Jekk hemm attivita’ kriminali li qegħda kull ma jmur tissemma speċjalment fuq skala internazzjonali hija l-ħasil tal-flus. Forsi dak li jkun isaqsi jekk din hijiex xi ħaġa ta’ dan iż-żmien.
Din it-tip ta’ attivita’ kriminali mhijiex biss taż-żmien tal-lum imma tmur lura diċenji. Fil-fatt jekk immorru fil-bidu tas-snin tmenin, kienet twaqfet organizazzjoni internazzjonali l-Financial Action Task Force (FATF) li hija kontra il-kriminalita’ li tinfiltra l-finanzi u l-banek u li wkoll jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq it-terroriżmu wkoll.
Il-hasil tal-flusu l-finanzjament ta-terroriżmu huma reati li kull ma jmur, qed tinxteħet fuqhom aktar importanza. Filfatt il -banek qed jiġu mitluba iktar minn qatt qabel sabiex ikunu b’għajnejhom miftuħin u jirrapurtaw kull suspett li jiġi minn dawn it-tip ta’ kumpaniji kbar li jagħmlu din l-attivita’ kriminali; sew jekk humiex mid-drogi, mill-produzzjoni tal-armamenti, mill-evażjoni ta’ taxxa jew mill-kuntrabandu, il-punt huwa li din l-attivita’ trendi l-flus.
Fid-dawl ta’ dan inti jew tipprova taqbad din il-kriminalita’ direttament jew tipprova toħnoqhom billi tattakkalhom il-flus li jiġu minn din l-attivita’ u dawn il-flejjes iridu jgħaddu minn sorsi bħal banek, istituzzjonijiet finanzjari jew mis-swieq kapitali bħall-ishma. Dan ifisser li minn kwalunkwe mod li minnu jistgħu jgħaddu l-flus hemm ir-riskju li dawn il-flejjes ikunu ġejjin minn sors maħmuġ, minn kumpaniji illegali jew minn għaqdiet kriminali.
Din l-imbottatutra u glieda kbira internazzjonali hi xprunata primarjament mill-Amerika u għaldaqstamt din qed tħalli l-effetti tagħha mad-dinja kollha. Dan billi l-pajjiżi jaraw li għandhom jgħinu lil xulxin u jikkomunikaw flimkien biex kemm jista’ jkun jaqbdu dan is-sors, jiffriżawlhom dawn il-flejjes. B’hekk gvernijiet jieħdu dawn il-flus li jiffriżaw u jżommuhomlhom, u ghalhekk l-imħuħ wara din il-kriminalita’ organizzata ma jkunux jistgħu igawdu l-frott tal-istess attivita’ kriminali.
Sandanittant, fl-Unjoni Ewropea kellna ħafna direttivi dear dan. L-aħħar waħda hija Direttiva Numru Ħamsa kontra r-reati tal-ħasil tal-flus li pajjiżna dalwaqt ser ikun qiegħed jimplimentaha . Permezz ta’ din it-tip ta’ Direttiva, issa ser ikun aktar diffiċli sabiex wieħed jistaħba; għall-fat li din il-liġi hija aktar favur it-trasparenza. Voldieri min jipprova jistaħba wara ħafna kumpaniji, min iqabbad practictioners biex jirrapreżentawhom biex ma jidhrux huma, min iwaqqaf ċertu kumpaniji li jkun jista’ jistaħba warajhom; dawn issa fir-reġistru tal-kumpaniji irid jinkixfu għaliex fl-aħħar irid ikun hemm is-sid benefiċjarju wara l-istess kumpanija. Permezz ta’ din id-Direttiva Ewropea, kull ma jmur, ir-regolamenti u l-liġijiet tal-pajjiżi qed jagħmluha ferm aktar diffiċli.
Matul il-ġimgħa li għaddiet kelli mawra mad-delegazzjoni kbira Maltija fir-Renju Unit fejn iltqajna fl-Uffiċju tal-Intern mal-għola uffiċjali Inglizi ta’ dawn li qed jiġġieldu kontra l-kriminalita, ma L-aġenzija nazzjonali ta’ kontra l-kriminalita’ finanzjarja u ekonomika. Dan għaliex pajjiżna huwa interessat li jwaqqaf tip ta’ din l-aġenzija li tkun iffokata fuq kriminalita’ ekonomika organizzata.
Huwa għalhekk li kull pajjiż qed jipprepara ruħu biex jiġi evalwat f’dan ir-rigward. Aħna nilqgħu kull evalwazzjoni li ssir,, lesti li nilqgħuhom ir-rakomandazzjonijiet biex pajjiżna jissaħħaħ. Pajjiżna jrid ikompli fis-servizzi finanzjarji, u l- online gaming u setturi simili; ikollhom jammettu li dawn kollha għandhom ir-riskji tagħhom. L-importanti hu li tkun ippreparat għalihom Hugħalhekk li ir-regolatur irid iżid in-numru ta’ nies u jattrezza ruħu bl-apparat kollu meħtieġ biex ikun jista’ jkun jaf (permezz tal-intelliġenza) ħalli nkunu minn ta’ quddiem kontra dawn li jużaw kwalunkwe ħaġa inkluż it-teknoloġija beix jirnexxilhom ikompli jipprattikaw il-kriminalita’ u kriminalita’ serja għaliex tidħol ukoll fl-għalqa tat-terroriżmu. Xi ħaġa li kull pajjiż irid iżomm il’bogħod minnu.
Din hija sfida kbira għad-dinja, sfida li rridu nżommu l-kriminalita’ ekonomika, finanzjarja speċjalment online u t-terroriżmu il’ bogħod minn kull pajjiż. Irridu niġġieldulu bis-sħiħ.
3 t’ Awwissu 2019