
‘Rating agency’ Ewropea… tagħmel sens?
Moody’s kienet dik l-aġenżija li ħmistax ilu sfiduċjat tista’ tgħid għal kollox lill-Portugall. Qabel kienet għamlet l-istess lill-Greċja u lill-Irlanda, u issa bdiet iddur għall-Italja wkoll. Dan minkejja li dawn il-pajjiżi kien qablu li jimplimentaw programmi ta’ miżuri ta’ awsterità bil-għan li jikkontrollaw is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ferm ħażina li jinsabu fiha, u bil-pajjiżi taż-Żona…