Il-ħidma tal-PL kienet kruċjali biex jiġi salvat Wied il-Buni


Waqt il-laqgħa ġie aċċettat dak li qal il-Professur Edward Scicluna, li ġibed l-attenzjoni tal-bord tal-MEPA ghal fatt li ma kienx sar studju xjentifiku sħiħ dwar l-impatt soċjali tal-proġett.

Is-sehem tal-kandidati Labu ris ti għall-Parlament Ewropew Edward Scicluna u Steve Borg kien kruċjali fil-ħidma biex tit waq qaf l-estensjoni tal-Freeport f’Birżebbuġa u jsalvaw Wied il-Buni. Sindki u kunsillieri min-naħa t’isfel ta’ Malta rringraz zjaw lill-Prof. Scicluna u lil Steve Borg tal-ħidma tagħhom.

Il-Professur Edward Scicluna sostna li l-kunsilli lokali u l-għaq diet ta’ residenti jistgħu jinfluwenzaw u anke jwaqqfu proġetti li jkun se jkollhom impatt ne gat tiv fuq il-lokalità, jekk jarmaw ruħhom tajjeb bl-informaz zjoni u jieħdu pariri kif tagħtihom id-dritt li jagħmlu l-UE.

Il-Prof. Scicluna semma kif l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, nhar il-Ħamis li għadda kienet rrifjutat applikazzjoni dwar l-estensjoni tal-Freeport f’Birżebbuġa, grazzi għall-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li ħadem flimkien mar-residenti u kumitat ta’ azzjoni li ffoka fuq dan il-proġett.

Waqt il-laqgħa ġie aċċettat dak li qal il-Prof Scicluna li ġibed l-attenzjoni tal-bord tal-MEPA li ma kienx sar studju xjentifiku sħiħ dwar l-impatt soċjali tal-proġett, fejn la kien ivvalutat l-isfreġju li l-proġett kien se jħalli fuq il-ħajja tar-residenti u wisq inqas it-telf tal-valur tal-proprjetà minħabba l-estensjoni.

Fl-istess laqgħa quddiem il-MEPA, kien intervjena ukoll il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Steve Borg, li qal li l-proġett kellu jkun marbut ma’ ‘Strategic Noise Map’ li tqis l-impatt tal-ħsejjes ġġenerati minn attivitajiet industrijali.

Dwar it-tħammil tal-qiegħ tal-Freeport li ġie approvat biex iħalli bastimenti akbar jitrakkaw, il-Prof. Scicluna qal li l-monito raġġ tal-kwalità tal-ilma ma kienx se jwaqqaf it-tqanqil ta’ kimiċi u metalli li maż-żmien ddepożitaw fil-qiegħ, u li pro babbli jfisser li l-bajja ta’ Pretty Bay tkun magħluqa għall-għawm għal xi snin.

Dwar il-problemi li jinħolqu bi proġetti proposti speċjalment fin-naħa t’isfel ta’ Malta, il-Prof. Scicluna spjega li l-UE tagħti l-għod da meħtieġa – msejħa ‘Stra tegic Environment Assessment’, jew SEA – fejn hu meħtieġ li jsir studju dwar il-pjan għal reġjun sħiħ u mhux sempliċiment stud ji dwar pro ġetti individwali.

Permezz tal-’iStrategic Environment Assessment’, l-UE torbot lill-awtoritajiet li jikkonsultaw mal-kunsill lokali, fost oħrajn, biex tittieħed deċiżjoni jekk proġetti bħall-inċeneratur għandhomx isiru. Id-deċiżjoni dwar f’liema lokalità jsiru għandha tittieħed wara.

l-orizzont – 5 ta’ Marzu 2009