Category: Latest Articles

  • Nuqqas ta’ Trasparenza

    Nuqqas ta’ Trasparenza

    Il-ġimgħa tal-Parlament fi Strasburgu tkun twila u impenjattiva ħafna, u dejjem mimlija bi ġrajjiet importanti. Il-ġimgħa li għaddiet kellna magħna l-Kummissarju Olli Rehn li deher sew fil-Kumitat tagħna u anke fil-Plenarja biex iwieġeb għall-mistoqsijiet u jipparteċipa fid-diskussjoni.   Id-diskussjoni fil-Kumitat tal-Ekonomija u Affarijiet Monetarji (ECON) kienet fuq ir-rikmandazzjonijiet li l-Kummissjoni bagħtet lis-27 pajjiż inkluż Malta…

  • Is-Semestru Ekonomiku

    Is-Semestru Ekonomiku

    Il-qtugħ fl-infieq ta’ €40 miljun fil-bidu ta’ din is-sena ħasdet lill-poplu Malti mhux biss għall-mod bla ħsieb kif sar dan il-qtugħ imma l-iktar għas-sempliċi raġuni li l-Gvern sa issa qed jaħbi l-proċess sħiħ ta’ kif l-Unjoni Ewropea qed tiskrutinja u tirregola l-Baġit tagħna qabel ma jitħabbar f’għeluq is-sena. Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar il-Kunsill tal-Ministri se…

  • CCCTB

    CCCTB

    CCCTB “….. din il-proposta se tolqotna ħafna u allura rridu neħduha bis-serjetà.”   Ix-xahar li għadda, il-Parlament Ewropew ivvota favur proposta mressqa mill-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-bażi tat-taxxi għall-kumpaniji li joperaw fl-Ewropa, magħrufa bħala CCCTB (Common Consolidated Corporate Tax Base). Din il-proposta qajmet dibattitu bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fejn, waqt li l-maġġoranza huma favur tagħha,…

  • Banek għat-Tiswija

    Banek għat-Tiswija

    Bħalissa l-attenzjoni tal-media ffukata fuq il-kriżi tal-Greċja u ż-Żona Ewro. Fl-istess ħin, il-kawża vera li ġabet fuqna r-riċessjoni internazzjonali u l-kriżi tad-djun pubbliċi u li wasslet għall-kważi falliment ta’ ħafna banek kemm fl-Amerika kif ukoll fl-Ewropa ftit għadna nisimgħu fuqha. Din kienet il-kriżi finanzjarja li oriġinat fl-Amerika fl-2008. Nassigurakom li din ma ntesietx. Għadab kbir…

  • “GREXIT”

    “GREXIT”

    Kif jaf kulħadd, is-sitwazzjoni fil-Greċja sejra mill-ħażin għall-agħar. Illum il-kelma saret “meta” u mhux “jekk” il-pajjiż joħroġ miż-Żona Ewro. Diġà laqqmuha GREXIT, taqsira ta’ Greek Exit. Kulħadd issa kurjuż biex ikollu ħjiel tal-effetti kemm fuq il-Greċja kif ukoll fuq il-kumplament taż-Żona Ewro, inkluża Malta, meta din l-eventwalità sseħħ. Mingħajr Gvern Il-Greċja, kif nafu, għadhom sal-lum…

  • François Hollande

    François Hollande

    Fi Franza l-elettorat ivvota għall-bidla. Il-poplu Fran­ċiż għażel is-Soċjalista François Hollande u warrab il-Konservattiv Nicolas Sarkozy. Issa li Hollande ħa l-ġu­rament tal-ħatra u beda l-mandat tiegħu żgur u mhux forsi li l-Franċiżi u l-bqija taċ-ċittadini Ewropej se jkunu qed isegwu kull pass li jagħmel. Ir-rebħa ta’ Hollande fuq Sarkozy niżlet għasel mas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament…

  • Xogħol Prekarju: Hemm Soluzzjonijiet?

    Xogħol Prekarju: Hemm Soluzzjonijiet?

    Bħalissa, is-suġġett tax-xogħol prekarju rega’ qiegħed fuq l-aġenda nazzjonali. Madankollu, ftit qiegħed jingħad x’qed jikkawża din il-prekarjetà u x’inhuma s-soluzzjonijiet. Hawn min jiddubita jekk dan il-fenomenu jeżistix. Fuq dan m‘għandniex naħlu wisq ħin għaliex dan il-fenominu huwa dokumentat sew fl-Ewropa kollha, inkluża Malta, mill-EUROSTAT innifisu. Dan minbarra l-istejjer ta’ qsim il-qalb li tisma’ minn bosta…

  • Made in Germany

    Made in Germany

    Ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika Federali Ġermaniża bdew ħafna qabel ma’ Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Xhieda ta’ dan huwa l-investiment qawwi Ġermaniż f’pajjiżna li rranka fis-snin sebgħin u kompla jissaħħah tul is-snin. Ir-rabtiet politiċi wkoll huma b’saħħithom u dan hu rifless fil-ħafna żjarat uffiċjali bejn l-ogħla awtoritajiet Maltin u…

  • SPV – Strument speċjali għal Parlament u teatru speċjali

    SPV – Strument speċjali għal Parlament u teatru speċjali

    SPV – Strument Speċjali għal Parlament u Teatru Speċjali   “Jekk ħadd ma jrid li t-taxxi jiżdiedu, minn fejn ġejjin il-flus għal dan il-kapriċċ speċjali tal-Prim Ministru li l-poplu Malti qed jitwikka bih għall-għoxrin sena li ġejjin kontra r-rieda tiegħu?“ Il-gvern ħabbar li se joħloq Special Purpose Vehicle, jew SPV fil-qosor, biex jiffinanzja l-proġett ta’…

  • Aħjar tard milli qatt

    Aħjar tard milli qatt

    “Li jikkonċerna l-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Olli Rehn huma d-dinamiċi tad-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna, li huwa mbassar li jikber fl-2012 u l-2013” Il-ġimgħa li għaddiet, fi Strasburgu, smajna l-President tal-Kummissjoni Ewropea Barroso jitkellem, fis-seduta Plenarja, dwar il-ħtieġa ta’ pjan Ewropew għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Ewreka! Aħjar tard milli qatt. Naturalment dan sar meta l-mudell tal-awsterità, waħdu, kien qed ifalli…