Kulħadd qed iħoss it-taqlib politiku li għaddej fl-Ewropa, fejn kull ma jmur qed jinbtu partiti ġodda u li eventwalment qed jitilgħu fil-gvern ukoll. Hawn min qed isejjaħ lil dawn il-partiti popolisti. Il-popoliżmu qed jintroduċi ruħu b’mod differenti ħafna. Hawn minn dawn il-gvernijiet fejn meta tidħol l-immigrazzjoni huma iebsin, iżda mbagħad meta jidħlu regolamenti ekonomiċi ma humiex daqshekk revoluzzjonarji, anzi pjuttost konservattivi għaliex jgħidu li r-regoli li hemm bħalissa għandhom jinżammu. Iżda mbagħad hemm oħrajn bħal fl–Italja fejn ma jriduxjoqogħdu għar-regolamenti Ewropej sew fejn jirrigwardjaw l-immigrazzjoni u sew dawk ekonomiċi u finanzjarji.
It-taqlib u n-nuqqas ta’ qbil qed jinħass sew fil-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Finanzi, dan hekk kif il-mod kif qed iġib ruħu dan il-Kunsill ma għadux l-istess mod ta’ ħames snin ilu. Meta dħalt għall-ewwel darba fih l-atmosfera kienet sew differenti minn dik tal-lum. Fil-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi kontra li kont esperjanzajt fil–Parlament Ewropew kienet tinħass sew dik li bl-Ingliż jgħidulha ‘Pecking Order’, jiġifieri li l-pajjiżi l-kbar ikollhom aktar jeddijiet fuq il-pajjiżi l-oħra, apparti li l-kelma tagħhom ikollha aktar effetti fid-diskussjonijiet. U fuq kollox li l-ikbar pajjiż b’saħtu jibda d-diskussjoni hu. Jekk ma jagħlaqhiex hu wkoll.
Kien hemm sitwazzjoni fejn Ministri għall-Finanzi ta’ pajjiżi kbar u influwenti bħal Ġermanja u Franza, li kienu jitkellmu u l-kelma tagħhom kienet l-aktar li tgħodd, warajhom kont tisma’ l-interventi ta’ Spanja u l-Italja imbagħad jitkellmu pajjiżi oħra.
Dan llum inqaleb ta’ taħt fuq u għalkemm il-Ġermanja għada importanti u rispetta ma għadx għandha l-vuċi bis-saħħa li kellha qabel. Dan jidher l-iżjed waqt id-diskussjonijiet. Għandek lil Franza li qed tipprova teħdilha postha u allura qed ikollha aktar rwol b’idejat b’saħħithom.
L-affarijiet qed jinbidlu. Kien hemm żmien bħal pereżempju li meta l-Ewropa tara u tisma’ li l-Ġermanja tkellmet ma’ Franza u ftehmet dan ssir aħbar importanti u d-diskussjoni tkun dwarha biss, Dan il-ftehim jiġi aċettat mill-membri l-oħra fil-Kunsill. Ftit wara tara li dan il-ftehim isir ’direttiva, pjan, programm jew ftehim ġdid
Tlett ijiem ilu ż-żewġ ministri tal-Ġermanja u ta’ Franza pruvaw jiġu flimkien u jaslughal-ftehim ta’ bejniethom.dan kien dwar li jitwaqqaf bagit gdid biex iservi fi zmien ta’ krizi u jistabillizza l-ekonomiji dghajfa.Filfatt waslu għal kompromess li preżentawh fil-Kunsill u bdew jimbutawh. Hawnhekk qamet diskussjoni mqanqla’. Kien hemm li qal li mhux sew li dak li jkun jiġi b’ideja daqs hekk għada fjakka u jippreżentaha u jippredenti li aħna nimplimentawa mil-lum għal għada. Wiehed seta jinnota li kontra ghal dak li kien isir fil-passat il-ministri ta’ partiti li gew eletti dan l-ahhar kienu l-iktar li urew ma dan il-ftehim bejn iz-zewg l-akbar pajjizi fl-UE.
Irrid nagħti ħarsa issa lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru fi ftit xhur oħra. Ħadd ma jaf x’ser ikun l-eżitu ta’ dawn l-elezzjonijiet madwar l-Ewropa kollha. Wieħed jistaqsi jekk hux ser ikun hemm maġġoranza akbar ta’ dawn il-partiti popolisti jew tal-lemin estrem. Jekk verament ser ikun hemm dan mistenni jkollhu effetti problematiċi fid-diskussjonijiet. Illum jidher biċ-ċar li fil-Kunsill tal-Ministri ħadd ma jaf fejn qiegħed, għandna ħafna truffijiet u kellna nagħmlu laqgħat straordinarji aktar mis-soltu. Tant kemm għandna trufijiet li ma nafux jekk sa Diċembru ikunx hemm ftehim fuq dawn il-ħafna kwistjonijiet.
Fid-dawl ta’ dan kollu wieħed irid jistenna l-eżotu ta’ dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Nisperaw li l-elettorat jifhem is-sitwazzjoni, fosthom li dawn il-partiti popolisti mhu qed iwasslu għal imkien. Kaz tipiku ta’ dan hu l-avventura li dahal ghaliha l-elettorat Ingliz permezz tal tal-Brexit.
Iżda nafu lkoll nafu x’ġara u x’qed jiġri fl-Amerka. Nawgura li fl-Ewropea jirbaħ is-sens komun!
One response to “Il-Futur tal-UE Marbut mal-Elezzjonijiet li Ġejjin”
Your article helped me a lot, is there any more related content? Thanks! https://accounts.binance.com/ru-UA/register-person?ref=OMM3XK51