L-Izvilupp u l-Immigrazzjoni


Il-fenomenu tal-immigrazzjoni, hu fuq nett tal-aġenda ta’ bosta pajjiżi u fuq fomm ħafna nies. U f’Malta din mhux eċċezzjoni.

L-immigrazzjoni mhux xi fenomenu ġdid għal pajjiżna. Filfatt nies ta’ ċertu eta’,  jiftakru kif wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dawk l-eluf ta’  ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu Malta-Gvern Ingliż jiġifieri mar- Royal Navy, r-Royal Air Force u l-Armata Ngliża li għalihom Malta kienet isservi ta’bażi fil-Mediterranan.

Meta l-Gvern Ingliż ħa d-deċiżżjoni li jnaqqas il-preżenza tiegħu fil-Mediterran, u allura f’Malta, kien ħoloq ħafna sensji u n-nuqqas ta’ xogħol ġab miegħu tnaqqis fl-introjtu finanzjarju tal-familji Maltin.

Din is-sitwazzjoni wasslet biex tikkonstrinġi numru kbir ta’ familji Maltin jieħdu deċiżżjoni tassew drastika, din li jemigraw minn xtutna biex ifittxu x-xogħol biex jgħixu lil-famija tagħhom. Wieħed irid jiftakar ukoll li f’dawk iż-żminijiet, kull familja kienet tkun komposta minn disa’ u aktar persuni. Barra minn hekk, il-fatt li il-mezz ta’ trasport kien vjaġġar bil-baħar, meta wieħed kien jemigra għal ġewwa l-Istati Uniti jew għal-Awstralja u l-Kanada, kien ifisser li kważi kont se titlaq minn Malta għall-aħħar darba. Ma ninsewx ukoll li anki fejn tidħol teknoloġija telefonika, it-telefon kien kważi ineżistenti u l-mowbajl u l-kompjuter kienu xi ħaġa tal-fantaxjenza. Dan biex ma nIr-riżultat ta’ din l-immigrazzjoni massiċċa kienet li tara toroq sħaħ f’pajjiżna kważi vojta mill-familji; klassijiet ta’ skejjel li jispiċċaw b’anqas minn nofs l-istudenti.

Il-firda ġabet dieqa u niket kemm f’dawk il-familji li immigraw kif ukoll għal kumplament tal-familja li ħallew warajhom. Bosta mill-familji li emigraw, pattew għat-tbatija tal-firda billi sabu xogħol u rnexxew fil-karriera tagħhom. Pero’ wieħed irid isemmi li din ix-xorti ma daħqietx lill-kullħadd. Kien hemm min il-ħolma li kellu ma seħħietx.

Il-ħajja barra pajjiżek, bogħod mill-familja kbira tiegħek, żgur li ,a kinietx ħajja faċli, pero’ kienet għażla li ttieħdek mill-individwu. Kie hu li applika biex imur fil-pajjiż li xtaq imur; kien ġie ntervistat u aċċettat u allura milquh ġewwa dak il-pajjiż.

Il-fenomenu tal-immigrazzjoni li qed issir għal ġewwa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, hija sitwazzjoni  differenti minn dik li għadni kif semmejt. Għalkemm il-ħolma tal-persuni li jridu jiġu ġewwa l-pajjiżi Ewropej huwa l-istess, dak li jsib xogħol u jkollu ħajja aħjar u diċendi għal-familja tiegħu, għal kuntrarju, il-pajjiżi Ewropej m’għandhomx programmi fejn iħajru u jaċċettaw immigranti, bħalma kien isir fil-passat.

Barra minn hekk, hemm firxa diversa ta’ ħsibijiet u realtajiet fil-pajjiżi ta’ kif iħarsu lejn l-immigranti. Insibu pajjiżi li jifhmu r-realta’ u s-sitwazzjoni ta’ dawn l-immigranti u lesti li jagħtu sehemhom u jaqqsmu l-piż mal-pajjiżi li qegħdin fil-fruntiera ma’ kontinenti oħra. Pero’ hemm pajjiżi li huma kontra din is-solidarjeta’. Din hi sitwazzjoni li qed toħloq problema finanzjarja, so Jalil I politika għal dawk il-pajjiżi li lesti li jilqgħu dawn l-immigranti. Pajjiżna hu wieħed minn dawk il-pajjiżi li lest li jagħti sehemu u juri solidarjeta’ Bi-kundizzjoni li membri stati ohra jaghtu sehmhom .

Din is-solidarjeta’ urejniha mhux biss fil-każ tal-immigrazzjoni, iżda anki f’sitwazzjonijiet fejn kien hemm problemi finanzjarji f’ċerti pajjiżi, bħal fil-każ tal-Greċja, Portugal, Irlanda, Ċipru u Spanja, fejn ikkontribwixxejna finanzjarjament permezz ta’ bailouts sabiex dawn il-pajjiżi ma jfallux u jikrolla pajjiż.

Imma biex nibqgħu ffukati fuq l-immigrazzjoni, wieħed irid jistaqsi l-għaliex dawn il-persuni qed jaħarbu minn pajjiżhom. Għaliex dawn l-individwi huma daqshekk iddisprati li lesti li jissugraw ħajjithom u ma jaħżbuhiex darbtejn li jitilgħu fuq biċċa dgħajsa u jaqsmu l-baħar perikoluż tal-Meditteran?  Ir-risposta għal dan il-pass hu minħabba l-faqar kbir li hemm fil-pajjiż li huma twieldu fih. Aħna xxurtjati, li għalkemm jeżiżti l-faqar f’pajjiżna, ma nistgħux nipparagunaw il-faqar li hemm f’dawn il-pajjiżi li jinsabu fir-reġjun tas-sub Sahara li jinsab fil-faxxa tan-nofs tal-kontiment Afrikan.

Sfortunatament, irrid insemmi li, għalkemm it-tbassir mondjali huwa li l-faqar se jonqos fis-snin li ġejjin, dan mhux se jseħħ f’dwn il-pajjiżi li għadni kif semmejt. Għal kuntrarju, it-tbassir hu li l-faqar f’dawn il-pajjiżi se jiżdied.

Din is-sitwazzjoni qed tiġi kreata minħabba li l-familji f’dawn il-pajjiżi għadhom familji kbar fejn il-ġenituri jkunu jridu ħafna tfal ħalli jkunu jistgħu jaħdmu għalihom. Pero’, fil-pajjiż m’hemmx skejjel u nvestiment biżżejjed fl-edukazzjoni u allura dawn it-tfal huma llitterati u jsibuha diffċli li jsibu xogħol. Meta ma jkollokx xogħol, tispiċċa li meta wieħed jasal għal eta’ tal-irtirar ma jkollokx pensjoni u allura tgħix ħajja ta’ faqar u għakz. Din is-sitwazzjoni ġġid ukoll probelmi ta’ iġene, nuqqas ta’ saħħa u mard. Hawnhekk wieħed irid isemmi wkoll li ħafna drabi, dawn il-pajjiżi huma mifnijja minn gwerer ċivili u etniċi, li tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni.

Dan hu ċirku vizzjuż u problema twassal għal problema oħra li twassal biex meta ndividwu jew pajjiż jidħol fiċ-ċirku tal-faqar, ikun ferm diffiċli li jinqala minnu.

Il-faqar hu fenomenu kumpless għax twassal ukoll li fejn hu meħtieġ investiment, ma tantx issib banek kummerċjali li jkunu lesti li jsellfuk il-flus meħtieġa għal-investiment. Il-banek kummerċjali, lesti jsellfu flus lil min jagħti garanziji li jista’ jħallas lura l-flus li jkunu sellfuh.

U hawn fejn tidħol l-Unjoni Ewropeja u l-banek internazzjonali ta’ żvilupp bħal Bank Dinji, il-Bank Ewropew ta’ Investiment u banek simili. Hemm bżonn li dawn jinvestu b’mod massiċċ f’dawn il-pajjiżi. Dawn il-pajjiżi għandhom bżonn ta’ investiment fejn tidħol infrastruttura, bħal skejjel, toroq, portijiet, sptarijiet u f-faċilitajiet essenzjali oħra sabiex il-popolazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi jibdew jgħixu f’ambjent li jixraq lil bniedem u titjib il-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawn l-individwi. Irid isir investiment li jinħoloq xogħol għaż-żgħażagħ f’dawn f’pajjiżhom stess. B’hekk biss, nkunu nistgħu nindirizzaw l-influss ta’ immigrazzjoni minn dawn il-pajjiżi.

Dan li qed ngħid mhux xi proġett impossibbli. Dan l-intervent diġa’ sar ma’ pajjiżi li kienu f’kontinenti oħra  u rnexxew. Mhux impossibbli li jsir l-istess f’dan il-kontinent.

Sakemm dan iseħħ, il-pajjiżi ewropej iridu jaslu għal ftehim biex il-piż tal-immigrazzjoni jiqasam ugwali bejn l-Istati Membri kollha.

Jien nispera li l-Unjoni Ewropeja tieħu d-deċiżżjonijiet meħtieġa u neċessarji sabiex jidħlu fis-seħħ inizzjattivi u programmi, indirizzati lejn il-kontinent Afrikan, biexf’ dawn il-pajjiżi, iż-żgħażagħ jibdew jaraw futur sabiħ li joffri xogħol u titjib fil-kwalita’ ta’ ħajja li ggħielhom jibqgħu jgħxu f’pajjiżhom.

 

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru 2019

,