Category: Latest Articles

  • 2014: Sena li qabzet l-Aspettativi Ekonomici

    2014: Sena li qabzet l-Aspettativi Ekonomici

    Huwa normali li lejn l-aħħar tas-sena wieħed iħares ftit lura u jara minn xiex ikun għadda l-pajjiż, sabiex jiġbed il-konklużjonijiet ta’ dak li ġara, u dak li jkun ma ġarax. Mil-lat ekonomiku, wieħed jista jgħid li s-sena 2014 kellha andament li ma kienx kompletament kostanti. Fl-Unjoni Ewropeja, iżda, it-tkabbir baqa’ kajman. Aktar inkwetanti minn hekk,…

  • Malta fil-Quċċata tat-Tkabbir Ekonomiku

    Malta fil-Quċċata tat-Tkabbir Ekonomiku

    Din il-ġimgħa l-aġenzija tal-istatistika Ewropea Eurostat ippubblikat r-rata ta’ tkabbir ekonomiku għal pajjiżna għat-tielet kwart ta’ din is-sena. Din ir-rata kienet waħda kbira ta’ 3.8 fil-mija. Xi tfisser din għalina? L-ewwelnett, biex wieħed jara l-kobor tagħha, jew iqis kemm hija b’saħħitha din ir-rata, wieħed għandu jikkomparaha mar-rati tas-seba’ u għoxrin pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Nistgħu…

  • Il-Baġit 2015 huwa issa Approvat

    Il-Baġit 2015 huwa issa Approvat

    Bħalissa qed nisimgħu ħafna dwar kif l-Unjoni Ewropea qed tiskrutinizza u tevalwa l-baġits rispettivi tal-pajjiżi li jikkostitwixxu l-membri taż-Żona Ewro. Dawn jammontaw għal b’kollox tmintax–il pajjiż, li jinkludu lil pajjiżna. Din l-evalwazzjoni li qed issir fuq il-baġits li ġew ippreżentati minn dawn il-pajjiżi, u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-baġits jistgħu jiġu aċċettati jew le. Xi…

  • Il-Mekkaniżmu tal-Cola

    Il-Mekkaniżmu tal-Cola

    Ftit jiem ilu l-kelliem għall-finanzi tal-Oppożizzjoni s-Sur Tonio Fenech ħareġ jitkaża bil-Gvern b’kemm se jagħti COLA baxxa għall-għoli tal-ħajja, filwaqt li jiftaħar li fil-gvern tagħhom kienu taw COLA akbar u b’saħħitha ta’ ’l fuq minn tliet ewro fil-ġimgħa. Din kienet ħaġa wisq sorprendenti li ma kontx nistenna mingħand il-kelliem tal-Oppożizzjoni. li jgħid li l-COLA tiġi…

  • Tieqa fuq il-Baġit 2015

    Tieqa fuq il-Baġit 2015

    Il-ġimgħa l-oħra fil-Ministeru tiegħi lestejna biċċa xogħol kbira u importanti fil-kalendarju baġitarju. Dan hu l-abbozz għall-baġit li ġej għas-sena 2015, magħruf bl-Ingliż bħala d-Draft Budget. Dan hu dokument li hu mitlub mill-Kummissjoni Ewropea u li jintbagħat fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena lill-Kummissjoni mill-pajjiżi kollha li huma fiż-Żona Ewro. Din hija t-tieni darba li Malta…

  • Nisma’ u Nara lil Kulħadd

    Nisma’ u Nara lil Kulħadd

    Hekk kif ġara s-sena li għaddiet, ix-xahar ta’ Settembru kien dak ix-xahar li fih ġie ippubblikat id-dokument ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, il-Pre Budget Document, li nħareġ mill-Ministeru għall-Finanzi. Ta’ min jinnota li dan il-baġit hu intiż biex jispjega l-qafas li fuqu se jitwaqqaf il-baġt. Għal dan il-għan, dan id-dokument ma’ fihx miżuri, iżda hu…

  • Is-Settur Privat hu l-Mutur tal-Ekonomija u tal-Ħolqien tax-Xogħol

    Is-Settur Privat hu l-Mutur tal-Ekonomija u tal-Ħolqien tax-Xogħol

    Jekk intohom bħali kontu qed issegwu l-aħbarjiet dawn l-aħħar jiem, kontu tisimgħu ta’ spiss il-kliem ‘settur privat’ u ‘settur pubbliku’, l-iżjed fejn jirrigwarda il-qasam tax-xogħol. Dan għaliex, naturalment, kul min qed jaħdem u għandu xogħol, jew qiegħed impjegat ma xi intrapriża privata, jew jaħdem mal-Gvern. Iżda minkejja li dawn iż-żewġ oqsma huma simili hekk kif…

  • Private sector is driving force

    I would be a very worried minister and member of this government if the surge in Malta’s economic growth was solely, or primarily, due to uncontrolled government employment. But this is the picture which the Opposition is trying to depict. It is building its case through anecdotal evidence and questionable use of statistics. The Opposition…

  • L-indiċi tas-sentiment ekonomiku x’valur għandu?

    L-indiċi tas-sentiment ekonomiku x’valur għandu?

    Xtaqt nuża din l-opportunità biex nagħ­mel aċċenn fuq kif, biss ftit jiem ilu, l-aġenzija tal-istatistika Ewropea (Eurostat) ippubblikat dawk li ngħidulhom l-indiċi tas-sentiment ekonomiku. Dan jiġifieri statistika li ­tindika kemm qegħdin ipoġ­ġu fiduċja n-nies ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fl-ekonomiji tal-pajjiżi tagħ­hom, u fatturi oħrajn bħal pereżempju jekk iħossuhomx li marru għall-aħjar, jew għall-agħar. Din…

  • Jesploraw opportunitajiet għall-koperazzjoni

    Jesploraw opportunitajiet għall-koperazzjoni

    Malta u l-EBRD Kelli bosta okkażjo­ni­jiet li nitkellem dwar il-banek kbar tal-investiment u l-iżvilupp (Development Banks). Dan għax dawn il-banek għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp infrastrutturali kif ukoll soċjali ta’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Fost dawn il-banek tant importanti hemm il-Bank tal-Investiment Ewropew (EIB), bank li bl-assistenza tiegħu bħala membru stat tal-Unjoni Ewropea, Malta wettqet,…