-
Jitqassmu ċ-Ċekkijiet biex ikompli jitnaqqas il-Piż tat-Taxxa
Il-ġimgħa l-oħra niedejt miżura mill-baġit għal din is-sena, li ġejja mill-programm elettorali għal din il-leġislatura. L-iskop ewlieni ta’ din il-miżura hu li tkompli titnaqqas it-taxxa. Hemm żewġ modi ta’ kif wieħed jista’ jnaqqas it-taxxa, fost oħrajn wieħed jista’ jċaqlaq is-sistema tat-taxxa b’mod li jkun hemm ‘tax refund’. Iżda mbagħad jiġri li dan jispiċċa jittieħed biss…
-
Iż-Żamma tal-Ordni
Ta’ spiss tisma’ min jitkellem dwar iż-żamma tal-ordni jew inkella dwar il-forzi tal-ordni jiġifieri, il-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Protezzjoni Ċivili u anke d-Dwana. Il-funzjoni kruċjali ta’ kull gvern hi żgur iż-żamma tal-ordni, bl-ingliż ‘law in order’. Iż-żamma tal-ordni hi l-aktar ħaġa bażika ta’ kull gvern dan biex jipproteġi l-propjetaˋ, biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem…
-
L-‘Equity Release’
Il-ġimgħa l-oħra ħabbart skema msejjħa ‘Equity Release’. Din l-iskema ġiet imfassla għall-anzjani bil-għan li jkunu huma fil-kontroll tal-assi tagħhom. Dan sabiex jgħixu s- snin tal-irtirar tagħhom b’mod aħjar. Il-maġġoranza tal-anzjani huma sidien ta’ djarhom, u nistmaw li bejn wieħed u ieħor hemm 82 fil-mija ta’ dawn il-familji li huma sidien ta’ djarhom. Huwa minnu li…
-
Għaliex Brexit hu Daqshekk Kumplikat?
Brexit. Naħseb hekk kif tisimgħu din il-kelma probabbli titbissmu. Għaliex għadkom kemm rajtu xi xeni mill-Parlament Ingliż fejn l-ispeaker jgħajjat “order, order!” waqt id–diskussjoni xi ftit imqanqla li kienet għaddejja. Ta’ min isemmi li r-Renju Unit ilu seba’ u erbgħin sena fl-Unjoni Ewropea iżda bħalissa qed isiru t-tħejjijiet sabiex isseħħ Brexit li tfisser ‘Britian Exit’.…
-
Bżonn ta’ Soluzzjoni Globali għat-Taxxa Diġitali
Din il-ġimgħa attendejt għal Kunsill tal-Ministri għall-Finanzi fi Brussell. Is-suġġett l-iktar diskuss jirrigwardja t-taxxa, speċjalement dwar tipi ta’ taxxi ġodda. Għal poplu dan is-suġġett mhuwiex xi wieħed sabiħ, għax it-taxxa toqros in-nies. Huwa għalhekk li ma jkollniex ftehim fil-Kunsill dwar it-taxxa. Huwa ta’ sollev li tkun taf li jekk ma jkunx hemm qbil unanimu, t-taxxa…
-
Rapporti li Juru li Għandna Sistema Finanzjarja u Bankarja Reżiljenti
F’temp ta’ ġimgħa ħarġu tliet rapporti importanti fuq pajjiżna. Tnejn minnhom joħorġu kull sena, wieħed mill-Kummissjoni Ewropea msejjaħ ‘Country Report’ jiġifieri rapport fuq il-pajjiż, u li jagħti l-andament kollu, jiġifieri dak ekonomiku, soċjali, edukattiv u kif ukoll fuq l-investiment u l-enerġija ta’ pajjiżna u l-ieħor hu tal-Fond Monetraju Internazzjonali (l-IMF) li kull sena jibgħat missjoni…
-
Skema ta’ Assigurazzjoni għal Forzi tal-Ordni Maltin
Din il-ġimgħa flimkien mal-Ministru għall-Intern Dr. Michael Farrugia kelli l-pjaċir inħabbar miżura oħra li ġiet imwiegħda fil-programm elettorali. Din hi l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-Forzi dixxiplinati, jiġifieri l-Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u l-Uffiċjali Korrettivi flimkien mall-Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, u s-Servizz tas-Sigurta’ Malti. Il-Membri ta’ dawn il-korpi huma l-persuni li qegħdin hemm biex jipproteġuna, filfatt huma…
-
L-Aġenziji ta’ Kreditu qed Jixxaħmu?
Fl-ewwel xahar u nofs tas-sena, tlett aġenziji ta’ kreditu internazzjonali taw ‘ratings’ tajbin lil Malta. Ir-riżultati tagħhom kienu fi grad għoli ta’ A u iżjed. Dan kollhu jfisser li l-andamment ekonomiku u finanzjarju tal-pajjiż sejjer tajjeb, anzi tajjeb hafna. Jekk wieħed jifli sew dawn ir-rapporti dettaljati, Isib li jgħidu li dan is-suċċess hu mifrux fuq…
-
Brexit bla Ftehim ikun Katastrofiku
Aktar kmieni din il-ġimgħa kont għal laqgħat fi Brussell. Fost dawn il-laqgħat kellna dik tal-EUROGROUP li tiġbor il-Ministri għall-Finanzi tal-membri stati fiż-żona ewro, u kif ukoll tal-ECOFIN li tiġbor il-ministri tal-membri stati kollha. Dawn iż-żewġ laqgħat ġibdu l-interess tal-midja nternazzjonali. Filfatt ġejt intervistat minn Bloomberg, stazzjon televiżiv ferm importanti. Jista’ jkun li dawn il-laqgħat…
-
Żvilupp Sostennibli : X’ifisser?
Il-kelma sostennibilita` tintuża sew minn uffiċjali tal-gvern li jiddikjaraw il-politika tal-gvern bħala waħda sostennibli, kif ukoll mill-opożizzjoni li jikkritikaw xi poltika tal-gvern, għal fatt li jgħidu li ma hix sostennibli. Ħafna drabi l-kelma sostennibilita’ nużawha ma’ kelma oħra : l-iżvilupp u ngħidu “żvilupp sostennibli”. Bħal kull ħaġa oħra din il-kelma għandha oriġini. L-oriġini tagħha ma…