Konvint li spiss tisimgħu jew taraw fuq il-mezzi tax-xandir dwar dawk li jissejħu “banek ta’ żvilupp”. Dawn mhumiex banek simili għal dawk li minnhom għandna ħafna friegħi tagħhom imxerdin ma’ Malta u Għawdex. Dawn tal-aħħar jissejħu “banek kummerċjali” li minnhom jinqdew l-individwi, il-familji kif ukoll kumpaniji. Banek ta’ żvilupp huma differenti. Huma istituzzjonijiet magħrufin bħala IFIs (International Financial Institutions), istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Hemm min isejħilhom aġenziji multilaterali għax il-flus jiġu minn u jingħataw lil ħafna pajjiżi, mhux pajjiż lejn pajjiż.
L-għan tal-banek ta’ żvilupp mhux li jikkompetu mal-banek eżistenti f’pajjiż.
Għal kuntrarju jidħlu għax-xogħol li banek kummerċjali ma’ jidħlix għalih.
Bank kummerċjali ma jsellifx fit-tul ħafna għax billi għandu d-depożiti tan-nies u n-nies jistgħu jitolbu d-depożiti tagħhom lura l-bank ma jkunx irid jinqabad mingħajr flus jew nieqes minnhom. Bank kummerċjali ma jistax jislef fit-tul u jissellef fil-qasir. Dan huwa punt kardinali għall-banek kummerċjali.
Dan l-aħħar iċ-Ċina pproponiet, u rnexxielha, twaqqaf bank għall-Asja, l-Asian Bank (AIIB), illi wkoll fost il-fundaturi tiegħu hemm Malta. Ħaġa li aħna kburin biha ħafna, aktar u aktar issa li ċerti pajjiżi oħrajn qegħdin isegwuna, qegħdin jitolbu biex ikunu membri f’dan il-bank enormi.
Il-banek kummerċjali joqogħdu wkoll attenti fejn jisilfu. Fejn jaraw ċerti riskji, riskji għoljin, ma tagħtihomx tort ikunu kawti u jżommu lura għax qegħdin jużaw flus ħaddieħor u allura ma jisilfux. Hemm ċerti proġetti li jistgħu jkunu riskjużi minkejja li ma jkunux xi proġett kbir, anzi jkunu negozji żgħar. Billi jkunu negozji żgħar, illum miftuħin u għada magħluqin, jistgħu ma jkunux pożizzjoni li jħallsu kapparra.
Ifisser li f’dan ix-xogħol hemm ċirkostanzi li kawża tagħhom ebda bank kummerċjali ma jkun lest jidħol għalih waħdu u allura jaqsmu ma’ tlieta, erba’ banek oħrajn. Ċirkostanzi bħal ngħidu aħna li jkunu jfissru investiment ta’ €400 miljun. Ċirkostanzi li ebda bank kummerċjali ma jkun lest jieħu waħdu proġett bħal dan.
Banek ta’ żvilupp ma jkunux lesti jidħlu fl-għalqa ta’ banek kummerċjali u ħarsithom tkun fuq proġetti ta’ ċertu importanza għall-pajjiż partikolari, bħalma huma proġetti ta’ infrastruttura bħal ajruporti, portijiet, u telekomunikazzjoni. Għal proġetti bħal dawn jidħlu banek li jkunu lesti, jifilħu, isellfu għat-tul.
Min-naħa l-oħra bank ta’ żvilupp ikun lest jidħollu. Bank ta’ żvilupp ma jkunx lest jidħol fl-għalqa ta’ banek kummerċjali u ħarstu tkun fuq proġetti ta’ ċertu importanza għall-pajjiż partikolari, bħalma huma proġetti ta’ infrastruttura bħal ajruporti, portijiet, u telekomunikazzjoni. Għal proġetti bħal dawn jidħlu banek li jkunu lesti, jifilħu, isellfu għat-tul.
Hawn banek ta’ żvilupp nazzjonali. Ftit ta’ żmien ilu aħna, Malta, nedejna l-ewwel Bank ta’ Żvilupp Nazzjonali Malti. Hija xiħaġa ġdida għal pajjiżna, iżda għal pajjiżi oħrajn, bħall-Ġermanja, għandhom aktar minn bank wieħed ta’ żvilupp.
Hemm imbagħad banek ta’ żvilupp li huma internazzjonali. Il-Bank Dinji (World Bank) twaqqaf mill-pajjiżi kollha tad-dinja fl-1945, wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Twaqqaf biex jgħin pajjiżi li kienu se jibdew jiżviluppaw, pajjiżi medji li kienu qegħdin jieħdu l-indipendenza mill-kolonjaturi tagħhom. Huwa bank speċjalizzat fuq l-iżvilupp dwar kif jaqla’ pajjiżi mill-faqar. Mhix xi ħaġa faċli meta tqis illi banek oħrajn ma kienux ikunu lesti jidħlu għal proġetti f’pajjiżi bħal dawn għax ikunu proġetti riskjużi ħafna.
Ma jfissirx li l-Bank Dinji jsellef b’xejn, isellef b’rati tas-suq. X’aktarx li r-reazzjoni se tkun “allura x’nambuh?” Hemm bżonnu, u ħafna wkoll, għax banek kbar billi jkunu b’saħħithom ikunu aktar kapaċi jagħtu self b’rati tas-suq. Pajjiż żgħir jekk ikun irid jissellef jew ma jsib lil ħadd min jisilfu jew iselfuh b’rati għoljin bħalma kien sar fil-każ tal-Arġentina, b’rata ta’ sebgħa, tmienja jew disgħa fil-mija u dan ma jkunx vijabbli għall-proġett.
Fir-rigward tal-Ewropa, b’mod partikolari u mmirat speċifikament għal dawk il-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti jew maħkumin mill-Unjoni Sovjetika u li wara saru indipendenti u kollha aspiraw li jkunu membri tal-Unjoni Ewropea, inħoloq bank ta’ żvilupp għalihom. Qed nirreferi għal pajjiżi fiċ-ċentru tal-Ewropa, bħall-Bulgarija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, Slovakja, Slovenja, Albanija u r-Russja innifisha. Kienet idea Franċiża li wasslet biex inħoloq l-EBRD, bank ta’ żvilupp li qiegħed ibbażat Londra. Aħna, Malta, konna wieħed mill-pajjiżi fundaturi ta’ dan il-bank, ħriġna l-kapital biex inkunu azzjonisti tiegħu. Ħafna minn dawk il-pajjiżi li semmejt illum huma membri tal-Unjoni Ewropea filwaqt li oħrajn qegħdin fi stadju li jissieħbu.
Ftit ilu attendejt il-laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EBRD, li tawh mandat ġdid biex issa li kważi spiċċa l-mandat tiegħu għall-eks-pajjiżi membri tal-eks-Unjoni Sovjetika, jibda jinvesti fl-Afrika ta’ Fuq. Pajjiżi li huma qrib tagħna, bħat-Tuneżija, Alġerija, Marokk, Eġittu, Libanu u saħansitra l-Ġordan, li għalkemm mhux qiegħed fil-Mediterran qiegħed qribu.
L-EBRD qiegħed isellef bil-kbir lil dawn il-pajjiżi u tieħu gost tisma li bdiet til-ħidma fuq 180 proġett jew li fit-tali pajjiż għamlu 30 proġett. Proġetti ta’ investiment li ma kienux isiru li ma kienx għall-EBRD. Proġetti li jfissru ħolqien ta’ xogħol u li jgħinu biex idawru r-rota u jkollna pajjiżi daqsxejn aktar żviluppati li magħhom inkunu nistgħu ninnegozjaw. Igħin biex fl-istess ħin ikun hemm stabilità filwaqt li jattira investiment ta’ investituri barranin li min-naħa tagħhom jitħajru jinvestu f’dawn il-pajjiżi.
Hemm banek ta’ żvilupp oħrajn li huma reġjonali, bħalma huwa l-bank ta’ żvilupp Afrikan, bħalma hemm ukoll banek ta’ żvilupp għall-Asja. Dan l-aħħar iċ-Ċina pproponiet, u rnexxielha, twaqqaf bank għall-Asja, l-Asian Bank (AIIB), illi wkoll fost il-fundaturi tiegħu hemm Malta. Ħaġa li aħna kburin biha ħafna, aktar u aktar issa li ċerti pajjiżi oħrajn qegħdin isegwuna, qegħdin jitolbu biex ikunu membri f’dan il-bank enormi. Bank li se jaqdi l-bżonnijiet ta’ pajjiżi ta’ dawk in-naħat, imma tant hemm kummerċ bejn l-Ewropa u huma li jista’ jkun li nintlaqtu b’mod favorevoli għax jekk ikun hemm investitur li jrid jinvesti f’pajjiżna jista’ jinqeda b’dan il-bank.
Fl-Ewropa għandna l-bank tagħna, il-European Investment Bank (EIB). Dawn huma banek li selfuna l-flus għall-power stations, għall-ajruport, għall-isptarijiet, għall-akkomodazzjoni soċjali billi jagħtu garanziji. Iselfu wkoll billi jagħtu garanziji lil negozjanti żgħar fejn il-banek ewlenin tagħna ma kienux lesti jselfuhom mingħajr dawn il-garanziji. Ifisser li l-EIB qed jgħin fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u ta’ pajjiżi oħrajn.
Huwa għalhekk li Malta hija interessata bil-kbir li dawn il-banek ta’ żvilupp jagħmlu xogħolhom u kemm jista’ jkun aktar qrib pajjiżna, fir-reġjun tagħna, fil-Mediterran. Aktar investiment f’dan ir-reġjun ikun ifisser aktar żvilupp fil-pajjiżi konċernati bil-problema maħluqa mill-emigrazzjoni minn dawn il-pajjiżi tonqos u finalment tisfuma fix-xejn. Huwa b’hekk biss, billi ssolvi l-problema f’ras il-għajn, tkun tista’ tasal biex ikun hawn aktar paċi, aktar sliem, aktar ġid fir-reġjun ta’ madwar pajjiżna.
Lejn dan il-għan se nkunu qegħdin inkomplu naħdmu bla heda.
Il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018
2 responses to “Il-Banek ta’ Żvilupp”
I like this web site it’s a master piece! Glad I detected this ohttps://69v.topn google.Blog monetyze
Thank you for your sharing. I am worried that I lack creative ideas. It is your article that makes me full of hope. Thank you. But, I have a question, can you help me?