Diskussjoni Pubblika – Naxxar


Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Professur Edward Scicluna ssokta bil-Laqghat Pubblici tieghu fuq bazi distrettwali fejn l-udjenza jkollha l-opportunita li tiddiskuti mieghu suggetti li tkun tixtieq titkellem dwarhom.

L-ewwel Diskussjoni Pubblika ta’ Prof Scicluna ghas-sena 2011 saret nhar il-Gimgha, 28 ta’ Jannar, fic-Centru Laburista tan-Naxxar.

F’din il-laqgha Prof Scicluna habbar li huwa kien ghadu kemm gie appuntat mill-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea ghall-Affarijiet Barranin, Catherine Ashton, biex ikun l-Osservatur Ewlieni tal-Elezzjonijiet Generali fl-Uganda li se jsiru fit-18 ta’ Frar, 2011. Prof Sdcicluna se jkun qed imexxi missjoni ta’ 110 osservatur f’din il-hidma importanti u delikata.

Prof Scicluna tkellem fid-dettal dwar inkarigu importanti iehor li nghata bhala co-rapporteur ta’ Rapport ta’ Opinjoni dwar tibdil fit-Trattat Ewropew. Dan bil-ghan li jkun jista’ jinholoq Mekkanizmu ghal Stabbilita Permanenti taz-Zona Ewro. Dan wara li nhasset il-htiega li jsir tibdil fih peress li ma kienx jahseb ghall-eventwalita’ bhal dik li ghaddiet minnha l-Grecja u l-Irlanda.

Spjega li bil-mod kif thejjiet il-proposta tal-Kunsill Ewropew biex jinbidel it-Trattat, ma kien hemm l-ebda garanzija li pajjiz zghir bhal Malta jibbenefika minn dan il-Mekkanizmu minkejja li tkun qed tikkontribwixxi ghalih finanzjarjament.

Dan peress li l-proposta tghid li l-Mekkanizmu jkun attivat biss jekk l-inkwiet finanzjarju li jkun fih il-pajjiz ikun ta’ theddida ghall-istabbilita taz-Zona Ewro kollha kemm hi.

Prof Scicluna spjega li kundizzjoni bhal din tkun tista’ tfisser li jekk Malta tkun f’diffikultajiet finanzjarji li ghaliha huma kbar immens u jistghu jfalluha imma dan ma jkunx ta’ theddida ghaz-Zona Ewro shiha, allura ma tibbenefikax.

Qal li fir-Rapport ta’ Opinjoni li fuqu hadem hu kien qed jigi propost li dan il-mekkanizmu ghandu jkun disponibbli ghall-pajjizi kollha taz-Zona li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji, ikun x’ikun l-impatt jew le ta’ dawn id-diffikultajiet fuq iz-Zona Ewro bhala haga wahda.

Apparti dwar hidmietu Prof Scicluna kien mistoqsi dwar dak li kien qed jizviluppa fit-Tunezija u fl-Egittu.

Id-Diskussjoni Pubblika fin-Naxxar kienet is-sitt wahda tax-xorta taghha. Diskussjonijiet simili saru f’Ghawdex, Zurrieq, Rahal Gdid, Gzira u Rabat.

Id-Diskussjoni Pubblika li jmiss se ssir fic-Centru Laburista tal-Fgura, il-Gimgha, 25 ta’ Frar, 2011, fis-7.00 p.m.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *