Category: Press Releases

  • Żjara fl- International Tax Unit u Tech.MT

    Żjara fl- International Tax Unit u Tech.MT

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Prof. Edward Scicluna flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo għamlu żjara ġewwa l-International Tax Unit (ITU) u ġewwa l-fondazzjoni Tech.MT fiż-Żejtun. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI U MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI U L-EKONOMIJA DIĠITALI F’din iż-żjara, il-Ministru flimkien mas-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mad-Direttur Ġenerali tal-ITU s-sur…

  • Ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem

    Ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ħabbar li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern ser ikun qed jagħti ċekk lil kull min jaħdem, kemm fuq bażi full-time u kif ukoll dawk li jaħdmu fuq bażi part-time. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARI Il-Ministru Scicluna jħabbar li ser jintbgħat ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem…

  • L-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat

    L-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat

    L-għaqdiet volontarji reġistrati f’Malta u f’Għawdex se jgawdu minn allokazzjoni ta’ €3 miljun bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-gvern din il-ġimgħa. Dan kien spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Edward Scicluna u mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, L-ISPORT U L-VOLONTARJAT Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward…

  • Il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN

    Il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza tal-ECOFIN li saret fid-9 ta’ Ġunju 2020.Fl-intervent tiegħu dwar il-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna qal, “Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Presidenza Kroata għall-mod eċċellenti kif mexxiet il-presidenza f’mument daqstant diffiċli. Aħna diġà lqajna l-idea tal-Pakkett ta’ Rkupru…

  • Self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers eliġibbli għall-Home Deposit Scheme

    Self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers eliġibbli għall-Home Deposit Scheme

    Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji,  flimkien mal-bank APS u l-bank BOV ħabbru skema ġdida li l-għan tagħha huwa li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq dar, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta’ 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju…

  • IT-TKABBIR EKONOMIKU TA’ MALTA BAQA’ POŻITTIV FL-EWWEL KWART TAS-SENA

    IT-TKABBIR EKONOMIKU TA’ MALTA BAQA’ POŻITTIV FL-EWWEL KWART TAS-SENA

    ​Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-Prodott Domestiku Gross għall-ewwel kwart ta’ din is-sena li wera li minkejja l-pandemija globali, it-tkabbir ekonomiku reali ta’ Malta baqa’ fit-territorju pożittiv b’rata ta’ 0.5 fil-mija. Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li f’termini nominali l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’1.9 fil-mija. Iċ-ċifri juru li Malta…

  • Il-President jirċievi għotja mingħand il-Ministru Scicluna b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

    Il-President jirċievi għotja mingħand il-Ministru Scicluna b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

    Il-President George Vella ltaqa’ mal-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjari Edward Scicluna fil-Palazz ta’ Sant’Anton, fejn ġie ppreżentat b’donazzjoni ta’ €40,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT U MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Dan hekk kif bħalissa qed isiru sensiela ta’ erba’ kunċerti fuq l-istazzjonijiet lokali TVM, ONE, NET…

  • Malta tilqa’ l-progress li sar sa issa fir-rigward tal-erba’ strumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea marbuta mal-COVID-19

    Malta tilqa’ l-progress li sar sa issa fir-rigward tal-erba’ strumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea marbuta mal-COVID-19

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza, fid-19 ta’ Mejju 2020, sabiex tiġi diskussa l-komunikazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu (AML/CFT), li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet u t-twaqqif tal-Fond ta’ Rkupru. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI “Malta hija favur li jkun hemm iktar ċarezza u armonizzazzjoni fuq…

  • Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-Iskema ta’ Sussidju tal-Interessi

    Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-Iskema ta’ Sussidju tal-Interessi

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jilqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-Iskema ta’ Sussidju fuq ir-Rata tal-Interessi mill-Kummissjoni Ewropea, li ser tkun iffinanzjata mill-Gvern u amministrata mill-Bank Malti għall-Iżvilupp. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI. L-iskema, li hija miftuħa għan-negozji kollha stabbiliti u li joperaw f’Malta, issodisfat il-kundizzjonijiet kollha tal-Qafas Temporanju stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea. Din l-iskema…

  • F’laqgħa tal-EUROGROUP biex jintlaħaq ftiehim tal-Unjoni ​Ewropea li jindirizza l-isfida ekonomika u finanzjarja li ħalliet il-COVID-19

    F’laqgħa tal-EUROGROUP biex jintlaħaq ftiehim tal-Unjoni ​Ewropea li jindirizza l-isfida ekonomika u finanzjarja li ħalliet il-COVID-19

    Il-Ministru għall-Finanzi pparteċipa f’laqgħa tal-EUROGROUP biex jintlaħaq ftiehim tal-Unjoni ​Ewropea li jindirizza l-isfida ekonomika u finanzjarja li ħalliet il-COVID-19 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza fil-15 ta’ Mejju 2020, sabiex ikompli jiġi diskuss x’għandu jkun ir-rispons ekonomiku għall-kriżi li qed tħalli…