-
Libya: Is intervention justifiable?
Imagine you are having a family argument and hear the doorbell ringing. The police have heard loud voices and would like to know what happened, to intervene and also take sides. We would see this as inappropriate. The same argument applies in international relations. No foreign country has the authority or right to interfere in…
-
Deċiżjonijiet diffiċli dwar il-Libja
Immaginaw lil xi ħadd li jkollu argument fil-familja u jisma’ l-qanpiena tal-bieb tad-dar iċċempel. Ikun il-Pulizija li sema’ xi ilħna għoljin u issa jrid ikun jaf x’ġara, biex jindaħal u jżomm ma’ xi naħa jew oħra. Narawha barra minn lokha. Daqshekk ieħor pajjiż barrani m’għandu l-ebda awtorità li jindaħal fil-kwistjonijiet interni ta’ xi pajjiż ieħor.…
-
Hemm għalfejn jinxtered id-demm?
Ir-rivoluzzjonijiet li seħħew l-ewwel fit-Tuneżija mbagħad fl-Eġittu, wasslu għal dak li ried il-poplu, it-tneħħija tat-tmexxija awtoritarja tal-pajjiż. Kien hemm l-imwiet. Inxtered id-demm. Sadanittant qed iseħħu irvellijiet b’konsegwenzi aktar koroh, b’iktar tixrid ta’ demm u mwiet fil-Libja. Kien hemm protesti f’ħafna pajjiżi oħrajn, għalkemm mhux kollha mdemmin. Il-mistoqsija li tigi f’moħħok mill-ewwel hi: jista’ jkun hemm…
-
Wara d-daħk jiġi l-biki
Meta ħuti u jien konna żgħar u xi drabi konna nkunu b’burdata ta’ żufjett u ta’ daħk liema bħalu, niftakar sew li ommi kienet tidħol fil-kamra u b’wiċċ kemmxejn serju tavżana li aħjar nieqfu għax kienu jgħidu li “wara d-daħk jiġi l-biki”. Ma niftakarx sew jekk konniex nisimgħu minnha u nieqfu mix-xalata li konna nkunu…
-
Missjoni ta’ osservanza mill-UE
Nhar il-Ġimgħa li ġejja fl-Uganda jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet Presidenzjali, Parlamentari u Lokali. Elezzjonijiet importanti ħafna, sew għal pajjiżhom u sew għar-reġjuni Afrikan ta’ madwarhom. L-Unjoni Ewropea se tibgħat Missjoni biex tosserva l-andament tal-elezzjonijiet f’kull stadju tagħhom – qabel, waqt u wara. Missjoni ffurmata minn 110 uffiċjal u li l-Kummissarju għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Catherine…
-
Bejn nemusa u ljunfant
Ma nafx kinitx koinċidenza jew le li nkun appuntat rapporteur fuq ir-Rapport ta’ Opinjoni dwar il-proposta tal-Kunsill Ewropew għal tibdil fit-Trattat Ewropew biex ikun jista’ jitwaqqaf Mekkaniżmu għal Stabbiltà Permanenti għaż-Żona Ewro. Kienet x’kienet, ħassejtni xxokkjat x’ħin rajt x’kien qed jiġi propost għax mill-ewwel irrealizzajt li dak propost jista’ jfisser li Malta għalkemm tikkontribwixxi għalih…
-
Minn temporanju għal permanenti
Il-fond ta’ stabilità għaż-Żona Ewro twaqqaf is-sena l-oħra b’mod temporanju u wara ħafna tkarkir tas-saqajn. Sar meta l-kapijiet tal-Ġermanja u Franza rrealizzaw li jekk ma jitwaqqafx il-Greċja ma ssibx tissellef fuq is-swieq internazzjonali u b’hekk tfalli. B’riżultat ta’ hekk jipperikolaw irwieħhom il-banek kbar Ewropej fosthom Ġermaniżi, Franċiżi u Ingliżi li bħalissa għandhom id-dejn tal-Greċja mqassam…
-
It-Tuneżija: Falliment ta’ mudell demokratiku
Sakemm qiegħed nikteb dan l-artiklu s-sitwazzjoni fit-Tuneżija għadha mqallba sew. Wara l-irvellijiet vjolenti, ir-reazzjoni mill-forzi tal-ordni, l-imwiet fit-toroq, il-ħarba tal-President Ben Ali, u r-reazzjoni negattiva mill-poplu għall-parti mis-“soluzzjoni temporanja”, mhux lakemm jiġi kollox lura għan-normal f’tebqa t’għajn. Tant hu hekk, li s-sitwazzjoni tista’ anke tiggrava daqskemm tista’ titjieb. It-Tuneżija kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż Għarbi…
-
Il-pajjiżi Mediterranji u l-ewro
Fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa l-oħra ttrattajt is-sitwazzjoni attwali fiż-Żona Ewro mil-lenti tad-differenzi li hemm fil-mod kif ħadmu, u jaħdmu, il-pajjiżi Nordiċi, immexxijin fuq quddiem mill-Ġermanja, imma jinkludu magħha l-Awstrija, l-Olanda u l-Finlandja, kollha fiż-Żona Ewro. Huwa għalhekk wieħed issa jrid jara l-mod kif ħadmu, u jaħdmu, il-pajjiżi Mediterranji għal dik li hi tmexxija ekonomika u finanzjarja.…