Category: Latest Articles

  • Għaqal bi flusek

    Għaqal bi flusek

    Din il-kampanja elettorali se titpoġġa fl-istorja tagħna għal ħafna ‘records’ jew ‘firsts’. Jekk inpoġġu mal-ġenb il-fatt li se tkun l-itwal kampanja fl-istorja, l-iktar li se tispikka se tkun l-użu ta’ valuri finanzjarji jew ‘costings’ tal-miżuri li tpoġġew fil-manifesti elettorali taż-żewg partiti ewlenin. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li l-kawża għal dan kien il-Partit Laburista. Niftakru l-kantaliena…

  • Il-veru prezz tal-korruzzjoni

    Il-veru prezz tal-korruzzjoni

    IL-POPLU jivvota għal partit biex jifforma gvern bil-għan li jservi l-interess pubbliku. Biex jagħmel dan gvern għandu jkun trasparenti u jissottometti l-operat tiegħu għal skrutinju. Jintalab jip­promwovi r-responsabbiltà individwali u l-eżempju per­sonali u għalhekk għandu jagħmel minn kollox biex je­vadi sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess. Skandli riċenti f’pajjiżna ta’ korruzzjoni relatati mal-ener­ġija ġibdu l-attenzjoni ta’…

  • No free lunch

    No free lunch

    Jidher biċ-ċar li r-risposta tal-Prim Ministru għar-Road Map studjata u argumentata mill-Partit Laburista għal ħames snin li ġejjin hi li joffri xita ta’ wegħdi bil-ħsieb li jagħti l-impressjoni li dawn huma simili (bħal każ tat-tablets) u wkoll aktar ġenerużi. Il-leader tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat diġa’ rrisponda u qal li l-Partit Laburista mhux ser jaqa’…

  • Our surreal situation

    I reckon that both the divorce issue and the forthcoming election will be noted in our future history books as the two events that shook Maltese society out of its slumber. For the past few decades, Maltese society has accepted the dictum “do not fix if it ain’t broken” and preferred instead living a life…

  • Ir-Rapport ta’ Standard & Poor’s kif għandek taqrah?

    Ir-Rapport ta’ Standard & Poor’s kif għandek taqrah?

    Il-probabilita’ hi li l-biċċa l-kbira tal-qarrejja ta’ dan l-artiklu ma rawx b’għajnejhom ir-Rapport tekniku ta’ Standard & Poor’s, u inqas minn hekk li kellhom l-opportunita’ li jaqrawh. Ma niskantawx allura li billi kull ma jisimgħu huma l-interpretazzjonijiet ta’ xi esperti u persuni oħra ta’ biċċiet ’l hawn u ’l hemm  mir-rapport, il-konfużjoni u d-dubji jikbru. …

  • Ippubblikajnihom l-istudji?

    Ippubblikajnihom l-istudji?

    Fost il-kritika li qed issir mill-partit tal-gvern lejn il-Proposta serja tal-Partit Laburista dwar il-mod kif bi ħsiebu jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hemm dik li tgħid li billi l-Partit mhux qed jippubblika l-istudji kollha tiegħu allura il-proposta ma tistax tkun kredibbli.  Ejja nieqfu s’hawn għax naħseb li min mar oltra minn hekk u sejħilha l-gimmick…

  • Il-verità numerika kollha bla kantunieri

    Il-verità numerika kollha bla kantunieri

    Il-Ġnus Maqgħuda iddedikat is-sena 2013 bħala s-sena Internazzjonali tal-Istatistika. L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta l-NSO qed jingħaqad ma’ iktar minn elf u erba’ mitt organizzazjoni minn mija u tmien pajjiż li qed ikuni jimmarkaw din is-sena dedikata lil-Istatistika. Ħalli ngħiduha kif inhi, l-kelma nnifisha “statistika” qatt ma tqajjem xi emozzjonijiet, jew xi nteress partikolari. Anke…

  • L-Ewro u Aħna: Inqalbet il-folja?

    L-Ewro u Aħna: Inqalbet il-folja?

    Bħal-lum huwa normali li wieħed jagħti ħarsa lura lejn dak li ġara matul is-sena li waslet biex tintemm u jara x’effett dan il-passat jista’ jkollu għas-sena li ġejja. Bħal ma wieħed jistenna jien ser niffoka fuq ġrajjiet ekonomiċi li seħħew fl-Ewropa u partikolarment fiż-Żona Ewro li kellhom effett fuqna u jistgħu jkollhom effett anke ‘l…

  • Għala l-Milied ifakkarna fil-faqar?

    Għala l-Milied ifakkarna fil-faqar?

    Il-Milied hi festa li ġġib sentimenti kontrastanti ħafna. Tant il-bniedem jassoċja l-Milied ta’ tfulitu ma’ rigali, tiżjin, parties, ikel, u ferħ fil-familja, daqstant ieħor meta jikber dawn il-memorji jistgħu iweġgħu meta fil-familja tkun qed iġġarrab l-mard, in-nuqqas ta’ membri għeżież tal-familja – xi omm, xi missier jew anke xi iben jew bint. Illum hemm weġgħa…

  • L-istabbilitaʽ – kif titlifha u kif tirbaħha

    L-istabbilitaʽ – kif titlifha u kif tirbaħha

      Huma ħafna li jassoċjaw iż-żmien ta’ kampanja elettorali ma’ l-instabillitaʽ.  Jaraw mill-esperjenzi tagħhom stess x’ġara u x’ma ġarax fil-passat meta saħnu l-irjus. Meta l-provokazzjonijiet jiżdiedu. Meta l-fuse jew niċċa ta’ ħafna persuni tiqsar sew, u jkun irid jirrispondi fil-pront apertament u b’mod mill-iżjed drammatiku. Jekk inħarsu madwarna l-bogħod minn xtutna nosservaw li l-iktar ma…