-
Iż-Żona Ewro taħt skrutinju f’Tokyo
Il-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF u l-Bank Dinji huma bħal mekka u jirnexxilhom jiġbdu lejhom, qishom b’ritwal, eluf ta’ uffiċjali għolja ta’ ħafna istituzzjonijiet u aġenziji finanzjarji u regolatorji, kif ukoll ministri tal-finanzi, gvernaturi tal-bankek ċentrali u esperti ekonomiċi oħra minn madwar id-dinja. Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena irnexxieli nattendihom kollha taħt kappel jew…
-
Id-dejn għandu jbeżża’?
FL-IMĦUĦ ta’ bosta l-kelma “Dejn” hija xi ħaġa li għandha tweġġa’ r-ras, sew jekk id-djun huma ta’ individwu, ta’ kumpanija, ta’ bank jew djun ta’ pajjiż. Imma d-djun huma kollha xorta? Jistgħu d-djun ikunu sostenibbli? F’liema punt id-dejn isir perikoluż? Kif nistgħu nirrimedjaw għal dejn li diġà sar? Dawn huma ħafna mistoqsijiet li żgur li…
-
Il-Paga Minima Nazzjonali u l-COLA
F’dawn l-aħħar jiem is-suġġett tal-paga minima nazzjonali (il-Minimum Wage) ġie magħżul bħala l-ballun politiku tal-ġimgħa mill-Parit tal-Gvern. Il-miżinformazzjoni li ħarġet, t-tagħwiġ tal-kliem u l-gideb sfaċċat laħaq quċċata li qatt ma konna rajna bħalha. Għal xi wħud li tigdeb f’kampanja elettorali ma huwiex dnub, għax li tirbaħ hija kawża ġusta u allura kollox huwa leċitu. Naħseb…
-
Stampar tal-flus
Id-deċiżjoni li għadu kemm ħa l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi li se jibda jixtri l-bonds tal-gvernijiet fiż-żona ewro, b’maturità ta’ inqas minn tliet snin, dehret li kkalmat xi ftit is-swieq finanzjarji internazzjonali. Għalina l-ewroparlamentari fil-kumitat tagħna ma kinitx sorpriża għax kif spjegajt fil-bidu tax-xahar l-istess deċiżjoni Draghi tkellimha magħna “in camera”. Għall-kuntrarju fil-Ġermanja nħolqot…
-
Biex nitgħallmu mill-passat
Minħabba ċ-ċokon tal-ekonomija Maltija, Malta hi meqjusa bħala ‘small open economy’. Ekonomija miftuħa jeħtiġilha politika ekonomika differenti minn ekonomija magħluqa. Kontra l-pajjiżi tal-Amerika t’Isfel li kienu jipprattikaw dik li ngħidulha politika tal-‘import substitution’ li tinkoraġġixxi li jingħalqu s-swieq għall-importazzjoni biex b’hekk tippermettilhom jipproduċu dawk l-oġġetti huma stess, il-pjan ta’ żvilupp tal-Prim Ministru Mintoff għas-snin 1973-1979 ma…
-
Maltempata fi Brussell
Bħal ma ġralu t-temp hawnhekk f’pajjiżna, l-istess ġralu, fl-istess ġranet, il-Parlament Ewropew fi Brussell. Wara s-sħana tas-sajf, il-front kiesaħ li rnexxilu jidħol fil-Mediterran wassal għal maltempata kbira. Fil-Parlament wara waqfa ta’ erba’ ġimgħat għall-btajjel tas-sajf, l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tiegħu tal-Ekonomija rat kemmxejn ta’ buffura li qanqlet mhux ħażin lill-ewroparlamentari li kienu preżenti. Li ġara kien…
-
Stagflation is not a Virus
According to Eurostat, at 4.2 per cent, Malta has reached the highest inflation rate in the eurozone and the second highest in the whole European Union. In fact, it is almost double the average in both cases. In economics, inflation can be considered as a Hydra, a multi-headed beast which once it inserts itself is…
-
Life must go on
Wara mewta ta’ xi ħadd mill-qrib, wara n-niket u t-tifkiriet li ġġib magħha, jkun wieħed mill-familja li normalment jqajjem lil dawk kollha li jkunu mitlufa fil-ħsibijiet u nostalġiji u jgħidilhom li issa hu dmir ta’ kulhadd li jistenbaħ u jibda jħares ’l quddiem, lejn il-futur, għaliex bħal ma ngħidu bl-Ingliż life must go on. Il-messaġġ…
-
L-ekonomija skont Dom Mintoff
KULL mexxej kbir ta’ pajjiż li qaleb ta’ taħt fuq is-soċjetà ta’ pajjiżu, u li ħalla ismu mnaqqax fl-istorja, ma setgħax ma kellux kredu ekonomiku jew stil ta’ tmexxija għalih. Tajjeb jew ħażin il-Prim Ministru Thatcher, il-President Reagan u llum il-Kanċillier Merkel huma assoċjati ma’ ‘policies’ ekonomiċi partikolari li kkonvertew numru ta’ ekonomisti għal warajhom.…
-
Recall Mintoffianomics
Ronald Reagan and Margaret Thatcher are remembered for their own brand of economics, Thatcherism and Reaganomics. But what about Dom Mintoff’s own particular economic creed and style which too had indelibly left their mark on his government’s administration? Although not an economist by profession, and never taking over the Ministry of Finance, nobody doubted that…