Laqgħa ta’ Diskussjoni – L-Ewro Sfidi Godda – L-Erbgha , 7 ta’ Dicembru – Phoenicia, Floriana


Iz-zona Ewro li tigbor fiha s-17-il pajjiz fl-Ewropa li ghandhom l-ewro bhala l-munita
nazzjonali taghhom ilkoll, ghaddejja minn krizi kbira. Ghar minn hekk hadd ghadu
ma jaf kif ser tispicca din il-krizi. Hemm min qed jistaqsi jekk din hux ser twassal li xi pajjizi, b’mod partikolari l-Grecja, johorgu miz-zona ewro. Sahansitra hemm min qed
jara l-periklu li z-zona ewro ghad tista’ titfarrak ghalkemm kulhadd qed jaghmel hiltu
biex dan ma jsehhx.

Ilkoll nafu l-problemi kbar li qed jiffaccjaw il-Grecja , l-Irlanda, l-Portugal u anke Spanja minhabba d-dejn kbir li ghandhom. Issa beda jberraq ukoll fuq l-Italja. Sadanittant, l-akbar zewg ekonomiji fl-Ewropa, il-Germanja u Franza, qeghdin jaghmlu minn kollox biex isalvaw l-ewro ghaliex ghandhom hafna x’jitilfu jekk iz-zona ewro titfarrak. Qed jikkunsidraw diversi toroq li jistghu jgibu taqlib kbir fis-sistema ekonomika tal-pajjizi li ghandhom l-ewro.

X’wassal biex qeghdin fis-sitwazzjoni gravi li ninsabu fiha? X’inhuma li sfidi godda li
qed ihabbtu wicchom maghhom il-pajjizi li qeghdin fiz-zona ewro. X’jistghu jkunu l-
konsegwenzi ghall-pajjizi msiehba jekk iz-zona ewro titfarrak? X’ikunu l-konsegwenzi
ghal Malta jekk naslu f’dan li stat?

Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li ser jigu ndirizzati fil-laqgha pubblika li ser issir mill-
Ewro-Parlamentari Laburista l-Prof Edward Scicluna, nhar l-Erbgha , 7 ta’ Dicembru,
2011 fil-Lukanda Phoenicia bit-tema L-Ewro Sfidi Godda.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *