Category: Latest Articles

  • POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI GĦAS-SEĦAN IL-MOĦĦ

    POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI GĦAS-SEĦAN IL-MOĦĦ

    Il-qawl Malti jghid xemx u xita Alla jaf meta! Permezz ta’ dan il-qawl irrid ngħid li aħna ma nafux il-futur u għalhekk ma aħniex żguri minnhu. Kwalunkwe ħaga li mhijiex żgura għalina nitfawa f’kaxxa li nsejħulha  riskji. Ir-riskju huwa xi ħaġa li tista’ tiġri fil-futur madankollu qatt ma tista’ tkun ċert minnha. Tneħħi lil dawk…

  • Il-Banek ta’ Żvilupp

    Il-Banek ta’ Żvilupp

    Konvint li spiss tisimgħu jew taraw fuq il-mezzi tax-xandir dwar dawk li jissejħu “banek ta’ żvilupp”. Dawn mhumiex banek simili għal dawk li minnhom għandna ħafna friegħi tagħhom imxerdin ma’ Malta u Għawdex. Dawn tal-aħħar jissejħu “banek kummerċjali” li minnhom jinqdew l-individwi, il-familji kif ukoll kumpaniji. Banek ta’ żvilupp huma differenti. Huma istituzzjonijiet magħrufin bħala…

  • L-isfida tat-tniġġis ambjentali

    L-isfida tat-tniġġis ambjentali

    Nemmen bis-sħiħ li l-oqsma tal-ekonomija u tal-ambjent għal dik li hija importanza huma fl-istess keffa, anke jekk l-ekonomija tegħleb bi ftit. L-ambjent ta’ madwarna huwa dak li jagħtina s-saħħa u fl-istess ħin huwa dak li joħodilna! Wara li jkun hemm it-tkattir tax-xogħol, it-tkattir tal-ġid, tidħol is-saħħa, għax wara kollox mingħajr is-saħħa m’għandek xejn. It-tniġġis, fid-diversi…

  • It-Taxxa Diġitali

    It-Taxxa Diġitali

    It-taxxi ilhom magħna eluf kbar ta’ snin. Anke fil-Kotba Imqaddsa nsibu li “dak li hu ta’ Ċesri għandu jingħata lil Ċesri” b’referenza għall-ħlas tat-taxxi. Aktar ma għadda ż-żmien aktar kien hemm irfinar tas-sistemi tat-taxxi biex kemm jista’ jkun jimxu fuq ċerti prinċipji, bħal li fit-tħaddim ta’ taxxa m’għandekx tonfoq fuqha aktar milli tkun se ddaħħal…

  • Lura minn New York u Washington

    Lura minn New York u Washington

    Il-ġimgħa li għaddiet attendejt għal-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u tal-Bank Dinji (World Bank), is-sessjoni tar-Rebbiegħa, IMF World Bank Spring Meeting. Laqgħat li saru f’Washington. Żewġ istituzzjonijiet li m’għandhom bżonn ebda introduzzjoni. Huma rinomati biżżejjed, twieldu fl-istess żmien imma ma tistax issejħilhom tewmin! L-għan ewlieni tal-IMF huwa li jassigura li jkun hemm stabilità tas-sistema…

  • L-early school leavers: sfida edukattiva

    L-early school leavers: sfida edukattiva

    Fost l-isfidi li għandu pajjiżna hemm dik tal-early school leavers, żgħażaġħ li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jilħqu l-età obbligatorja tal-iskola, 16-il sena, biex itiru mill-klassi. Sfortunatament ikun hemm għadd sostanzjali minnhom li kemm kemm ikunu jafu jaqraw imqar bil-Malti u bl-Ingliż minkejja li jkunu ilhom fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna mill-inqas 12-il sena. Din mhix…

  • Inkomplu insaħħu l-istituzzjonijiet regolatorji

    Inkomplu insaħħu l-istituzzjonijiet regolatorji

    Is-suċċess ta’ pajjiżna jiddependi mis-suċċessi tas-setturi li jiffurmawh. Li huma ħafna, iżda primarjament, u naħseb li dan jaqbel miegħu kulħadd, hemm is-settur tal-igaming u dak finanzjarju. M’hemm ebda dubju minn dan. F’setturi bħal dawn dejjem għandek riskju jiffaċċjak, dejjem hemm ir-riskju li fiċ-ċestun tat-tuffieħ jista’ jkollok tuffieħa li tibda titnawwar u li jekk ma tindunax…

  • Infittxu li nkunu objettivi

    Infittxu li nkunu objettivi

    L-objettività hija kwalità importanti ħafna. F’kull qasam tal-ħajja, minn dak l-aktar evidenti, bħalma huma l-Qrati, sal-inqas ħaġa. Anke fil-kamp tax-xogħol, fil-mod li bih t-tmexxija ta’ azjenda timxi mal-impjegati tagħha. Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet m’għandux ikun hemm ħars lejn l-uċuħ. M’għandux ikun hemm preferenzi. Hemm baħar jaqsam bejn l-objettività u s-soġġettività. Ikun argument minn pożizzjoni ta’ objettività…

  • Deċiżjonijiet infurmati dwar futur inċert

    Deċiżjonijiet infurmati dwar futur inċert

    Kulħadd ikun jixtieq li kull deċiżjoni li jieħu tkun l-aħjar waħda. Kull deċiżjoni li tieħu llum, tkun xi tkun, kbira jew żgħira, ma jkollix biss l-effett fuq il-preżent imma wkoll fuq il-futur. Ikun tajjeb għalhekk li kieku tkun taf x’se jġib miegħu l-futur, li mhux il-każ. L-isfortuna hi li f’ħafna drabi dak li tiddeċiedi llum…

  • Il-vot tal-PE favur sistema ta’ taxxi ġdida.. X’IMPATT GĦANDU FUQ PAJJIŻNA?

    Il-vot tal-PE favur sistema ta’ taxxi ġdida.. X’IMPATT GĦANDU FUQ PAJJIŻNA?

    Fost is-suġġetti l-aktar mitħaddta fil-jiem li għaddew kien hemm dak dwar it-taxxa, primarjament fuq skala Ewropea. Kien hemm rapporti dwar x’kien diskuss u miftiehem fil-Kunsill tal-Ministri, fil-Kummissjoni Ewropea u anke rapporti dwar stqarrijiet pubbliċi u mal-midja li saru mill-Kummissarju tat-Taxxi Ewropew. Stqarrijiet li ma tantx kienu sbieħ u li mbagħad ingħaqad kollox ma’ kollox bil-vot…