Category: Latest Articles

  • Prudenza

    Prudenza

    Qiegħed nikteb dan l-artiklu waqt li, bħal kulħadd, għadni taħt xokk qawwi wara dak li seħħ nhar it-Tnejn li għadda. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa kundannabbli mingħajr ebda riserva. Hija ġrajja traġika, riżultat ta’ att kriminali goff, li dwaru kulħadd għandu, u jmissu, jitkellem bi prudenza. B’kawtela u b’attenzjoni kbira, biex għada pitgħada ma…

  • We need to use carrots and sticks

    We need to use carrots and sticks

    You rounded off your Budget speech by saying it was time to start taking “tough decisions”. However, there was nothing of the sort. Why? Decisions are tough and will be taken now. The government will not shirk its responsibility even though such decisions will have medium- to long-term effects. Some problems have been accumulating over…

  • Bi tħejjija għall-baġit

    Bi tħejjija għall-baġit

    Ninsabu ftit jiem biss bogħod minn Jum il-Baġit, it-Tnejn, 9 ta’ Ottubru li ġej. Konvint li bħal dan iż-żmien kulħadd jista’ jimmaġina b’liema ritmu jkun għaddej ix-xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi. Imma fl-istess ħin naħseb li mhux daqstant huma dawk li jistgħu jifhmu l-importanza tal-proċess li jgħaddu minnu l-Ministru tal-Finanzi b’mod partikolari u l-Ministri l-oħrajn kollha, u…

  • Illum…..f’Jum id-Dwana

    Illum…..f’Jum id-Dwana

      Illum, il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru, jaħbat Jum id-Dwana u allura huwa bix-xieraq li nieħu din l-okkażjoni biex filwaqt li nifraħ lil dawk kollha ninvoluti fid-Dwana, minn fuq s’isfel, għal ħidmiethom, nitratta wkoll ftit dwar dan id-Dipartiment bl-importanza u bir-responsabbiltà kbira li jġorr miegħu. Id-Dipartiment tad-Dwana huwa wieħed mit-tliet dipartimenti fiskali ewlenin, flimkien mad-Dipartiment tal-VAT…

  • Qegħdin f’boom ekonomiku?

    Qegħdin f’boom ekonomiku?

    Huwa fatt li l-ekonomija ta’ pajjiżna għaddejja minn żminijiet sbieħ. Żminijiet bla preċedent. Żminijiet li l-effetti tagħhom huma tanġibbli. Tarahom. Tħosshom. Tgħixhom. Il-flus fi bwiet in-nies jinħassu għalkemm ma jfissirx li m’hemmx min li għadu ma intlaħaqx daqskemm mistenni minn dawn iż-żminijiet tajbin. Żminijiet li qegħdin iwasslu għal mistoqsija li ssirli spiss u  li mill-mod…

  • Min imexxi jrid ikollu l-Kapaċitajiet Meħtieġa

    Min imexxi jrid ikollu l-Kapaċitajiet Meħtieġa

    Jekk hemm xi ħaġa li tinkwieta lil ħafna nies hija n-nuqqas ta’ servizz jew servizz ħażin li jingħataw meta ma jagħtux kashom jew jagħtuhom prodotti li ma jaħdmux sew. Meta tanalizza dan kollu tara li warajhom hemm il-persuna, imma iżjed minn hekk hemm l-organizzazzjoni. Huwa minnu li hemm nies li jaqdu b’mod ħafna aħjar minn…

  • L-aspettattivi għall-baġit 2018

    L-aspettattivi għall-baġit 2018

    Ninsabu ftit ġimgħat biss bogħod milli nkunu qegħdin inressqu l-Baġit għas-sena 2018, l-ewwel wieħed ta’ din il-Leġiżlatura l-ġdida. Filfatt bħalissa ninsabu għaddejjin għalenija bil-preparamenti meħtieġa għal dan l-eżerċizzju ewlieni ta’ kull sena. Kif mistenni, bħalissa, jaslu fil-Ministeru tal-Finanzi diversi proposti apparti l-bidu tat-twettiq tal-Programm Elettorali. Is-sitwazzjoni ekonomika tajba li għaddej minnha l-pajjiż qegħda isservi biex…

  • Waqt li timla’ l-formola tat-taxxa

    Waqt li timla’ l-formola tat-taxxa

    Benjamin Franklin, wieħed mill-fundaturi ta’ l-Istat Uniti, xjentist u filosofu kbir, kien jgħid illi fid-dinja ma hemm xejn żgur ħlief il-mewt u t-taxxi. Għandu raġun, imma ma xtaqtx nitratta fuq tal-ewwel. Nippreferi nitkellem dwar it-taxxi, aktar fil-linja tiegħi. It-taxxi huma xi ħaġa żgura għax fir-realtà ebda Gvern ma jista’ jaħdem mingħajrhom. Mingħajr ġbir ta’ taxxi…

  • Lejn titjib fl-Infrastruttura tal-pajjiż

    Wasal iż-żmien tas-sena fejn bħala Ministru tal-Finanzi irrid nippreżenta l- Pre Budget Document jiġifieri d-dokument ta’ qabel il-baġit. Fil-fatt kmieni din il-ġimgħa ppreżentajtu lill-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD. Lill-imsieħba soċjali nagħtuhom priorità għar-raġuni li fl-MCESD, permezz tal-unjins ewlenin tal-pajjiż għandek rappreżentati sezzjonijiet kbar tal-ħaddiema. Imma mhux biss. Fl-MCESD għandek ukoll dawk li huma self employed.…

  • BIDLA FIS-SISTEMA TAL-‘ACCOUNTING’ TAL-GVERN

    BIDLA FIS-SISTEMA TAL-‘ACCOUNTING’ TAL-GVERN

    Naħseb li l-fatt li wara 35 sena ta’ deficits is-sena li għaddiet irreġistrajna surplus finanzjarju, kull meta nitkellmu fuq il-finanzi pubbliċi u insemmu dan il-fatt kif ukoll li anke għal din is-sena l-andament sejjer tajjeb ukoll, il-maġġoranza tal-poplu għaliha bħal donnu din hija n-normalità ta’ pajjiżna. Li filfatt mhix, anzi. Għall-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti d-deficit kien ir-regola…