Fid-dinja li qed ngħixu, hemm madwar żewġ terzi tal-pajjiżi li għadhom f’fażi ta’ żvilupp. Il-poplu li jgħixu f’dawn il-pajjiżi, jaspiraw ghal titjib u jridu li pajjiżhom jimxi l-quddiem biex ikun hemm l-istess kwalita’ ta’ ħajja li wieħed isib f’bosta pajjiżi Ewropej u ġewwa l-Amerika ta’ Fuq u f’pajjiżi oħra, bħall-Awstralja.
Il-pajjiżi nistghu naqsmuhom f’regjuni. B’hekk wieħed isib ir-reġjun tal-Amerika Latina, il-pajjiżi Arfikani kollha, il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u dawk il-pajjiżi li, sa ftit tas-snin ilu kienu jagħmlu parti mill-ex Unjoni Sovjetika u illum jgħamlu parti mill-Unjoni Ewropeja. Dawn huma kollha pajjiżi f’reġjuni li għad għandhom fejn jipproggressaw biex itejbu il-kwalita’ tal-ħajja. Dawn huma popli li joħolmu li jaraw li uliedhom ikollhom ħajja ferm akjar milli għexu huma.
Anki f’dawn il-pajjiżi, mhux kull pajjiż żviluppa bl-istess ritmu. Għandek pajjiżi, bħal dawn li jinsabu fir-reġjun tas-Sub Sahara, jiġifieri li jinsabu l-isfel mid-deżert tas-Sahara, propju fiċ-ċenrtu tal-Afrika, Il qeghdin fl- -ikbar faqar li hawn fid-dinja.
Dawn il-protesti li ta’ kuljum nisimgħu bihom fl-aħbarijiet, protesti li jsiru għax hemm rata għolja ta’ qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ, jew għax l-oġġetti essenzjali għal biex persuna tgħix hajja dinjitużahuma għoljin, u l-poplu ma jaffordjax li jixtrihom, u ħafna aktar sitwazzjonijiet simili. Sitwazzjonijiet bħal dawn huma kollha sintomi ta nuqqas ta’ żvilupp fil-pajjiż.
Iillum nixtieq niffoka u nitkellem fuq ir-reġjun tal-Lvant Nofsani, reġjun li għadni kif żort. Filfatt ġejt mistieden biex nkun kelliemi f’konferenza biex nagħti l-veduti tiegħi, bħala persuna li ngħix f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja, ta’ kif nara l-iżvilupp ta’ dan ir-reġjun b’mod partikulari.
Irrid insemmi li meta qed nitkellem fuq il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, qed nitkellem fuq il-pajjiżi Għarab. Għalhekkf’dan il-kuntest, wieħed jista’ jinkludi wkoll dawk il-pajjiżi tal-Maghreb u l-Mashrek u l-pajjiżi Afrikani li qegħdin fil-Mediterran. Għalhekk, qed ninkludi l-Marokk, Mawritanja, Alġerija, Tuneżija, Libja, l-Eġittu u s-Sirja, Lebanon, lIran, l-Iraq, is-Saudi Arabia, Qatar u pajjizi għarab qrib tagħhom. Dawn tal-ewwel pajjiżi li semmejt, għalkemm ma jiffurmawx parti mir-reġjun tal-Lvant Nofsani, xorta waħda għandhom l-istess problemi ta’ qgħad kbir fost iż-żgħażagħ., qgħad li qed iwassal għal skuntentizza kbira.
Kull pajjiż li għadni kif semmejt, għandu l-problemi speċifiċi tiegħu u ma tistax tiġġeneriżża u allura toħroġ b’soluzzjoni waħda biex tindirizza l-problemi li hemm f’dan ir-reġjun.
Wieħed jista’ jiġbed tixbieha u kuntrast ma regjun iehor. Jjekk tjara x’kienet is-sitwazzjoni fil-pajjiżi baltiċi u dawk ċentralital-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant. Qed nirreferi għal-pajjiżi tal-Estonja, Latvja, Litwanja, Polonja, Ungerija, l-ex Ċekożlavakja u l-ex pajjiżi li kienu jiffurmaw il-Jugoslavja. Dawn il-pajjiżi, fil-passat, kienu mmexxija minn governanza fejn l-ekonomija kienet kollha kkontrollata mill-gvern ċentrali, ekonomija fejn kien hemm kollox ikkontrollat mill-gvern, saħansitra l-prezzijiet ta’ kull oġġett. Is-suq ma kienx ihalluh jahdem.
Mal-kollass totali tas-sistema Sovjetika, meta dawn il-pajjiżi mxew minn governanza ċentrali għal ekonomija u suq miftuħli hi d-dettata minn suq liberaliżżat. Riedu jaddattaw rwieħom. B’hekk il-fabbriki, il-lukandi u l-attivita’ ekonomika oħra, minn tmexxija taħt il-gvern, fejn Il-profitti u l-effiċċjenza, ma kienux il- mutur tat-tmexxija, għaddew għand il-privat. Hawnhekk is-settur m’għandux triq oħra ħlif li jiġġenera profitt sabiex in-negozju li hu jmexxi jkompli jikber u jkun hemm flus biex ikompli jkun hemm investiment. F’sitwazzjoni bħal din, il-prezzijiet tal-oġġetti jew tas-servizzi, jiġi d-dettat mis-suq u mhux mill-gvern
Pero’ dan ma kienx l-uniku tibdil li kellhom jiffaċċjaw dawn il-pajjiżi. It-tħaris tal-ambjent kien ineżistenti, l-infrastruttura kienet ferm lura. U biex dawn il-pajjiżi, rnexxielhom, fi żmien relattivatament qasir, jagħmlu l-bidla neċessarja biex ikunu lesti biex japplikaw biex ikunu membri tal-Unjoni Ewropeja, kellu jkun il-Bank tal-Iżvilupp Ewropew, magħruf bħala EBRD, li għenhom f’din il-bidla radikali li kellhom jgħaddu minnha.
Issa għadna sitwazzjoni, fejn perttikament, jista jgħid li għad fadal żewġ pajjiżi, f’dan ir-reġjun, li jonqoshom jidħlu fl-unjoni ewropea – l-Albanija u l-Montenegro.
Imma fejn jidħlu l-pajjiżi Għarab u Afrikani, dawn m’għandhomx bħala mira li jkunu membri tal-Unjoni Ewropeja. U meta ma jkollokx mira li taspira li trid tilħaq, l-entużjażmu u l-ħeġġa tkun ferm anqas minn pajjiż li jkollu dak l-inċentiv. Fil-każ tal-pajjiżi Għarab, filwaqt li jeżisti s-suq, hemm problema li għandek gvernijiet li jmexxu b’mod awtoritarju. Fejn għandek gvernijiet li jindaħlu iktar milli suppost u jgħamlu bsaten fir-roti u jxekklu lis-suq jaħdem b’mod verament liberu. Għandek uffiċċjali pubbliċi li jistennew li jieħdu l-flus għal kull servizz li jagħtu, avolja dawn l-uffiċċjali huma mħallsin propju biex jagħtu dan is-servizz.
Għandek sitwazzjoni fejn biex tuża kompjuter jew biex ikollok aċċess għal ċerti applikazzjonijiet fil-kompjuter, bħal You Tube, jew għandek bżonn permess jew is-sistema teħel f’nofs l-applikazzjoni. Hemm ċerti siti Il huma ċ-ċensurati. Din hi sitwazzjoni li qed turta ż-żgħażagħ li jgħixu f’dawn il-pajjiżi. Dawn iż-żgħażagħ għandhom l-istess ambizzjonijiet, l-istess ħeġġa biex jużaq il-komjuter, l-istess motivazzjoni li jkunu innovattivi u krejattivi, bħaż-żgħażagħ li jgħxu fil-pajjiżi Ewropej. Biss, f’pajjiżhom, mhux qed jingħataw ir-riżorsi u ċ-ċans.
Huma propju dawn is-sitwazzjonijiet li banek internazzjonali ta’ żvilupp, qegħdin jaraw kif joħolqu fondi biex jgħinu dawn il-pajjiżi jiżviluppaw. Dawn huma pajjiżi ta’ mportanza kbira għalina u hu d-dover tagħna li naraw li jiġu mgħejjuna jiżviluppaw. Dan għaliex l-influss ta’ imigrazzjoni li qed tiġi ġewwa l-Ewropa, ġejja jew tgħaddi minn dawn il-pajjiżi. Jekk jirnexxielna ngħinu lil dawn il-pajjiżi jiżviluppaw, hemm ċans kbir li numru sostanzjali ta’ individwi, jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu f’dawn il-pajjiżi għax jaraw futur sabiħ għalihom.
Malta qegħda tagħti sehemha f’dan l-iżvilupp ta’ dawn il-pajjiżi. Bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħna lejn il-baġit Ewropew, l-Ewropa qed tkun f’sitwazzjoni li tiżviluppa programmi mfassla apposta għal bżonnijiet ta’ dawn il-pajjiżi. Biex il-popli li jgħixu f’dan ir-reġjun, jaraw xaqq ta’ tama, li l-kwalita’ tal-ħajja titjib u jibdew jaraw ħolqien tax-xogħol li tħajjarhom jibqgħu jgħixu f’pajjiżhom.
Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019