F’dan iż-żmien ta’ kriżi finanzjarja ħafna huma dawk li jfittxu b’reqqa fejn se jinvestu flushom u dan l-iktar għas-serħan il-moħħ. Il-Maltin u l-Għawdxin huma magħrufa bħala nies bil-għaqal u li jġemmgħu u jinvestu flushom għall-futur, għal dak li jista’ jinqala’. Hemm min ifittex il-pariri ta’ nies professjonali. Hemm ħafna oħrajn iżda, li jħossuhom mifxula u konfużi dwar x’ikunu jridu jagħmlu biex jinvestu flushom li jkunu ġemmgħu b’tant tbatija. Jiena qed niltaqa’ ma’ ħafna nies li propju jesprimu din is-sitwazzjoni.
Inċertezza
Dawn in-nies ikollhom għaliex jitħawwdu għax jisimgħu b’dawn il-waqgħat kbar tal-boroż ta’ ishma (stock exchanges), jisimgħu b’diżgrazzji finanzjarji ‘l hemm u ‘l hawn u jibdew jgħidu aħjar nonfquhom milli inġemmawhom. Imma jiena naħseb li dan mhux parir tajjeb. Li wieħed iġemma hija ħaġa sewwa u ta’ min jinkoraġġiha. Dan għaliex speċjalment fi żmien li ġej, fejn il-penzjonijiet waħedhom bir-riformi li saru qed jispiċċaw, ma jkunux b’saħħithom biżżejjed u għalhekk iridu jiġu msaħħa flimkien ma’ skemi oħrajn.
F’pajjiżi oħra nisimgħu bi skemi ta’ penzjonijiet li jiġu mwaqqfa mill-kumpanija jew minn min iħaddem, pero fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta’ tibqa fuq il-familja. Kull familja għandha tħares ‘l quddiem ukoll, taħseb għar-rasha u ġġemma għal meta il-koppja tirtira jew inkella għal li jista’ jinqala’. Li wieħed iġemma hija xi ħaġa tajba.
Biex wieħed jinvesti dak li jġemma jrid jifhem li hemm ċerti prinċipji bażiċi finanzjarji, li hemm bżonn iżomm f’moħħu, biex ma jingidimx.
Niġi għall-imgħax. Kull min jissellef (f’dan il-każ il-bank, il-gvern jew istituzzjoni finanzjarja) irid iħallas l-imgħax lil min ikun sellfu l-flus. Dan l-imgħax mitlub ikun ogħla iktar ma jikber is-sogru li ma jirċevix lura dawk il-flus intatti u bl-istess valur meta jagħlaq iż-żmien. Jekk jaħseb li l-inflazzjoni jew falliment, rimot kemm hu rimot, jista jnaqqas dan il-valur tal-flus li jridu jitroddu lura, allura jitlob kumpens ogħla.
Mela meta wieħed joffrilek rata għolja ħudha ‘for granted’ illi hemm riskji ikbar.
Allura dan ifisser li qatt ma għandek tinvesti fi prodotti li joffru rata tajba? Ir-risposta tiddependi mill-pożizzjoni finanzjarja u l-eta’ ta’ dik il-persuna, kif ukoll kemm iħobb jew jobgħod jissogra.
Jekk wieħed jgħid, isma jiena għandi elf ewro u ma rridx nitlifhom imma niflaħ nitlef għaxar ewros minnhom. Mela dawk se ninvestihom u nissugrahom u jekk imorru tajjeb qiegħed nieħu imgħax għoli u jekk le nisħet xortija imma ma jkun ġara xejn.
Imma li wieħed li t-tfaddil tiegħu kollu għal meta jirtira ipoġġihom f’post ta’ sogru jkun qed jagħmel bħal iblah. Huwa ċar li qed jagħmel ħażin. Dawn l-affarijiet wieħed għandu iħallihom għall-nies professjonali ta’ fiduċja.
Jiġifieri ma hemm xejn b’xejn fid-dinja finanzjarja. Jekk inti trid li flusek jkunu fis-sod trid tpoġġihom f’post fejn sfortunatament l-imgħax tagħhom ikun baxx pero ma jkunx hemm sogru. U viċi-versa.
L-eta’ ta’ dak li jkun ukoll hija importanti. Iktar ma tikber iżjed trid ikollok flus investiti għal żmien qasir, jiġifieri jkunu kemm xejn likwidi, bħalma huma ċertu bonds tal-gvern u depożiti mal-bank. Għal min hu żgħir jiflaħ jistenna u jista jinvesti fi prodotti inqas likwidi bħalma huma l-ishma. Fuq kollox wieħed għandu jiddiversifika, u ma jpoggix il-bajd f’basket wieħed.
Pariri siewja
‘L fuq minn dawn ir-regoli li qed nitkellem fuqhom hemm il-fatt li ħafna jibdew jisimgħu dwar aħbarijiet li jħawduhom. Per eżempju jibdew jaqraw u jisimgħu fuq il-ewro, li se tfalli, li se jieħdu miżuri biex isalvawha, u li l-Greċja qed jiġri hekk, u dak li jkun jibda jistaqsi dan kollu x’ifisser? Jibda jistaqsi li billi Malta għandha l-ewro, għandux il-flus jifrixhom fuq muniti oħrajn per eżempju. Il-punt huwa dan. Jiddependi inti fejn tgħix, jekk inti tgħix f’pajjiżek fejn il-munita hija l-ewro, allura jekk inti tpoġġi flusek f’muniti oħrajn tkun qed tidħol f’sogru ieħor. Dan mhux sogru biss ta’ riskju finanzjarju imma sogru tar-rati tal-kambju.
Issa inti lest li tesponi ruħek għalihom dawn? Aħna fil-fatt fil-ħajja tagħna nieħdu l-insurance fuq il-karozza u nieħdu l-insurance fuq id-dar u fuq affarijiet oħra. Dan għaliex nagħmluh? Biex innaqqsu r-riskji, s-sogru u mhux inżiduh.
Mela inti allura għaliex trid tesponi lilek innifsek għall-tibdil fir-rati tal-kambju? Dawn l-affarijiet ħallihom għal min jifhem pero għal min ma jridx jissogra u ma jifhimx fir-rati tal-kambju allura jaqbillu li jħallihom fl-ewro. Issa dan ma jfissirx bonds tal-gvern fl-ewro tal-Greċja jew l-ewro tal-Portugall iżda qed nitkellmu fuq il-ewro ta’ pajjiżu jew xi pajjiż b’saħħtu fiż-żona ewro. Jiġifieri jiena ma naqbilx għax wieħed jibda jisma fuq il-ewro, wieħed li ma jifhimx imur mill-ewwel ipoġġihom fid-dollaru u fuq l-isterlina. Issa jekk qegħdin hemmhekk ma jimpurtax u mhux qed jagħmel xejn ħażin fuq li qed ngħid, pero li xi ħadd jesponi ruħu għar-riskji fir-rati tal-kambju għandu jkun jaf dwarhom qabel jagħmel dan il-pass u jieħu parir.
Banek u konsulenti finanzjarji
Dwar il-banek irridu naċċettaw li anke l-banek jiżbaljaw u kien hawn minn żbalja bil-kbir. Hawn m’għandiex għalfejn inkunu speċifiċi pero banek żbaljaw sew Malta u sew barra . Nies professjonali żbaljaw ukoll, bħal kull professjoni fid-dinja, hemm min hu tajjeb, hemm min hu tan-nofs u hemm min hu ħażin u jekk tinzerta wieħed li tak parir ħażin int se tingidem. Mela allura inti tibda veru ma tkunx taf x’se taqbad tagħmel.
Pero rridu ngħidu li wara din il-kriżi kbira li ġrat mill-2008 sal-lum aħna fil-Parlament Ewropew speċjalment għamilna regoli iebsa ħafna. Mill-lum ‘il quddiem min jagħti l-pariri, l-banek u entitajiet oħrajn se jkunu marbutin ma’ regoli li qabel ma kienux marbutin bihom. Dan ifisser li inti, bħala persuna mhux professjonali fil-finanzi, għandek dritt li meta tinvesti trid tingħata dokument jew prospectus li fih ikun hemm ċar kemm se jieħdu kummissjoni fuq il-flus tiegħek, kemm se jkunu jitħallsu f’ management fee jiġifieri ta’ meta jkunu jinvestu u jmexxu flushom, fejn se jkunu qed jinvestuhom jekk hux Malta jew barra, u dawn ma jistgħux jiċċaqalqu minn dawn ir-regoli. Allura meta tmur għand xi ħadd privat jiġifieri broker jew advisor finanzjarju ara li din l-informazzjoni tiġi mogħtija lilek kollha.
Ara li titlob li ma jinħeba xejn. Tagħmilx bħal pazjent tal-antik, tafda kollox fit-tabib u agħar minn hekk tagħtih x’jifhem li jaħbilek kollox anke meta jkollok xi mard serju “biex ma jinkewtakx”. Dan għaliex meta l-marda tmur għall-agħar dak li jkun jibda jinkwieta għax it-tabib ikun qallu li m’għandu xejn u iktar jispiċċa konfuż. L-istess fil-finanzi. Int trid tgħid lill-advisor tiegħek, ‘Isma meta jiena naqla daqqa ħażina rrid inkun naf, taħbilix għax iktar se tikkonfondini’. Dan l-arranġament għandu jkun miftiehem ma’ min qed jagħtik il-pariri. Din għandha tkun persuna professjonali u wieħed dejjem għandu jagħżel l-aħjar.
– l-orizzont : It-Tnejn, 13 t’Awissu, 2012
52 responses to “Investiment bil-Għaqal”
alo789: alo789in – alo 789
Mexican Pharm Inter reliable mexican pharmacies mexican pharmacy online
https://interpharmonline.com/# ed meds online canada
mexican drug stores online: MexicanPharmInter – mexican drug stores online
IndiaMedFast.com: cheapest online pharmacy india – online medicine shopping in india
https://indiamedfast.shop/# india online pharmacy store
canadian pharmacy antibiotics
https://mexicanpharminter.shop/# buying from online mexican pharmacy
https://mexicanpharminter.shop/# mexican pharmacy online order
adderall canadian pharmacy
http://indiamedfast.com/# online medicine shopping in india
canadian pharmacy ed medications
canadian pharmacy online: Cheapest online pharmacy – reputable canadian online pharmacy
mexican pharmacy online store reliable mexican pharmacies MexicanPharmInter
https://interpharmonline.shop/# canada drugs online
https://interpharmonline.com/# northwest canadian pharmacy
reliable canadian pharmacy reviews
canada pharmacy reviews: Inter Pharm Online – best online canadian pharmacy
https://indiamedfast.com/# lowest prescription prices online india
https://interpharmonline.com/# canada drugs reviews
canadian pharmacy near me
cheapest online pharmacy india lowest prescription prices online india online pharmacy india
http://generic100mgeasy.com/# Generic100mgEasy
kamagra jelly kopen: Officiele Kamagra van Nederland – Kamagra Kopen
https://kamagrakopen.pro/# Officiele Kamagra van Nederland
cialis without a doctor prescription: Tadalafil Easy Buy – Cialis 20mg price
Generic 100mg Easy Generic100mgEasy cheapest viagra
http://tadalafileasybuy.com/# Cialis without a doctor prescription
Tadalafil Easy Buy: Cialis over the counter – cialis without a doctor prescription
Generic100mgEasy Generic100mgEasy Generic100mgEasy
https://tadalafileasybuy.com/# Tadalafil Easy Buy
Generic 100mg Easy: buy generic 100mg viagra online – Generic100mgEasy
https://tadalafileasybuy.shop/# TadalafilEasyBuy.com
http://generic100mgeasy.com/# buy generic 100mg viagra online
buy generic 100mg viagra online: buy generic 100mg viagra online – buy generic 100mg viagra online
kamagra gel kopen Officiele Kamagra van Nederland kamagra jelly kopen
https://kamagrakopen.pro/# kamagra 100mg kopen
kamagra gel kopen: kamagra jelly kopen – Kamagra Kopen
https://generic100mgeasy.shop/# Cheap generic Viagra online
cialis without a doctor prescription: TadalafilEasyBuy.com – п»їcialis generic
kamagra gel kopen Kamagra Kopen kamagra jelly kopen
buy generic 100mg viagra online: buy generic 100mg viagra online – Viagra tablet online
https://generic100mgeasy.com/# buy Viagra over the counter
https://generic100mgeasy.com/# cheapest viagra
https://generic100mgeasy.shop/# Generic 100mg Easy
cheapest viagra Generic 100mg Easy buy generic 100mg viagra online
http://tadalafileasybuy.com/# cialis without a doctor prescription
Generic 100mg Easy Generic 100mg Easy Generic 100mg Easy
https://kamagrakopen.pro/# kamagra kopen nederland
Buy Tadalafil 20mg: TadalafilEasyBuy.com – cialis without a doctor prescription
пин ап – пин ап казино
buy Viagra online Cheapest Sildenafil online buy viagra here
пин ап вход – пин ап казино официальный сайт
пин ап казино официальный сайт – пин ап
пин ап – пин ап зеркало
пин ап вход – пин ап зеркало
пин ап зеркало – пин ап казино