-
L-era ġdida Libjana u Malta
Għajnejn id-dinja, b’mod partikolari l-Ewropa u d-Dinja Għarbija, jinsabu ffukati fuq il-Libja, mhux biss biex jaraw tmiem il-gwerra ċivili imma wkoll għal wara. Kull pajjiż li b’xi mod kellu negozju mal-Libja qabel il-gwerra ċivili, kif ukoll dawk li kienu involuti b’mod dirett f’din il-gwerra, jinsab għaddej b’ħidma kbira biex mhux biss iżomm li kellu, imma…
-
Id-dejn nazzjonali u ‘l hinn minnu
Kont qed nipprepara ghas-suggett tal-kitba tieghi ta’ din il-gimgha meta dahlitli imejl minghand cittadin mill-Mosta b’numru ta’ mistoqsijiet diretti u pungenti. Mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjizna fl-isfond ta’ dak li qed jigri madwarna. Iddecidejt li flok inzomm l-istil normali tieghi fl-artikli ta’ kull nhar ta’ Tnejn f’dan il-gurnal, inwiegeb ghall-mistoqsijiet li ghamilli dan ic-cittadin.…
-
Mind the quality even in scoreboards
Unlike many other EU countries, Maltese MEPs are elected directly by the people, with each candidate getting so many votes to his/her name. They are accountable to their constituents and their country at large. It is their responsibility, therefore, to keep the people abreast of developments in the European Parliament and the other related EU…
-
Eżerċizzju infantili
Jingħad li l-paraguni huma odjużi. Iżjed u iżjed meta jsiru b’mod li jippruvaw jingannaw. Meta titfa’ ċifri jtiru waħedhom fl-ajru bla ma tikkwalifikahom. Meta fil-kejl u fil-paragun ma żżommx l-istess riga. Meta dak li ħu duħħan tipprova tlaħħmu billi tqarraq. Tipprova tgħaddi lin-nies minn għajn il-labra. Meta tissagrifika l-kwalità għall-kwantità. F’dan t’hawn fuq jinkwadru ruħu…
-
Zmien ta’ mistrieh u riflessjoni
Il-Parlament Ewropew jinsab aggornat ghall-btajjel tas-sajf. Ninsabu weqfin sal-ahhar gimgha ta’ Awwissu meta mbaghad nergghu nibdew ir-rutina. Zmien ta’ mistrieh minn hafna skarigg ta’ vjaggar, ta’ laqghat twal ta’ kumitati u tal-plenarja. Imma fl-istess hin zmien ta’ riflessjoni fuq dak li jkun sar u dak li jkun mistenni jsir, jew jitkompla, malli nergghu nibdew niltaqghu.…
-
Taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji
F’ĠUNJU li għadda l-President tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Josè Manuel Barroso, kiteb lill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u qalilhom li fil-ħarifa li ġejja l-Kummissjoni se tkun qiegħda tipproponi li tiddaħħal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF) li jsiru fil-pajjiżi membri tal-UE. Fl-istess ħin l-UE tkun qiegħda taħdem biex din il-forma ta’ tassazzjoni ma tkunx għall-pajjiżi tal-UE…
-
‘Rating agency’ Ewropea… tagħmel sens?
Moody’s kienet dik l-aġenżija li ħmistax ilu sfiduċjat tista’ tgħid għal kollox lill-Portugall. Qabel kienet għamlet l-istess lill-Greċja u lill-Irlanda, u issa bdiet iddur għall-Italja wkoll. Dan minkejja li dawn il-pajjiżi kien qablu li jimplimentaw programmi ta’ miżuri ta’ awsterità bil-għan li jikkontrollaw is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ferm ħażina li jinsabu fiha, u bil-pajjiżi taż-Żona…
-
L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?
Tmiem is-snin tmenin ġab miegħu l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u ftit wara l-waqgħa tal-Komuniżmu. Il-popli fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant taħt ġwienaħ l-Unjoni Sovjetika tajru s-sistema Komunista kemm f’dik li hi tmexxija politika kif ukoll ekonomika. Iddiżintegrat ukoll l-Unjoni Sovjetika nnifisha. L-ewwel xhur ta’ din is-sena kienu kkaratterizzati minn avvenimenti simili fil-kontinent Nord Afrikan, b’rivoluzzjonijiet li bdew…