Category: Latest Articles

  • Enerġija aktar irħisa u nadifa: Għalfejn l-Oppożizzjoni qisu ma tridhiex

    Enerġija aktar irħisa u nadifa: Għalfejn l-Oppożizzjoni qisu ma tridhiex

    Naħseb li fost l-aktar argumenti politiċi kollha f’pajjiżna, l-aktar wieħed sħun u li jqanqal l-għajjat u r-rabja tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, huwa l-pjan tal-Gvern dwar l-enerġija u dak kollu marbut miegħu  bħall-Enemalta u l-Electrogas. Jekk wieħed jikkalma ftit u jħares lejn dan kollu b’mod kemmxejn iddistakkat, wieħed jista’ jifhem li t-tariffi għolja tad-dawl u l-ilma kienu fost…

  • L-iżbilanċi ekonomiċi

    L-iżbilanċi ekonomiċi

    Ma tantx huwa kumplimentuż li tgħid lil xi ħadd li għandu argument żbilanċjat, għax il-kelma żbilanċ għandha konnotazzjoni negattiva peress li fil-ħajja nippruvaw nilħqu l-bilanċ u mhux l-iżbilanċ. Mela ara kemm huwa aktar offensiv jekk tgħid lil dak li jkun li huwa żbilanċjat kollu kemm hu! Fl-ekonomija wkoll jeżistu l-bilanċi u l-iżbilanċi. Hemm fil-fatt dawk…

  • L-ewro hija l-problema, jew is-soluzzjoni?

    L-ewro hija l-problema, jew is-soluzzjoni?

    Il-ġimgħa l-oħra, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, kont fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Iżda fejn fil-ġimgħa ta’ qabel mort biex inwassal il-prioritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri Parlamentari Ewropej, din id-darba pparteċipajt fil-Ġimgħa Interparlamentari Ewropea fejn membri mit-28 Parlament nazzjonali tal-EU jiltaqgħu mal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu temi komuni. Fil-każ tagħna, tkellimna dwar is-semestru ekonomiku; dwar l-ewro. Għal din il-laqgħa, jiena…

  • Lura ma’ sħabi fil-Parlament Ewropew

    Lura ma’ sħabi fil-Parlament Ewropew

    Ninsab ċert li issa kulħadd jaf sew li Malta qed tmexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala Ministru għall-Finanzi, jiena għandi l-Presidenza tal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi, magħruf bħala l-ECOFIN, u fost id-dmirijiet li għandi, il-ġimgħa li għaddiet iltqajt mal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Economiċi tal-Parlament Ewropew, magħruf bħala l-ECON. Dan il-kumitat jiena nafu sew, għax fiż-żmien…

  • Is-Sekwenza tal-Ħin

    Is-Sekwenza tal-Ħin

    Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar ir-riskju u dwar kemm huwa fattur importanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sew dawk ekonomiċi, kif ukoll dawk politiċi u dawk kummerċjali. Illum ser nitkellmu dwar l-importanza tal-ħin, jew inkella, s-sekwenza tal-ħin fl-ambitu ta’ deċiżjonijiet marbuta wkoll mal-ekonomija, politika u kummerċ. Iżda mhux biss. Ċertament, il-ħin mhuwiex xi kunċett ġdid. Imma biex nispjega…

  • Malta hi Tax Haven?

    Malta hi Tax Haven?

    Jekk hemm kelma li qed tintuża ħafna fil-midja sew lokali u speċjalment barranija hija l-kelma Ingliża, tax haven, li tfisser port kenni jew x’imkien fejn jipproteġi mit-taxxa. Il-frażi użata mill-Franċiżi u t-Taljani hija paradis fiscal u paradiso fiscale, jiġifieri ġenna fiskali. It-tlett frażijiet jirreferu għal kenn mill-ħlas tat-taxxa, però, kenn mil-liema taxxa? Taxxa għolja. Jiġifieri…

  • Ir-riskju meqjus

    Ir-riskju meqjus

    Ir-riskju bħala kunċett huwa bbażat fuq il-probabiltà li fil-futur, ser tiġri xi ħaġa. Meta nitkellmu fuq riskju, jiġuna f’moħħna l-aċċidenti, bħal pereżempju r-riskju assoċċjat mas-sewqan ta’ xi vettura, jew li tivvjaġġa permezz tal-ajruplan, vapur jew ferrovija. Hemm min, biex jiċċajta, jgħid li saħansitra s-sempliċi fatt li jmur jorqod fis-sodda jippreżenta ċertu ammont ta’ riskju, għax…

  • Indeed, a shocking matter

    Indeed, a shocking matter

    The recent issue of the alleged shocking €250 million over-spend by the Government for 2016 is an eye-opener to the independent-minded observer of the shabby way important issues are sometimes treated, with hardly any respect to the intelligence of the population at large. Here we have a subject which for any Opposition should be an…

  • Ir-riżoluzzjonijiet għall-2017, nagħmluhom biex niksruhom?

    Ir-riżoluzzjonijiet għall-2017, nagħmluhom biex niksruhom?

    Ma nafx kemm għadhom moda, però fl-ewwel tas-sena hemm id-drawwa li jsiru r-riżoluzzjonijiet għas-sena l-ġdida – min li ma jpejjipx iżjed jew li jagħmel dieta – insomma, kwalunkwe ħaġa li kienet drawwa fil-passat u jaf li ma kienitx tajba. Għalhekk, dak li jkun, għax irid ibiddel ir-rotta ta’ ħajtu, biex ngħidu hekk, jagħmel riżoluzzjoni biex…

  • Is-sena li qed tintemm

    Is-sena li qed tintemm

    Meta wieħed jasal lejn l-aħħar tas-sena, irid u ma jridx, ikollu jħares ftit lura lejn x’ġara matul dawk it-tnax-il xahar u jixtarr ftit dak li ġara.   Però meta jkunu ġraw ħafna ġrajjiet, mhux faċli li tiftakar kollox. Allura tajjeb li għall-inqas wieħed jislet l-aktar avvenimenit importanti li meta tagħsarhom jistgħu jfissru xi ħaġa għall-futur.…