Fix-xogħol ta’ rutina tiegħu, kull ministru, jkollu skedat bosta laqgħat kemm ġewwa pajjiżu kif ukoll il-barra minn pajjiżu. Dawn il-laqgħat huma ta’ mportanza kbira għax hu l-aħjar mezz ta’ kif ministru jikkomunika ma’ terzi persuni ħalli jiddiskuti temi importanti għaż-żewġ naħat u jwassal il-viżżjoni tiegħu. Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropeja, irrispettiv minn liema ministeru jirrigwarda, hu eżempju ċar ta’ taħdidiet bejn ministri f’ambjent multilaterali.
Pero’, barra minn dawn il-laqgħat kollettivi, hemm il-laqgħat bilaterali li jkunu jinvolvu jew ministru ma’ ministru ta’ pajjiż ieħor li jokkupaw l-istess dekasteru jew ministru ma’ wieħed mill-Kummissarji Ewropej. Dawn il-laqgħat għandhom l-importanza tagħhom għax, ħafna drabi, huma dawn it-tip ta’ laqgħat li jwasslu biex ikun ftehim tawwali li jkun ifisser ġid u ko-operazzjoni bejn żewġ pajjiżi li jwassal għal ġid lil popli taż-żewġ pajjiżi.
Għalkemm illum il-ġurnata, it-teknoloġija tant saret avvanzata bhal fil-każ tal-iSkype li wieħed jista’ jaħseb li din it-teknoloġija tissostitwixxi il-kuntatt personali u il-laqgħat ta’ wiċċ imb’wiċċ bejn żewġ persuni, huwa fatt li ma jista’ jmeriż ħadd, li laqgħa wiċċ imb’wiċċ, isarraf fi ħbiberija bejn iż-żewġ individwi; ħbiberija li twassal biex issir taf u tifhem ahjar lil-persuna l-oħra b’mod aktar personali u li b’hekk tagħti dimensjoni oħra biex jinkisbu ir-riżultati mixtieqa.
Dawn il-laqgħat iservu wkoll biex Ministru jkun jista’ jispjega u jelabora aktar fil-fond temi speċifiċi, bħal kif sejjer dwar l-andament ekonomiku ta’ pajjiżu, liema spjegazzjoni wieħed ikun qed jindirizza ċerti kunċetti li n-naħa l-oħra tkunu daħħlet f’moħħha jew tkun ifformat opinjoni mill-medja soċjali fost meżżi oħra. Jekk nieħu l-eżempju ta’ Malta, f’taħdidiet bħal dawn, jien qed insib li hemm bosta impressjonijiet li jirriflettu ferm il-bogħod mir-realta’, għax il-persuna ma min inkun qed nitkellem, ikunu wasslu għal dik l-opinjoni għax ikunu qraw il-midja, liema midja, ħafna drabi, tkun qed twassal il-messagg ta’ min kellu interess jagħmel ħsara lil pajjiżna.
Każ tipiku li niltaqa’ miegħu ħuwa dawk il- barranin li jaħsbu li l-ekonomija Maltija hija bbażata biss fuq xi żewġ setturi ekonomiċi. Meta nibda nispjegalhom li l-ekonomija Maltija hija ferm diversifikata u tkopri setturi ekonomiċi bħal manifattura; turiżmu; servizzi finanzjarji; ‘igaming’; il-produzzjoni tal-film, skejjel li jgħallmu l-Ingliż, is-settur maritimu, l-akwakultura u l-attivita’ ġewwa l-Port Ħieles, fost is-setturi ekonomiċi li Malta teċċella fihom. Altru mill-impressjoni li jingħataw li l-ekonomija tagħna ma hix sostenibbli. U għalhekk li f’laqgħat bħal dawn, ikun ferm importanti li jiġu ndirizzati u ċ-ċarati fatti mhux veritieri li jingħaddu fil-midja.
Biex jintlaħaq l-iskop għal xiex laqgħa bilaterali tkun saret, huwa mportanti li jkun hemm il-preparazzjoni ta’ qabel din il-laqgħa. Hu mportanti li wieħed ikun ġabar informazzjoni fuq il-persuna li miegħu ser ikollu it-taħdidiet – bħal per eżempju, l-istudji li jkun segwa il-persuna; l-esperjenza tal-karrriera; materi li jkunu għal qalb l-individwu; is-suċċessi li jkun wettaq u informazzjoni simili. Wieħed irid jiftakar li l-persuna li tkun ser tiltaqa magħha, tkun għamlet l-istess eżerċizzju fuqek.
Għalhekk hemm bżonn li inti tkun ippreparat bl-istess mod. Hawn tidħol l-importanza tal-istaff li jkollok. Huma dawn il-persuni li xogħolhom hu li jipprepaw għal-laqgħa bħal din, liema preparazzjoni tkopri wkoll dettali fuq il-laqgħa, nnifisha; dettalji li jinkludu wkoll il-forma tal-laqgħa, jekk hiex laqgħa bejn ministri jew jekk hux ser jkun hemm persuni oħra li jkunu qed jakkumpanjaw il-ministru, u f’dak il-każ, ikun hemm informazzjoni ta’ min huma il-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw il-ministru u l-irwol tagħhom. Dawn jidhru dettalji żejda, iżda huwa dan il-pakkett sħiħ li jwassal sabiex laqgħat bħal dawn iwasslu għal riżultati pożittivi.
Il-post fejn isiru dawn il-laqgħat jgħodd ukoll. Il-laqgħat jistgħu jsiru f’kull post, minn ġewwa kafetterija, waqt il-brejk ta’ xi konferenza u sitwazzjonijiet simili. Iżda jekk wieħed irid li jinkisbu r-riżultati, laqgħat bħal dawn iridu jsiru f’ambjent li jkun akkoljenti, kwiet u fejn joħloq sens ta’ rilassiment. Huwa għalhekk li l-aħjar mod li tiddiskuti huwa li tmur u ż-żur il-ministru kollega tiegħek ta’ pajjiż ieħor, ġewwa pajjiżu.
Kemm jien kif ukoll sħabi l-ministri, jkollna ħafna minn dawn il-laqgħat, ma’ ministri Taljani, Ingliżi, Ġermaniżi, Żvediżi u nista’ nibqa għaddej bil-lista. Hemm limitu ta’ kemm ministru jista’ jkollu laqgħat ma’ kull ministru ta’ kull pajjiż li Malta nagħmlu kummerċ miegħu, liema laqgħat huma apparti ix-xogħol ministerjali tiegħek, pero’ xejn ma jnqassaq mill-importanza ta’ dawn il-laqgħat. Il-preparazzjoni għal-laqgħat bħal dawn huma essenzjali biex wieħed jikseb il-frott meħtieġ.
Ir-ritratti u l-irrappurtar fil-gażżetti ta’ laqgħat bilaterali, huma biss mezz ta’ kommunikazzjoni u ta’ tagħrif ġenerali għal-pubbliku, iżda ir-riżultat tat-taħdidiet jasslu żmien wara meta jkun sar ftehim, ftehim li jwassal għal xi nvestiment ġdid u koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi li jkun ta’ vantaġġ għal pajjiż ġenerali.
Mill-esperjenza tiegħi f’dan il-Gvern, nista’ ngħid li t-taħdidiet bilaterali qed iwasslu għal aktar investiment barrani li ġej lejn pajjiżna u dan kollu huwa l-perm tas-suċċess ta’ dan il-Gvern.
Il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju 2019
2 responses to “Dawk il-Laqgħat Bilaterali”
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article. https://www.binance.com/ro/register?ref=V3MG69RO
Your point of view caught my eye and was very interesting. Thanks. I have a question for you.