Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma tantx kien pożittiv wisq dwar is-sitwazzjoni fil-Greċja bħalissa hekk kif fi ftit siegħat oħrajn mistenni jibda jitlaqqa’ Summit li se jiddeċiedi dwar ftehim ta’ pakkett ieħor ta’ għajnuna lill-Greċja. Minkejja li l-Unjoni Ewropea qed tiddiskuti għajnuna li se tkun qed tlaħħaq is-€7 biljuni. l-Ministru Scicluna qal li fil-verita’ jekk jintlaħaq qbil u l-Greċja tingħata dawn il-flus b’kundizzjonijiet partikolari, “biex tfiq” xorta jkollha bżonn €5 biljuni oħrajn.
Jekk l-Greċja titlaq mill-Ewro din tkun disfatta
Scicluna rrimarka kif pajjiżi oħrajn bħall-Irlanda u l-Portugall sabu saqajhom jew qed jirkupraw sew mill-kriżi ekonomika, bl-għajnuna (bailout) li ngħatat u miżuri li ttieħdu jħallu r-riżultat mixtieq. Mistoqsi minn ILLUM għalfejn l-Greċja mhux qed tara titjib huwa spjega kif “fil-Greċja m’hemmx dixxiplina. Pajjiżi oħrajn lesti li jaqtgħu minn ċerti servizzi, ħlasijiet u anke impjiegi mal-Gvern imma fil-Greċja dawn il-miżuri m’humiex aċċettati daqstant malajr.” Huwa qal li s-sitwazzjoni fil-pajjiż, minkejja l-għajnuna li diġa ngħatat il-Greċja, fosthom madwar €127 miljun minn Malta, baqgħet sejra għall-agħar b’deterjorazzjoni fil-pagi ta’ madwar 37% u tnaqqis qawwi fil-Prodott Domestiku Gross (PDG).
Mistoqsi minn dan is-sit jekk jaħsibx li l-poplu Grieg ra’ biżżejjed tnaqqis u tnaqqir fil-kundizzjonijiet tiegħu u allura ma jiflaħx aktar il-Ministru Scicluna qal li dan huwa minnu għalkemm saħaq li “min seraq il-miljuni, min kien korrott u min bil subgħajh ma ħassx it-tnaqqis u l-miżuri imposti”.
Allura l-Greċja hija kawża mitlufa jew se jintlaħaq qbil u ssalva? Il-Ministru Scicluna spjega kif “kieku kien pajjiż ieħor kien jaqbillu joħroġ mill-Ewro, imma ħafna jibżgħu li jekk l-Greċja titlaq ikun hemm kaos. “Jekk il-Greċja titlaq mill-Ewro din tkun disfatta għal din il-munita li trid tkun qawwija u b’saħħitha daqs id-dollaru”.
Minkejja kollox il-Ministru Scicluna qal li lilhinn mill-ftehim hija l-implimentazzjoni li tista verament tagħmel id-differenza u kien fl-implimentazzjoni li l-Greċja batiet, speċjalment minn Frar li għadda lil hawn.
Intant meta dalgħodu il-Prim Ministru kien qed jindirizza l-MEUSAC għamilha ċara li l-Gvern Malti mhu se jħalli l-ebda pajjiż ieħor jimmina t-tkabbir ekonomiku li qed tesperjenza Malta bħalissa minħabba wegħdiet “irresponsabbli”.
Dwar is-Summit u bħal Ministitru tal-Finanzi Scicluna huwa qal li ftehim biex ikun estiż il-perjodu tal-bailout “mhux assolut” imma sempliċiment qed imexxi ż-żmien sa meta l-Greċja tista verament tiġi fuq saqajha. Huwa qal li l-kwistjonijiet li se jkunu diskussi mal-Greżja se jinkludu, fost oħrajn, il-pensjonijiet u programmi relatati mal-VAT.
– Monday, 22nd June, 2015
2 responses to “Il-Greċja trid mat-€12-il biljun biex ‘tfiq’”
It’s going too bee enfing of mine day, hoaever bevore enxing I am readding this enoirmous article too increade my knowledge.
Hey There. I fouund your bblog usaing msn. Thiss is a verry well written article.
I’ll make sure tto bookmark it aand comke back to reaqd more off youjr usetul info.
Thnks for thee post. I will ertainly return.