-
It-Taxxa Diġitali
It-taxxi ilhom magħna eluf kbar ta’ snin. Anke fil-Kotba Imqaddsa nsibu li “dak li hu ta’ Ċesri għandu jingħata lil Ċesri” b’referenza għall-ħlas tat-taxxi. Aktar ma għadda ż-żmien aktar kien hemm irfinar tas-sistemi tat-taxxi biex kemm jista’ jkun jimxu fuq ċerti prinċipji, bħal li fit-tħaddim ta’ taxxa m’għandekx tonfoq fuqha aktar milli tkun se ddaħħal…
-
Lura minn New York u Washington
Il-ġimgħa li għaddiet attendejt għal-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u tal-Bank Dinji (World Bank), is-sessjoni tar-Rebbiegħa, IMF World Bank Spring Meeting. Laqgħat li saru f’Washington. Żewġ istituzzjonijiet li m’għandhom bżonn ebda introduzzjoni. Huma rinomati biżżejjed, twieldu fl-istess żmien imma ma tistax issejħilhom tewmin! L-għan ewlieni tal-IMF huwa li jassigura li jkun hemm stabilità tas-sistema…
-
L-early school leavers: sfida edukattiva
Fost l-isfidi li għandu pajjiżna hemm dik tal-early school leavers, żgħażaġħ li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jilħqu l-età obbligatorja tal-iskola, 16-il sena, biex itiru mill-klassi. Sfortunatament ikun hemm għadd sostanzjali minnhom li kemm kemm ikunu jafu jaqraw imqar bil-Malti u bl-Ingliż minkejja li jkunu ilhom fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna mill-inqas 12-il sena. Din mhix…
-
Inkomplu insaħħu l-istituzzjonijiet regolatorji
Is-suċċess ta’ pajjiżna jiddependi mis-suċċessi tas-setturi li jiffurmawh. Li huma ħafna, iżda primarjament, u naħseb li dan jaqbel miegħu kulħadd, hemm is-settur tal-igaming u dak finanzjarju. M’hemm ebda dubju minn dan. F’setturi bħal dawn dejjem għandek riskju jiffaċċjak, dejjem hemm ir-riskju li fiċ-ċestun tat-tuffieħ jista’ jkollok tuffieħa li tibda titnawwar u li jekk ma tindunax…
-
Infittxu li nkunu objettivi
L-objettività hija kwalità importanti ħafna. F’kull qasam tal-ħajja, minn dak l-aktar evidenti, bħalma huma l-Qrati, sal-inqas ħaġa. Anke fil-kamp tax-xogħol, fil-mod li bih t-tmexxija ta’ azjenda timxi mal-impjegati tagħha. Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet m’għandux ikun hemm ħars lejn l-uċuħ. M’għandux ikun hemm preferenzi. Hemm baħar jaqsam bejn l-objettività u s-soġġettività. Ikun argument minn pożizzjoni ta’ objettività…
-
Deċiżjonijiet infurmati dwar futur inċert
Kulħadd ikun jixtieq li kull deċiżjoni li jieħu tkun l-aħjar waħda. Kull deċiżjoni li tieħu llum, tkun xi tkun, kbira jew żgħira, ma jkollix biss l-effett fuq il-preżent imma wkoll fuq il-futur. Ikun tajjeb għalhekk li kieku tkun taf x’se jġib miegħu l-futur, li mhux il-każ. L-isfortuna hi li f’ħafna drabi dak li tiddeċiedi llum…
-
Il-vot tal-PE favur sistema ta’ taxxi ġdida.. X’IMPATT GĦANDU FUQ PAJJIŻNA?
Fost is-suġġetti l-aktar mitħaddta fil-jiem li għaddew kien hemm dak dwar it-taxxa, primarjament fuq skala Ewropea. Kien hemm rapporti dwar x’kien diskuss u miftiehem fil-Kunsill tal-Ministri, fil-Kummissjoni Ewropea u anke rapporti dwar stqarrijiet pubbliċi u mal-midja li saru mill-Kummissarju tat-Taxxi Ewropew. Stqarrijiet li ma tantx kienu sbieħ u li mbagħad ingħaqad kollox ma’ kollox bil-vot…
-
IT-THEDDIDA TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI TA’ DONALD TRUMP
IT-THEDDIDA TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI TA’ DONALD TRUMP Il-politika tal-President Amerikan Donald Trump issa draha kulħadd: America first, l-Amerika l-ewwel, għajta popolista li mad-daqqa t’għajn jaqbel magħha kulħadd. Kulħadd ikun jixtieq li pajjiżu jkun l-ewwel. M’hemm xejn ħażin f’dan. Imma meta mbagħad din l-għajta ġġebbidha u għal dan il-għan tasal biex tuża metodi ta’ protezzjoni anke kummerċjali…
-
L-Aġenziji tal-Credit Ratings
Minn żmien għal żmien id-diversi aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, Moody’s, Standard & Poor’s, Fitch, DBRS, joħorġu rapporti dwar pajjiżna. B’mod konsistenti tista’ tgħid li s-sekwenza li ssegwi wara l-ħruġ ta’ dawn ir-rapporti issa drajniha: il-Gvern juri s-sodisfazzjon tiegħu u għandu biex verament ikun kuntent; l-Oppożizzjoni taqa’ f’silenzju ta’ qabar u tipprova tagħti l-impressjoni li qisu…
-
Il-materjaliżmu u l-kuntentizza
Mingħajr ebda sens ta’ partiġġjaniżmu ma nistax ma nirrimarkax dak li jista’ jara, u filfatt qiegħed jara u jesperjenza kulħadd. Il-poplu Malti u Għawdxi llum huwa aktar komdu milli kien sa ftit tas-snin ilu. Il-pajjiż għaddej minn żmien tajjeb ħafna. Id-dħul tal-familji tjieb sostanzjalment, xiħaġa li hija riflessa fil-fatt li l-konsumiżmu kiber sostanzjalment. Ammissjoni għal…