-
X’qed jistenniena fis-sena l-ġdida
Il-perjodu festiv issa pjuttost għadda u ftit ftit deħlin lura għan-normalità tal-ħajja. Tmiem is-sena 2017 tatna l-opportunità nħarsu lura lejn dak li sar matulha. Ħarsa li tista’ tkun ta’ għajnuna biex filwaqt li tirrikonoxxi li mhux faċli wieħed ibassar x’se jkun se jiġri tul is-sena 2018, minn dak li seħħ tul is-sena 2017 wieħed ikun…
-
Ħarsa lura lejn is-sena 2017
Is-sena 2017 waslet biex tintemm u naħseb li huwa opportun li f’dan l-aħħar artiklu tiegħi għal din is-sena nagħti ħarsa ftit lura lejn is-sena 2017. M’għandix l-ispazju, u lanqas huwa l-iskop, li nidħol f’kull dettal ta’ x’ġara din is-sena. Naħseb imma li jekk inħarsu lejn dik li hija politika u ekonomija nkunu qegħdin naraw u…
-
Lenti fuq il-konsum
Ninsabu fi żmien festiv, tradizzjonalment marbut ma’ aktar kummerċ minn dak normali peress li huma ġranet fejn isir ħafna xiri ta’ rigali li jvarjaw minn ħwejjeġ, prodotti għad-dar, safar u mitt elf ħaġ’oħra. Wasla sal-Belt u postijiet oħrajn kummerċjali flimkien ma’ ħarsa ħafifa lejn is-sriebet ta’ nies fil-ħwienet huma biżżejjed biex tifhem dan kollu. Dan…
-
L-attakki fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna
Ma naħsibx li kien hemm xi żmien daqs illum li istituzzjonijiet ta’ importanza kbira f’pajjiżna kienu attakkati bil-mod feroċi u qawwi li qegħdin ikunu attakkati bih. Attakki mhux biss fil-midja lokali u barranija imma anke, sfortunatament f’postijiet bħalma huwa l-Parlament Ewropew. Meta ngħid istituzzjonijiet ta’ importanza kbira f’pajjiżna inkun qed infisser awtoritajiet finanzjarji bħalma huwa…
-
Il-Lista s-Sewda
Pajjiżi deskritti bit-terminu ta’ tax haven ilhom fuq l-aġenda tal-opinjoni pubblika, mhux biss lokali, għal tul ta’ żmien, imma kultant b’aktar enfasi minn drabi oħrajn. Aktar kmieni din il-ġimgħa pparteċipajt f’laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li saret fi Brussell. L-aġenda, pjuttost twila, kienet tinkludi l-approvazzjoni ta’ lista ta’ pajjiżi biex…
-
Miri kontra l-faqar dinji
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet attendejt konferenza internazzjonali ta’ livell għoli f’Doha, il-belt kapitali tal-Qatar, li kellha l-għan li jkompli jkun miġġieled il-faqar dinji permezz ta’ finazjament aħjar għal proġetti ta’ żvilupp. Konferenza organizzata mill-Ġnus Magħquda flimkien mal-Qatar bit-tema “Financing for development and the means of implementation of the 2030 agenda for sustainable development”. It-terminu…
-
Pajjiżna fil-Parlament Ewropew
Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew iddiskuta s-suppost kollass tas-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Kull min segwa d-dibattitu seta’ faċilment jinnota l-iskorrettezzi u l-esaġerazzjonijiet dwar pajjiżna li bdew jingħadu u jkunu ripetuti minn uħud mill-Membri Parlamentari Ewropej li jappartjenu lill-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-grupp li lilu jappartjeni l-Partit Nazzjonalista. Skorrettezzi u esaġerazzjonijiet li la jagħmlu ġieħ lil…
-
ĦIDMIETNA SABIEX INLESTU MALTA GĦALL-FUTUR
X’impatt dirett ħalla fuq il-poplu Malti l-Baġit 2018? Ir-reazzjonijiet li kien hemm għall-Baġit 2018 minn kull faxxa tal-ħajja juru biċ-ċar li l-impatt kien wieħed pożittiv ħafna. Dan joħroġ ukoll mir-reazzjoni tal-korpi kostitwiti. X’impatt għamlet l-ekonomija fit-turiżmu? Żdied l-infieq tat-turisti? Din is-sena mistennija tkun sena oħra rekord għall-industrija tat-Turiżmu u għas-sena d-dieħla, in-numru ta’ turisti mistenni…
-
F’ġieħ Is-Saltna tad-Dritt
F’ġieħ Is-Saltna tad-Dritt Dak li jiddistingwi stat demokratiku, fejn kollox jimxi bl-ordni, minn stat fejn tirrenja l-liġi tal-ġungla, fejn min hu l-aqwa jħawwel, huwa t-tħaddim ta’ dak li l-Ingliżi jirreferu għalih bħala ‘law and order’, funzjoni li toħroġ mir-‘Rule of Law’. Aħna, bħala Maltin, nirreferu għal dan bħala t-tħaddim tas-Saltna tad-Dritt. Sitwazzjoni li ma timxix…
-
Ejja ma nċekknux it-tifsira tas-Surplus
Ma nkun qed ngħid xejn barra mill-verità meta ngħid li ddejjaqni l-attitudni ta’ min qed jipprova jċekken il-kisba tas-surplus fil-Finanzi tal-Gvern. Qisha xi ħaga trivjali. Qisha kienet xi ħaġa li tiġri kull tmiem is-sena. L-attitudni bħal din li bdiet ferm qabel dak li gara f’pajjizna dan l-ahhar hija ċara daqs il-kristall li din ir-reazzjoni hija…