Category: Latest Articles

  • FTT – It-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

    FTT – It-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

    Meta f’Settembru li għadda waqt li kien qed jindirizza s-Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg, Josè Manuel Barosso, President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbar li l-Kummissjoni kienet qiegħda taqbel mal-introduzzjoni tat-Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (FTT) tant li qiegħda tipprepara l-proposti tagħha dwarha, wieħed ma setgħax ma jkunx sorpriż. Dan għaliex sa ftit ilu l-Kummissjoni Ewropea kienet baqgħet…

  • Is-soluzzjoni dwar il-kriżi finanzjarja fiż-Żona Ewro mhix fil-bogħod jekk hemm ir-rieda politika

    Is-soluzzjoni dwar il-kriżi finanzjarja fiż-Żona Ewro mhix fil-bogħod jekk hemm ir-rieda politika

    X’AKTARX ninstema’ stramb jew li qiegħed kontra l-kurrent meta ngħid li minkejja l-kriżi kbira li tinsab fiha ż-Żona Ewro ninsab ottimist li ż-Żona Ewro ssalva. Ottimist li jsir hekk għax persważ li l-Ġermanja trid li ż-Żona Ewro ssalva. Salvazzjoni li r-rimedju għaliha se jkun goff. Dan kawża tal-fatt li tħalla jgħaddi wisq żmien bil-problema tkompli…

  • Jimmy Carter, Joe Clark u l-UE

    Jimmy Carter, Joe Clark u l-UE

    X’hemm komuni bejn l-eks-President Amerikan Jimmy Carter, l-eks-Prim Ministru Kanadiż Joe Clark u l-Unjoni Ewropea? Ilkoll huma involuti bis-sħiħ f’pajjiżi tat-tielet dinja biex isaħħu d-demokrazija f’dawn il-pajjiżi. L-ewwel nett billi jmexxu missjonijiet kbar waqt iż-żminijiet tal-elezzjonijiet Pre­sidenzjali jew Parlamenta­ri, kif ukoll drabi oħrajn billi jgħinu fit-tisħiħ tar-rispett lejn prattiċi demokratiċi, isolvu konflitti u jaħdmu għall-paċi.…

  • Il-Kummissjoni mitluba twieġeb

    Il-Kummissjoni mitluba twieġeb

    Il-Kummissjoni mitluba twieġeb Fil-bidu ta’ Settembru li għadda l-Kummissjoni Ewropea wieġbet Mistoq­sija Parlamentari li kont għa­milt f’Lulju ta’ qabel dwar il-fondi tal-politika ta’ koeż­joni għal Malta mill-Unjoni Ewropea. Fl-istess jiem għa­milt Mistoqsija Parlamentari oħra, fir-rigward tad-deċiż­joni li tinqata’ l-provvista tad-dawl u l-ilma lil min ma jħallasx il-kontijiet dovuti u riċentement dwar l-aħbar li kupuni mogħtijin…

  • Laqgħa mal-komunità Maltija f’Toronto

    Laqgħa mal-komunità Maltija f’Toronto

    Ħadt l-okkażjoni biex fi triqti lejn Washington għal-laqgħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, inżur il-komunità Mal­tija f’Toronto. Kienet ok­każ­joni li ġabitli nostalġija u li ħaditni lura għas-snin 70 u 80 meta kont qed nistudja hemmhekk. Ħadt gost immens bil-laqgħa li kelli mal-komunità Maltija, laqgħa li saret fil-post tal-Malta Band…

  • Il-laqgħa tal-IMF u l-Bank Dinji

    Ktibt l-artiklu ta’ din il-ġimgħa f’Washington, fejn attendejt għal-laqgħa internazzjonali tal-Fond Monetarju Internazz­jonali (IMF) u tal-Bank Dinji. Avveniment ann­wali li għal dawn l-aħħar 15-­il­ sena dejjem għamilt ħilti biex ma nitilfux. Avveniment li jġibek wiċċ imb wiċċ mal-mexxejja ekonomiċi u finanz­jarji tad-dinja. S’intendi il-laqgħat li jkollok jiddependu mill-kappell li tkun liebes meta tattendi. Bħala akkademiku…

  • Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda

    Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda

    L-Unjoni Ewropea bħa­l­issa għandha sfida kbira quddiemha. Trid tagħraf tieqaf kontra t-tnaq­qir tal-prinċipju tas-solidarjetà fi ħdanha u fl-istess ħin tieqaf ukoll kontra t-tkattir tal-egoiżmu. U dan fi żmien diffiċli. Fi żmien ta’ kriżi. Hekk ukoll kien ġara fis-Snin Tletin meta d-dinja kienet inħakmet minn dipressjoni ekonomika kbira. Jekk għal xejn, l-istorja qiegħda hemm biex nitgħallmu…

  • Wara r-Rapport Moody’s

    Wara r-Rapport Moody’s

    F’nofs il-ġimgħa l-oħra waħda mit-tliet aġenżiji ta’ kreditu, Moody’s, ħar­ġet ir-rapport tagħħa dwar Mal­ta. Moody’s ikkonkludiet li fuq dak li rriżultalha għand­ha tniżżel il-kreditu ta’ Malta minn A1 għal A2. Imma mhux biss, dak li sabu u dak li raw nisslilhom tħassib, tant li t-tbassir tagħhom għall-ġejjieni qarib kklassifikawh bħala wie­ħed negattiv, li jista’ jkun…

  • L-’exposure’ finanzjarju tal-Gvern Malti

    L-’exposure’ finanzjarju tal-Gvern Malti

    Il-btajjel tas-sajf għall-Membri Parlamentari Ew­ropej li bħali jiffurmaw parti mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) twaqqfu ħesrem, billi bħal-lum ġimgħa ssejjaħna Brussels għal laqgħa straordinarja tal-ECON biex inkomplu nid­diskutu l-kriżi fiż-Żona Ewro, liema kriżi qiegħda dejjem tikber filwaqt li s-soluzzjonijiet għaliha qegħdin jonqsu. Laqgħa li għaliha attendew ukoll il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Jean Claude Trichet;…

  • Level playing field in social policy

    Level playing field in social policy

    It is becoming increasingly evident that the government’s economic and social policies are not being well studied and thought out. We only hear Cabinet members at best parroting what they hear in the EU Council (of Ministers) meetings or else come out with important decisions “on the fly”. The last issue to catch my attention…