Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar il-Professur Edward Scicluna kien mistieden fuq il-programm Għalik fuq One Radio ippreżentat minn Maria Camilleri. Prof Scicluna li huwa kandidat għall-5 u t-8 distrett tkellem fuq l-andament tal-kampanja elettorali sa issa. Huwa qal li l-Partit Laburista għandu strateġija ċara u studjata u huwa konsistenti f’dak kollu li qed jagħmel, inkluż fil-costings dettaljat li qed jagħti għal kull proposta li qed iressaq. Prof Scicluna tkellem ukoll dwar il-korruzzjoni, l-edukazzjoni, l-Mepa u l-arroganza politika tal-Partit Nazzjonalista fost oħrajn.
On Thursday 31 January Prof. Edward Scicluna was a guest on the program ‘Għalik’ on One Radio presented by Maria Camilleri. Prof Scicluna who is a candidate for the 5th and 8th district spoke on the election campaign so far. He said that the Labour Party has a clear strategy and has been consistent throughout, including in the detailed costings for each proposal being presented. Prof Scicluna also spoke about corruption, education, Mepa and the Nationalist Party’s political arrogance, among other issues.
– Għalik, ONE Radio : Thursday, 31st January, 2013