Bosta huma dawk li jinterressaw ruħhom fin-nefqa tal-Gvern. Bħala ċittadini li jiffinanzjaw dan l-infiq għandhom dritt li jitolbu li jaraw l-istatistika. Jeżistu ħafna modi kif wieħed ikun jista’ jġib l- informazzjoni meħtieġa minn dawn l-istatistici. Ikolli nammetti pero li mhijiex faċli biex wieħed, wara li jkun ra din l-informazzjoni, jkun jista’ jevalwa l-andament kif ikun fil-fatt sejjjer.
Waħda mill-entitajiet governattivi li toħroġ dawn l-istatistiċi huwa l-uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika. Dan l-istess uffiċju joħroġ statistika li tiġi mingħand id-dipartiment tat-Teżor. Minn naħa l-oħra d-dipartiment tat-Teżor għandu l-istatistika tiegħu li joħroġ huwa stess ta’ kull xahar dwar id-dħul u l-ħrug tal-ministeri u dipartimenti tagħhom. Din l-informazzjoni tagħti minnha nnifisha stampa.
Id-dipartiment tat-Teżor huwa l-post fejn jidħlu u joħorgu l-flus kollha tal-Gvern u nistaw inqabbluh perfettament ma’ cash register. B’dan l-aħħar eżempju qisna qedin ngħidu li inti għandek kexxun li jidħlu l-flus fih u inti tista’ tniżżel fuq il-karta il-valur li jkun dieħel kull darba li jidħol u l-istess meta joħrog.
Iżda jista’ jagħti l-każ li inti tagħmel spiża li inti ma tħallasx dak il-ħin u allura biex nibqaw ma’ l-eżempju ma’ joħorġux flus minn dak il-cash register dak inhar allavolja tkun fil-fatt saret nefqa. Tista’ tagħmel triq jew bankina din is-sena u tħallasha s-sena ta’ wara. Jew tagħmel nefqa fuq pilloli li l-istess jitħallsu xhur wara. Jista jkun għal kuntrarju jkollok idaħħal xi flus u dawn ma jidħlux dak inhar imma jidħlu xhur wara.
Mela allura l-ispiża, dik li naraw fil-cash register ma tkunx qed tagħti l-istampa kollha. L-ispiża reali tal-Gvern hija meta tkun saret in-nefqa, meta tkun saret it-triq u meta l-pazjenti jkun ħadu l-pilloli li xtrahom il-Gvern fost oħrajn, allavolja ma jkunux għadhom kemm tħallsu. L-istess jekk hemm kirja u li nafu li se ndaħħlu din is-sena u għada ma daħħlitx xorta għanda tidħol għaliex dik hija r-revenue tal-Gvern.
Din twassalna għat-tieni stampa, dik li ngħidulha l-accruals. L-accruals huwa l-mod li accountants iniżżlu l-veru spiża u l-veru nefqa tal-Gvern. Hawnhekk naslu għal punt li ngħidu li l-ewwel stampa li jkun ħa d-dipartiment tat-teżor ġol-cash register hija qrib il-verita pero mhijiex il-verita preċiża.
Issa nigu biex inxebbħu l-ispejjez. Ma’ x’hiex se xxebbaħhom? Biex nieħdu eżempju ħafna nies li jinkludu ekonomisti ixebbħu dan ix-xahar ma l-istess xahar tas-sena l-oħra. Dawn jagħmlu hekk ħalli jipprovaw iqabblu dak li ngħidulu like with like u jkollhom ftit ideja. Jekk in-nefqa żdiedet ngħidu kemm, b’ħamsa fil-mija, b’għaxra fil-mija? U hemmhekk tibda tevalwa.
Issa jekk wieħed għal dis-sena diġa ibbaġitja somma li sa tiżdied b’ħamsa fil-mija fuq is-sena l-oħra u fil-fatt ikun nefaq ħamsa fil-mija iżjed mis-sena l-oħra, ma’ jkunx qiegħed mixi mal-Baġit? Jiġifieri m’hemmx xejn ħażin illi n-nefqa tkun żdiedet b’ħamsa fil-mija fuq is-sena ta’ qabel? Jekk wieħed ikun ippjana u stima u bbaġitja u fil-baġit ħabbara u alloka l-flus u jaf li deħlin lura, jfisser kollox sejjer mal-pjan. U għalhekk hemm metodu ieħor illi minflok ixxebbaħ din is-sena mas-sena ta’ qabel għandek ixxebbaħ dan ix-xahar mal- valur ta’ l-istess.
Dan huwa metodu ieħor kif wieħed jista’ jevalwa jekk in-nefqa żdidietx. Ikun ċar u evidenti li n-nefqa tal-Gvern tkun żdiedet jekk jinqabeż dak li jkun ppjanajt għal dak il-baġit. L-isfortuna hija li din it-tieni stampa li semmejt hija iktar ssofistikata u mhux faċli li jagħmilha il-bniedem fit-triq. Irid ikollok metodi teknici u sofistikati biex tara dak li stmajt fil-baġit hux jintlahaq xahar b’xahar. Dan qed isir fil-ministeru taghna u b’hekk qed ikollna kontroll ahjar fuq il-bagitt.
Huwa importanti fid-dinja tal-lum li kulħadd mhux biss xi ndividwu partikolari jew in-nies fit-triq u izda anka l-midja jkunu jistgħu jiskrutinizzaw in-nefqa u d-dħul tal-Gvern b’iktar informazzjoni biex l-osservazzjonijiet tagħhom ikunu iktar effettivi u b’hekk żżommu fuq kollox lill-Gvern in check. Għaliex dawn huma flus tat-tax payer li huwa fl-interess tiegħu li jkun jaf kif ikunu qiegħdin jintefqu.
Il-Gimgħa 11 ta’ Marzu 2016