-
Stagflation
Ma jidhirlix li għandna kelma għaliha bil-Malti. Tfisser sitwazzjoni fejn il-pajjiż qed jesperjenza inflazzjoni għolja waqt li fl-istess ħin jinsab f’riċessjoni. Sal-bidu tas-sebgħinijiet aħna l-ekonomisti konna naħsbu li dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ma jistgħux jiġru fl-istess ħin. Sew it-teorija li konna nimxu fuqha, dik ta’ Keynes, kif ukoll il-prattika, flimkien kienu juri li l-gvernijiet setgħu jonfħu…
-
Investiment bil-Għaqal
F’dan iż-żmien ta’ kriżi finanzjarja ħafna huma dawk li jfittxu b’reqqa fejn se jinvestu flushom u dan l-iktar għas-serħan il-moħħ. Il-Maltin u l-Għawdxin huma magħrufa bħala nies bil-għaqal u li jġemmgħu u jinvestu flushom għall-futur, għal dak li jista’ jinqala’. Hemm min ifittex il-pariri ta’ nies professjonali. Hemm ħafna oħrajn iżda, li jħossuhom mifxula u…
-
L-Iskandlu LIBOR
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, id-dinja finanzjarja kienet milquta minn skandlu finanzjarju ieħor, din id-darba fir-rigward tal-mekkaniżmu magħruf bħala LIBOR. Numru ta’ banek prestiġjużi bħal Barclays Bank kienu involuti f’dan l-iskandlu bis-CEO u ċ-Ċermen tal-bank ikunu mġiegħla jirriżenjaw, u bil-bank jeħel multa ta’ 290 miljun lira sterlina. Il-Mekkaniżmu Meta nitkellmu dwar ir-rati tal-imgħax, normalment nassoċjaw dawn…
-
Ħidmet il-Membri Parlamentari Ewropej
Huwa tajjeb li fi tmiem ta’ leġiżlatura, li parlamentarju iħares lura u jara kemm ikun ħadem matul is-sessjoni li tkun għadha kif għaddiet. Hawn Malta l-parlamentari tagħna ma tantx jintalbu jagħmlu dan l-eżerċizzju. Parlamentarju iktar ikejjluh mill-fama li jkun kiseb tul is-snin, li tinkludi ħafna affarijiet fosthom kemm ikun kapaċi, minn tagħna u kemm jaqdi…
-
L-Unjoni Bankarja Ewropea – Tagħmel sens għalina?
Il-kriżijiet li għaddejna u għadna għaddejin minnhom ġew ikkawżati primarjament mill-banek. Parti kbira taż-żieda fid-djun tal-gvernijiet fiż-żona ewro saru meta somom kbar ta’ ewro pubbliċi ntużaw biex isalvaw lil dawn il-banek minn falliment ċert. Il-każ klassiku kien tal-Irlanda fejn l-ekonomija inqalbet żaqqa ‘l fuq minħabba bank fallut, u l-pajjiż kellu jbati konsegwenzi kbar bi qtugħ…
-
Min rebaħ fl-aħħar ‘summit’ Ewropew?
L-MIDJA qabblu l-aħħar ‘summit’ fi Brussels, fejn saret Laqgħa Għolja oħra tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, mal-Euro 2012, bil-logħba ta’ bejn l-Italja u l-Ġermanja. Min skorja, min rebaħ u min tilef. Kien hemm xebħ kbir bejn iż-żewġ Super Marios – Mario Monti u Mario Balotelli li jidhru li t-tnejn skorjaw kontra avversarju tal-istess nazzjonalità li sa ftit…
-
Lil hinn mill-Prodott Gross Domestiku
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li għadna fiha bħalissa qegħda timbuttana biex nagħmlu affarijiet li forsi kaxkarna saqajna biex nagħmluhom fil-passat. Hekk per eżempju billi llum hemm il-biża li t-tkabbir ekonomiku ma jkunx daqshekk qawwi daqs kemm kien f’dawn l-aħħar għaxar jew anke għoxrin sena li għaddew, hemm bżonn li l-gvernijiet issa jieħdu deċiżjonijiet kruċjali. Iridu…
-
Ir-riċessjoni taħt il-lenti
Għal ħafna nies m’hemmx bżonn statistika biex ikunu jafu li l-ekonomija daħlet f’riċessjoni. Iħossuha. Oħrajn ikunu jafu biss meta l-midja tħabbarha. Ftit ġimgħat ilu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħareġ figuri li juru li, għat-tieni perjodu konsekuttiv ta’ tliet xhur, l-Prodott Gross Domestiku (PGD) waqa’. Dan ifisser li teknikament l-pajjiż daħal f’riċessjoni. Filfatt ir-ricessjoni tkun bdiet…
-
Financial services in the European institutions
It is nearly three years since I was elected to serve as one of Malta’s MEPs and was appointed as a Vice-Chairman of the Parliament’s Economic and Monetary Affairs committee. As we are too well aware, the last few years have been dominated by a crisis of the financial sector, which caused a worldwide recession,…
-
The MEP’s Diary: Lies, damn lies and statistics
What do our Members of European Parliament (MEPs) go through during their weekly ordeal in Brussels and Strasbourg? di-ve.com’s “The MEP’s dairy” features one MEP’s agenda every Monday. Labour MEP Prof. Edward Scicluna (Socialists and Democrats) goes through his diary entry for last week. The last couple of weeks have been dominated by the final…