Category: Latest Articles

  • Fatti Tal-Ħajja

    Fatti Tal-Ħajja

    Meta konna żgħar, il-ġenituri tagħna nisslu fina l-għarfien ta’ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Għallmuna l-fatti tal-ħajja. Fil-kamp tal-ekonomija, il-fatti tal-ħajja prattikament jinġabru f’verità waħda, dik li qatt m’hu ser ikun hemm biżżejjed riżorsi biex jissodisfaw it-talba bla qies ta’ kullħadd. Għalhekk, ilkoll ikollna nagħmlu l-għażla. Din hija l-famuża “problema ekonomika”, xi ħaġa li ngħallmuha…

  • Ekonomija b’saħħitha b’ruħ soċjali

    Ekonomija b’saħħitha b’ruħ soċjali

    Il-ġimgħa l-oħra, l-imsieħba socjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ġew imlaqqa’ biex jiġu ppreżentati b’kunċett ġdid li ġej mill-Unjoni Ewropea. Dan il-kunċett joħroġ minn diskors tal-President tal-UE Jean-Claude Juncker, fejn semma’ l-kunċett tal-pilastru tad-Drittijiet Soċjali. Hawnhekk qed nitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-ugwaljanza, is-saħħa u l-edukazzjoni. Jiġifieri affarijiet li kull ċittadin jixtieq…

  • Ir-regoli qegħdin hemm biex jinkisru?

    Ir-regoli qegħdin hemm biex jinkisru?

    Ir-regoli qegħdin hemm biex jinkisru? Kull għaqda jew organizzazzjoni serja titmexxa’ skont regoli miktuba. Regoli li kull membru ikun rahom minn qabel u li probabilment ikun ittieħed vot dwarhom. Dawn ir-regoli, imbagħad isibu ruħhom miktuba fi statut ta’ dik l-għaqda jew organizzazzjoni sabiex jiġu osservati mill-istess membri. Xi minn daqqiet issib ukoll li l-istatut jipprovdi…

  • Medjatur Onest

    Medjatur Onest

    Iktar ma jgerrbu l-ġranet u joqrob iż-żmien li fih Malta tassumi l-presidenza tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri f’Jannar tas-sena d-dieħla, aktar qegħda tikber l-istennija tal-ġurnalisti, ambaxxaturi, u osservaturi sabiex isiru jafu x’tip ta’ Presidenza ser tkun dik Maltija. Din il-kurżità hija evidenti mill-mod ta’ kif dawn qed jistaqsu lilna l-ministri x’hemm ippreparat mill-Gvern Malti. Huma għatxana sabiex…

  • Il-Brexit u Malta

    Il-Brexit u Malta

    Il-kelma “Brexit” bħalissa qegħdha fuq fomm kulħadd. Dan kemm minħabba l-fatt li l-poplu Britanniku iddeċieda li jħalli l-Unjoni Ewropea. Iktar minn hekk dan iol-fatt qed iħalli ħerba fil-panorama politiku sew fir-Renju Unit u sew fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa suġġett li ser niddiskutuh u ser nibqgħu nisimgħu dwaru għal ħafna żmien ieħor, peress li t-tluq tar-Renju…

  • Direttiva li tiġġieled l-abbuż fuq it-taxxa

    Direttiva li tiġġieled l-abbuż fuq it-taxxa

    Ftit tal-ġranet ilu fuq il-meżżi tax-xandir tħabbar illi fil-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropeja, kunsill li jissejaħ ECOFIN, intlaħħaq ftehim fuq id-direttiva dwar l-evitar tal-ħlas ta’ taxxa. Meta ngħidu evitar ta’ taxxa hija fejn wieħed juża’ is-sistema u regoli tat-taxxa b’mod legali biex inaqqas u jħallas mill-inqas taxxa possibli. Importanti li evitar ta’taxxa m’għandu qatt jitħallat…

  • Riflessjonijiet fuq is-suċċess ekonomiku

    Riflessjonijiet fuq is-suċċess ekonomiku

    Kull bniedem irid l-aħjar kemm għalih innifsu kif ukoll għal-familjari tiegħu. Għalhekk il-persuna tagħmel pjanijiet u taħseb kif ser twettaq dawk il-pjanijiet sabiex tikseb dawk l-affarijiet, il-miri li tkun daħħlet f’moħħa li twettaq u tikseb. U bla dubju ta’ xejn, l-ewwel kisba li persuna tkun trid li twettaq, hu dak li tidħol fis-suq tax-xogħol. Ix-xogħol…

  • Riformi li se Jolqtu x-Xogħol tal-Awdituri

    Riformi li se Jolqtu x-Xogħol tal-Awdituri

    L-ekonomija ta’ pajjiż tiddependi fuq kemm ikun hemm investiment u fuq kemm ikunu sejrin tajjeb l-ażjendi li joperaw fil-pajjiż. U sabiex jiġi żgurat li l-operat tal-ażjendi qed ikun immexxi fuq sisien ta’ sostenibilita’, huwa kruċjali ir-rwol tal-accountant u miegħu tal-awditur.Għal ħafna l-accountant huwa dak il-professjonist li jżomm il-kotba tal-kumpanija. Is-sidien tal-kumpaniji sew individwali, jew fi…

  • Sfidi għas-settur bankarju

    Sfidi għas-settur bankarju

    Il-maġġoranza tan-nies iqisu il-banek bħala istituzzjonijiet serji u li wieħed għandu jafda li saħansitra wieħed ma jaħsibiex darbtejn sabiex jinvesti flusu mal-banek. Din il-fiduċja fil-banek ġejja mill-fatt li l-ġenituri jinkoraġġixxu  it-tfal tagħhom mhux biss li jfaddlu iżda anki li jkollhom kont bankarju. Din l-abitudni hija ta’ min jinkoraġġixxiha mhux biss għal ġid tal-individwu imma anki…

  • Wara l-Panama s-settur finanzjarju tagħna għandu futur?

    Wara l-Panama s-settur finanzjarju tagħna għandu futur?

    Jekk hemm suġġet li għadu jissemma bi prominenza fil-midja kemm lokali kif ukoll f’dik internazzjonali, huwa dak tal-“Panama Papers”. Jissemmew listi ta’ ismijiet ta’ individwi, ta’ kumpaniji li kellhom jew għandhom investimenti fi prodotti finanzjarji  fil-Panama. Jissemmew ukoll professjonisti li jaħdmu fil-qasam finanzjarju, li għenu u fetħu għan-nom ta’ dawn l-individwi u kumpaniji,  biex isir…