Category: Latest Articles

  • Brexit bla Ftehim ikun Katastrofiku

    Brexit bla Ftehim ikun Katastrofiku

    Aktar kmieni din il-ġimgħa kont għal laqgħat fi Brussell. Fost dawn il-laqgħat kellna dik tal-EUROGROUP li tiġbor il-Ministri għall-Finanzi tal-membri stati fiż-żona ewro, u kif ukoll tal-ECOFIN li tiġbor il-ministri tal-membri stati kollha.   Dawn iż-żewġ laqgħat ġibdu l-interess tal-midja nternazzjonali. Filfatt ġejt intervistat minn Bloomberg, stazzjon televiżiv ferm importanti. Jista’ jkun li dawn il-laqgħat…

  • Żvilupp Sostennibli : X’ifisser?

    Żvilupp Sostennibli : X’ifisser?

    Il-kelma sostennibilita` tintuża sew minn uffiċjali tal-gvern li jiddikjaraw il-politika tal-gvern bħala waħda sostennibli, kif ukoll mill-opożizzjoni li jikkritikaw xi poltika tal-gvern, għal fatt li jgħidu li ma hix sostennibli. Ħafna drabi l-kelma sostennibilita’ nużawha ma’ kelma oħra :  l-iżvilupp u ngħidu “żvilupp sostennibli”. Bħal kull ħaġa oħra din il-kelma għandha oriġini. L-oriġini tagħha ma…

  • It-Tifsira tal-Olokawst għal-Lum

    It-Tifsira tal-Olokawst għal-Lum

    Din il-ġimgħa d-dinja fakkret avveniment ikrah li nfakkruh ta’ kull sena, l-Olokawst. Għaliex huwa importanti li d-dinja tiqba’ tiftakar fih. F’dan l-akbar ġenoċidju tas-seklu għoxrin inqatlu mas-sitt miljun Lhudi. Din il-ġrajja seħħet 74 sena ilu. Huma nqatlu bl-aktar mod krudili, dan hekk kif ġew ittorturati, isofru l-ġuħ u maqtula. Mhux l-iskop tiegħi li nidħol fid-dettall…

  • Bdejna s-Sena l-Ġdida bit-Tajjeb

    Bdejna s-Sena l-Ġdida bit-Tajjeb

    Fl-ewwel ġimgħat ta’ sena ġdida nibdew nagħlqu l-kotba finanzjarji tal-Gvern tas -sena ta’ qabel. B’hekk naraw kif sejjer l-andament ta’ pajjiżna. Minn din l-istatistika wieħed jista’ jara jekk pajjiżna għadhiex ‘on-track’ fil-baġit kif Kiev ippjanat ghas-sena 2018 u kif ukoll jekk minn dan l-andament finanzjarju hux ser inżommu l-finanzi b’surplus filwaqt li d-dejn ikompli jinżel.…

  • L-Ewwel Skoss Ekonomiku għal Ġermanja

    L-Ewwel Skoss Ekonomiku għal Ġermanja

    Ftit kienu emmnu t-tbassir li sar meta l-President Amerikan Donald Trump iddikjara li ried jintroduċi xi tariffi fuq l-importanzi tal-azzar biex jiddefendi x-xogħol f’pajjiżu. Dak inhar konna għidna sew li kien beda jberraq bl-ikrah fuq id-dinja. Propju meta Trump ħabbar dawn it-tarrifi, jien kont għidt li mill-esperjenza ekonomika li għandi din ma kinetx xi ħaġa…

  • L-Istorja tal-Milied u l-Immigranti Irregolari

    L-Istorja tal-Milied u l-Immigranti Irregolari

    Għaddew il-festi u bdiet is-sena l-ġdida. Nistgħu ngħidu li kellna festi tajba bħala pajjiż b’konsum ferm ikbar mis-soltu. Madankollu ħaġa morra kellna wkoll matul dawn il-festi. Din kienet il-kwistjoni tal-immigranti fuq żewġ vapuri li daħħalnihom jistkennu fl-ibħra Maltin. Aħna l-Maltin tgħajnihom il-protezzjoni. Madankollu xorta waħda hi ironija kbira li fil-Milied fejn nirrakontaw l-istorja ta’ Ġesu…

  • X’LAQATNI L-IŻJED MATUL DIN IS-SENA

    X’LAQATNI L-IŻJED MATUL DIN IS-SENA

    Huwa naturali li meta tasal fl-aħħar tas-sena tħares waħda lura u tara minn xiex tkun għaddejt matulha. Dan ix-xogħol jagħmluh b’mod dettaljat il-ġurnali fejn jagħtu ħarsa lejn l-aħbarijiet kollha tas-sena f’ġabra waħda. Iżda llum nixtieq nelabora aktar fuq xejra milli xi ġrajja partikolari. Jista’ jkun li għalkemm qed tiġri madwarna ftit huma li taw kasha…

  • RESQIN LEJN KRIŻI FINANZJARJA INTERNAZZJONALI OHRA?

    RESQIN LEJN KRIŻI FINANZJARJA INTERNAZZJONALI OHRA?

    Meta nitkellmu fuq il-qaghda ekonomika  ħafna persuni jimpurtahom biss kif sejra l-familja tagħhom. Ma tgħatihomx tort għaliex hija l-familja li hi l-aktar qrib tagħhom. Pero’ hemm parti sostanzjali ta’ Maltin oħra li jimpurtahom kif sejjer pajjiżhom.  Dawn huma nies li jinteressahom kif qed tkun ir-rata tat-tkabbir ekonomiku; l-inflazzjoni u kemm huma fis-sod il-finanzi tal-gvern. Issib…

  • Il-Burokrazija – ma noħlqux problemi fejn ma hemmx

    Il-Burokrazija – ma noħlqux problemi fejn ma hemmx

    Hawn ħafna li l-burokrazija jassoċċjawha biss max-xogħol tal-Gvern. Il-parti negattiva fl-amministrazzjoni tal-Gvern. Filfatt il-kelma burokrazija ġejja mill-kelma “bureau”, u li tfisser dipartiment. Jista’ jkun dipartiment sew pubbliku kif ukoll f’kumpanija privata. Iżda l-mod ta’ kif jitkellmu fuq ix-xogħol tal-Gvern mhux l-ewwel darba li nies fin-negozju, nies li jridu jinqdew jgħidulek li hemm is-settur pubbliku ghandu…

  • L-GĦOXRIN ANNIVERSARJU TAL-MUNITA EWRO

    L-GĦOXRIN ANNIVERSARJU TAL-MUNITA EWRO

    Din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropeja ċċelebrat l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-munita Ewro, li jużawha dsatax -il pajjiż ewropew inkluż Malta. Sadanittant, f’pajjiżna din is-sena ċċelebrajna l-għaxar anniversarju minn meta daħħalna din il-munita, lura fl-2008. F’dawn l-għoxrin sena ma kienx kollox ward u żahar għal fatt li kien hemm fejn l-munita għaddiet minn kriżijiet. Dan għall-fatt li wieħed…