-
L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?
Tmiem is-snin tmenin ġab miegħu l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u ftit wara l-waqgħa tal-Komuniżmu. Il-popli fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant taħt ġwienaħ l-Unjoni Sovjetika tajru s-sistema Komunista kemm f’dik li hi tmexxija politika kif ukoll ekonomika. Iddiżintegrat ukoll l-Unjoni Sovjetika nnifisha. L-ewwel xhur ta’ din is-sena kienu kkaratterizzati minn avvenimenti simili fil-kontinent Nord Afrikan, b’rivoluzzjonijiet li bdew…
-
L-Unjoni Ewropea tilfet opportunità kbira
Il-gimgha l-oħra l-Parlament Ewropew approva l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika fformat minn Sitt Rapporti. Approvazzjoni li, anke jekk b’marġni żgħira, ħalliet lill-gruppi politiċi maqsumin u diżappuntati. Pakkett li min fasslu wkoll sabha diffiċli biex jispjegah, aħseb u ara kemm se jkun aktar diffiċli biex jifhmuħ il-popli minkejja li jridu jġorru l-piż tiegħu. Faċilment tifhem kif in-nies…
-
Mario Draghi
Mario Draghi, sal-lum Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Italja, mill-1 ta’ Novembru li ġej, se jkun il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal terminu ta’ tmien snin, sal-aħħar ta’ Ottubru, 2019. Għall-punt ta’ preċiżjoni rrid ngħid li din il-kariga, trid tkun approvata b’vot mill-Parlament Ewropew nhar il-Ġimgħa li ġej u l-approvazzjoni finali mill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li se…
-
Mina twila bla xaqq ta’ dawl
Punt kruċjali li wieħed għandu jifhem dwar il-miżuri iebsin li qegħdin jittieħdu f’numru ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment fil-Greċja, fosthom it-tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali, iż-żieda fl-età tal-irtirar u oħrajn, mhumiex qegħdin ikunu determinati b’mod ħieles mill-pajjiż konċernat innifsu. Lanqas mhuma ġejjin minn xi istituzzjoni bħalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), istituzzjoni internazzjonali u…
-
Rebbiegħa Maltija
Din mhix la l-ewwel u lanqas l-aħħar riflessjoni fuq l-andament tar-Referendum. Għalkemm wieħed jiddejjaq jikteb jew jaqra fuq suġġett li fuqu saru ħafna kummenti, naħseb li f’dan il-każ hemm utilità kbira li dan isir. Xejn xejn dawn l-osservazzjonijiet iservu ta’ punt ta’ referiment għal xul-xin, biex naraw fejn jista’ jinsab ‘consensus’ fuq triq li qatt…
-
Min se jkun il-kap tal-IMF?
Min se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Maniġerjali, Kap, tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) wara r-riżenja ta’ Dominque Strauss Khan aktar kmieni dan ix-xahar? Mistoqsija li fuqha hija ffukata l-attenzjoni internazzjonali u li tweġiba għaliha rridu nistennewha sa tmiem Ġunju li ġej. Madankollu jidher li s-swaba’ huma ppuntati lejn il-Ministru tal-Finanzi Franċiża Christine Lagarde li…
-
Sehem l-UE fuq il-palk dinji
L-impatt li għandha l-Unjoni Ewropea (UE) fuq ix-xena internazzjonali, fuq il-palk dinji, huwa kompatibbli mal-kobor, mal-importanza tagħha? Sfortunatament nibża’ li le. Dan ma jirriżultax minħabba xi nuqqas ta’ qbil bejn il-gruppi Ewropej fil-Parlament jew bejn il-Prim Ministri jew Ministri fil-Kunsill. Filfatt aktar għandna qbil milli differenzi, qbil fuq ħafna kwistjonijiet importanti fil-kamp ekonomiku, dak tal-ambjent,…
-
Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?
Huwa issa ċar daqs il-kristall li s-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea mhix hemm fejn jidħol il-tqassim tal-piż li jaqa’ sproporzjalment fuq xi pajjiżi minħabba l-immigrazzjoni irregolari. Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis li għadda, għaxar pajjiżi membri vvolontarjaw li jieħdu total ta’ 323 refuġjat minn Malta. Il-Ġermanja qalet li tieħu mitt refuġjat, waqt li…
-
Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna
Gvern jiġi elett biex jara li flus il-poplu jkunu minfuqin sew. Il-mod li jinġabru t-taxxi u ssir l-ispiża pubblika hi xjenza soċjali li, jekk ma titmexxiex kif imiss, ikollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji għal pajjiż. Jiġu affettwati r-rata li jiġi kkreat jew mitluf ix-xogħol, dik tal-inflazzjoni, kif ukoll r-rata ta’ familji li jaqgħu fil-faqar…