Infittxu li nkunu objettivi


L-objettività hija kwalità importanti ħafna. F’kull qasam tal-ħajja, minn dak l-aktar evidenti, bħalma huma l-Qrati, sal-inqas ħaġa. Anke fil-kamp tax-xogħol, fil-mod li bih t-tmexxija ta’ azjenda timxi mal-impjegati tagħha. Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet m’għandux ikun hemm ħars lejn l-uċuħ. M’għandux ikun hemm preferenzi.

Hemm baħar jaqsam bejn l-objettività u s-soġġettività. Ikun argument minn pożizzjoni ta’ objettività jekk min ikun qiegħed jagħmlu jagħmel dan wara li jkun sema’ kull pożizzjoni, ikun għarbel sewwa u jkun ġust fil-konklużjoni li jasal għaliha peress li ma jkunx telaq minn punt ta’ preġudizzju. Min-naħa l-oħra, tkun pożizzjoni soġġettiva jekk min ikun qiegħed jagħmilha jkun telaq minn punt ta’ preġudizzju u li ma jkunx lest jiċċaqlaq minnha għax hekk ikun jitlob l-interess personali tiegħu jew tal-entità li f’isimha jkun qiegħed jitkellem.

Huwa ċar daqs il-kristall li se ssib lil min ma jkunx irid ikun objettiv għax ikun irid jirbaħ kull fejn ikun, f’kull ċirkostanza, u akkost ta’ kollox. Mingħand nies bħal dawn tistennix objettività, imma ninsab konvint li l-parti l-kbira tan-nies tieħu gost tisma’ u ssegwi diskussjonijiet jekk dawn isiru b’mod objettiv.

Idealment hekk għandha tkun is-sitwazzjoni, għal din il-kwalità trid taħdem, imma daqstant ieħor trid tammetti li dak li jidher li huwa l-ideali mhux dejjem ikun faċli! Trid tkun lest tisma’, kif ngħidu, iż-żewġ qniepen, għax jekk le bilfors se tispiċċa ppreġudikat bil-konsegwenza li mhux bilfors tkun ġust fil-pożizzjoni li tieħu.

Huwa ċar daqs il-kristall li se ssib lil min ma jkunx irid ikun objettiv għax ikun irid jirbaħ kull fejn ikun, f’kull ċirkostanza, u akkost ta’ kollox. Mingħand nies bħal dawn tistennix

Hija kwalità importanti li tpoġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta’ dak li tkun se titkellem dwaru. Fiż-żarbun ta’ dak li dwaru jew fuqu tkun se tieħu deċiżjoni. Hawn min hu kapaċi jagħmel hekk imma ma jkunx lest jagħmlu għax ma jkunx irid jara u jisma’ l-veduta tal-parti l-oħra. Ifisser li biex tiġġudika trid tkun lest li tiġġudika b’mod objettiv, b’mod ġust.

L-istess meta tisma’ b’każ li jixxukjak, serq jew serq bi vjolenza. Huwa b’mod naturali li tgħid li kellu bżonn li min ikun wettaq dak ir-reat jinqabad u jingħata l-kastig. U mhux biss, imma x’aktarx ukoll tibda tikkwantifika u tispeċifika x’għandu jkun il-kastig. Imma anke hawn tidħol l-objettività. Tistaqsi x’seta’ wassal għat-twettiq tar-reat, taħt liema ċirkostanza twettaq, x’kundizzjoni kien fiha min wettaq ir-reat, kienx taħt l-influwenza ta’ xi sustanza jew oħra.

Ma jfissirx li meta tagħmel dawn il-kunsiderazzjonijiet tkun qed tagħmilhom biex b’xi mod tiġġustifika t-twettiq tar-reat jew biex tipprova tiskolpi minnu lil min ikun wettqu. Tagħmel dawn il-kunsiderazzjonijiet biex almenu tibbilanċja l-każ u ma tasalx għal konklużjonijiet b’għajnejk magħluqin, b’mod preġudikat, imma tipprova tifhem is-sitwazzjoni. Ikun hemm ħafna ċirkostanzi x’tikkonsidra, fosthom, per eżempju, l-isfond familjari li jkun ġejja minnu jew li fih trabbiet il-persuna konċernata. Mill-ġdid, dan ma jiġġustifikax ir-reat imma għall-inqas tkun tista’ tgħarbel sew is-sitwazzjoni.

Anke meta tiġi għall-kastig innifsu. X’aktarx li l-ewwel reazzjoni tkun li l-kastig mogħti jkun mistħoqq. Li b’mod naturali l-kastig ikun b’sens ta’ tpattija, ta’ għajn għal għajn u sinna għal sinna. Imma jekk tagħmel hekk jispiċċa kulħadd għama u kulħadd bla snien. Dan huwa fil-linja tas-soġġettività.

Iżda jekk il-kastig tħares lejh mil-lat objettiv issib li jkun jagħmel aktar sens minn dak ta’ tpattija. Ikun jagħmel aktar sens jekk int tikkastiga b’mod li ħaddieħor jirrealizza li m’għandux jirrikorri għal atti kriminali. Li jkun hemm deterrent. Li l-kruha u l-konsegwenzi tal-kastig ikunu ta’ twissija, ta’ twiddiba biex dak li jkun jieqaf, jaħseb u jiżen qabel jaġixxi b’mod li jista’ jkun hemm konsegwenzi.

Il-kastig jista’ jintuża wkoll biex ifejjaq. Biex jirriabilita lill-persuna konċernata li wettqet ir-reat, li kif għidt aktar ‘il fuq tista’ tkun ġejja minn sfond soċjali imkisser. Minn trobbija infeliċi. Kastig li fl-istess ħin jgħin lill-persuna konċernata tiskopri lilha nnifisha, tagħraf x’ħiliet jista’ għandha moħbijin fiha. Kastig li jgħinha timmatura b’mod li tkun ta’ kontribut għall-familja tagħha u tas-soċjetà.

Fir-realtà l-objettivita hija imfittxija f’kull sens u forma, kemm jekk qed taqra gazzetta kif ukoll jekk qed tieħu sehem f’diskussjoni bejn il-ħbieb. Hija kwalità li n-nies ġeneralment tfittex. L-objettività hija valur li għandna ngħadduh lil uliedna u hija strumentali għal ħajja aktar trankwilla u feliċi.

Il-Ġimgħa 13 ta’ April 2018

,

29 responses to “Infittxu li nkunu objettivi”

  1. тауаф жасау, умра кітапшасы караоке бао бао астана, демалыс
    караоке астана түсінде жақын адамың
    ауырып жатса, тусинде урысып жатса не болады
    ораза ұстау уақыты, ораза ұстау тәртібі
    2023

  2. жол ережелері тест, жол жүру ережесі тест 2021 единая тарифная сетка рк
    2022, тарифная сетка госслужащих рк
    2022 интерьерная ткань купить, водоотталкивающая ткань duck 2023 жылы зейнетақы қанша
    пайызға өседі, зейнетақы өседі

  3. вариативтік компонент ересек топ, вариативтік компонент техкарта
    уақыттың өлшем бірліктерін үлкенінен бастап,
    уақыт өлшем бірліктері 1 сынып машина банкрот, кто может объявить себя банкротом в
    казахстане услуги егов, egov все услуги очередь на жилье

  4. Its like you read my mind! You appear to know so much about this,
    like you wrote the book in it or something. I think that you could do with some pics to drive
    the message home a little bit, but instead of that, this is great blog.
    An excellent read. I will certainly be back.

  5. ферменттердің ерекшелігі дегеніміз не,
    ферменттердің қолданылуы авс гендері бір түзу сызықтың бойында орналасқан,
    қосмекенділердің ортаңғы құлағындағы дамыған сүйек стабилизатор для котла протерм, газовик-м
    костанай телефон су атасы деп айтылатын өзен, янцзы өзені

  6. колеса на зил 130, зил 130 купить
    алматы өзім туралы идея, өзім туралы текст отаным мақтанышым
    эссе 4 сынып, менің отаным қазақстан эссе 7 сынып шымбулак режим работы, чимбулак расписание

  7. 13C dextromethorphan breath test Patients receive oral Alka Seltzer Gold ASG; citric acid, potassium bicarbonate, and sodium bicarbonate in water, then, 15 minutes later, another ASG dose and oral C dextromethorphan buy priligy 60 20090099265 April 16, 2009 Van As 20090215906 August 27, 2009 Podolski 20100054248 March 4, 2010 Gutierrez 20100111901 May 6, 2010 Gant et al

  8. жк эверест алматы застройщик, жк эверест алматы крыша ахмет байтұрсынов қанша оқыту қағидаттарын ұсынды, ахмет байтұрсынов еңбектері купить колеса на машину бу, шины
    алматы бу 17 салфетки бумажные цена,
    салфетки цена

  9. жұмбақ айтыс туралы мәлімет, салт айтыс погода кокшетау на месяц, погода в кокшетау на 10 дней синоптик
    ұмытпа сен құрбым текст, сен туган кун мерекенмен текст скачать купить гидроцилиндр для подъемника, гидроцилиндры б/у

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *