Hekk kif ftit tal-jiem ilu Malta nghatat l-ahbar li l-Kummissjoni Ewropea ddecidiet li tirrakkomanda lill-Ecofin u lill-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea (UE) biex Malta titnehha mill-Procedura ta’ Deficit Eccessiv (PDE) li kienet iddahhlet fiha f’Gunju tal-2013 wara d-deficit gholi li kien halla l-Gvern Nazzjonalista precedenti, f’kummenti li ta lill-gazzetta KullHadd, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna sostna li l-Gvern xorta wahda se jibqa’ impenjat li jkompli jnaqqas id-deficit b’mod sostenibbli u dan ghax jghin biex ikompli jitnaqqas id-dejn gradwalment. B’hekk, parti akbar mid-dhul tal-Gvern tkun tista’ tintefaq f’setturi ta’ prijorità u mhux biex jithallas dejn tal-passat.
Madankollu, fid-diskors ghall-bagit tal-2014 l-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien ipprezenta tabella li tindika li d-dejn nazzjonali kien 70.89% fl-2011 u li fl-2012 kien 71.55%. Kien ukoll ipprogetta li d-dejn nazzjonali ghall-2013 ikun 70.43%. Apparti minn hekk, fl-ahhar sena ta’ Fenech bhala Ministru tal-Finanzi, id-dejn nazzjonali kien jaqbez is-70% tal-Prodott Domestiku Gross f’aktar minn sitt xhur ta’ dawk it-tnax-il xahar. Fi kliem iehor, il-hidma tal-Ministeru tal-Finanzi hija kuntrastanti ferm minn dawn il-figuri fi zmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
“Il-Gvern Impenjat Li Jkompli Jnaqqas Id-Deficit”
Tnaqqis konsiderevoli fid-deficit u fid-dejn
Biex pajjiz jitnehha mill-PDE jrid b’mod sostenibbli jnaqqas id-deficit ghal taht it-3% tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u jnaqqas id-dejn – jekk dan ikun ‘il fuq min 60% tal-PDG – skont ir-regola tal-1/20 tad-dejn. Fil-fatt, fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru Scicluna fisser kif il-Gvern, permezz ta’ konsolidament fiskali li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku, irnexxielu jnaqqas id-deficit tal-pajjiz minn 3.6% fl-2012 ghal 2.6% fl-2013 u sahansitra ghal 2.1% fl-2014. Irnexxielu wkoll inaqqas id-dejn b’mod sostenibbli minn 69.2% fl-2013 ghal 68% fl-2014. “Il-Kummissjoni Ewropea rrikonnoxxiet dan it-tnaqqis u kkonkludiet li d-deficit qed jitnaqqas b’mod sostenibbli u li d-dejn qed jonqos b’mod li qed jissodisfa r-regola tad-dejn f’approcc li jhares ‘il quddiem. Huwa pprogettat li d-deficit u d-dejn se jkomplu jonqsu fis-snin li gejjin. Dan wassal biex issir ir-rakkomandazzjoni li Malta tinhareg mill-procedura tad-deficit eccessiv,” qalilna b’sodisfazzjoni l-Ministru tal-Finanzi.
Osservaturi ekonomici qalu li l-abrogazzjoni tal-EDP, li mistennija ssir mill-Ecofin u l-Kunsill Ewropew fil-laqgha ta’ Gunju li gej, tfisser li l-Kummissjoni gharfet l-isforzi li ghamel il-Gvern Malti biex iregga’ lura d-deficit gholi li kien wiret, u aktar minn hekk juri l-progress li sar fiz-zewg bagits li ghaddew. Dan huwa pass iehor f’sensiela ta’ rapporti ricenti fejn il-Kummissjoni kkummentat u kellha kliem ta’ tifhir ghat-tkabbir ekonomiku f’Malta u ghat-titjib fil-finanzi pubblici. Ghalhekk, Malta issa se tidhol f’dik li tissejjah preventive arm, jigifieri process fejn se tkun qed issegwi certi oggettivi fuq perjodu ta’ tliet snin bl-ghan li l-bilanc strutturali tal-finanzi jitjieb b’0.6% tal-PDG kull sena, b’mod li jonqos ir-riskju li d-deficit ikun oghla minn 3% tal-PDG, li d-dejn pubbliku jkun sostenibbli, u li l-istat membru jkollu margni fejn jimmanuvra.
X’inhuma l-beneficcji?
Barra min dan kollu, il-fatt li Malta titnehha mill-PDE se jghin biex tissahhilha l-kredibbiltà kemm fil-UE kif ukoll ma’ istituzzjonijiet internazzjonali bhall-Fond Monetarju Internazzjonali. Dan ghax dawn jirrealizzaw li l-Gvern huwa impenjat bis-serjetà biex ipoggi l-finanzi tal-pajjiz fuq bazi soda u sostenibbli. Dan ir-rizultat jghin ukoll biex itejjeb il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-pajjiz. Is-sostenibbiltà tal-finanzi pubblici hija, flimkien ma’ indikaturi ohrajn, wiehed mill-kriterji principali li fuqhom dawn l-istituzzjonijiet jibbazaw il-klassifikazzjoni taghhom.
Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern implimenta diversi mizuri li, direttament jew indirettament, qed jghinu biex itejbu l-finanzi pubblici. Wahda mill-mizuri principali kienet l-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali. “Dan l-att gholla bil-bosta l-livell ta’ kontabbiltà u trasparenza f’dak li ghandu x’jaqsam mal-miri u l-objettivi bagitarji u t-twettiq tal-politika fiskali u bagitarja. Hekk kif stipulat fl-att, il-Gvern hatar kunsill fiskali independenti biex jevalwa l-projezzjonijiet makroekonomici u fiskali nazzjonali u janalizza l-istat tal-finanzi pubblici. Barra minn hekk, l-att jinforza wkoll regoli fiskali li jkomplu jzidu l-kontroll fuq in-nefqa tal-Gvern,” enfasizza b’reqqa l-Ministru tal-Finanzi.
Riforma ohra importanti f’dan ir-rigward hija l-Comprehensive Spending Reviews (CSRs) li jsiru f’kull Ministeru, fejn kull Ministeru jintalab jindika l-objettivi li jkunu qed jintlahqu b’kull programm. Il-ministeri jintalbu wkoll iharsu lejn il-prijoritajiet u jzidu l-efficjenza fl-infiq taghhom. Frott ta’ dawn is-CSRs, fost l-ohrajn, kienu r-riformi fil-qasam tas-sigurtà socjali.
Efficjenza fil-gbir ta’ taxxi
Il-Gvern implimenta wkoll inizjattivi biex tizdied l-efficjenza fil-gbir tat-taxxi u titnaqqas l-evazjoni tat-taxxa. Insemmu, perezempju, l-Investment Registration Scheme, fejn persuni li xtaqu jirregolarizzaw il-pozizzjoni taghhom ghax ghandhom flus, stokks u investimenti mhux dikjarati f’Malta jew barra, setghu jaghmlu dan filwaqt li jhallsu multa gusta.
“Din is-sena implementajna l-mizura tal-15% taxxa minn ras il-ghajn fuq il-kera, fejn persuni li ghandhom dhul mill-kiri ta’ proprjetà residenzjali qed ikollhom l-ghazla li japplikaw taxxa finali ta’ 15% kkalkolata fuq id-dhul gross tal-kirja. Dan filwaqt li kirjiet mhux iddikjarati qeghdin soggetti ghal taxxa finali ta’ 35% kkalkulata fuq id-dhul gross tal-kiri, minbarra penalitajiet u mghax li jigu imposti. Mizuri biex titnaqqas l-evazjoni tat-taxxa gew implimentati anke fis-suq tal-proprjetà, fejn biddilna s-sistema minn wahda li kienet tahlita ta’ taxxa finali u taxxa fuq id-dhul ghal taxxa finali fuq il-proprjetà,” elenka l-Ministru Scicluna. Insemmu wkoll il-fuzjoni tad-Dipartimenti tat-Taxxa, li qed issir fuq pariri ta’ specjalisti mid-Dipartiment Fiskali tal-Fond Monetarju Internazzjonali.
Barra min hekk, il-Gvern gab u se jerga’ jgib esperti barranin li jahdmu f’istituzzjonijiet internazzjonali rinomati bhall-FMI biex jaghtuh pariri fuq kif il-process bagitarju jista’ jigi rriformat halli jkun aktar efficjenti. “Bhalissa qeghdin nahdmu wkoll biex ikollna unità dwar il-politika fiskali bhal pajjizi ohra biex b’hekk il-Gvern ikollu struttura li tipprovdilu suggerimenti fuq diversi mizuri tad-dhul, kif ukoll rakkomandazzjonijiet fuq l-implimentazzjoni u l-impatt ekonomiku, fiskali u socjali ta’ dawn il-mizuri,” zvela l-Ministru tal-Finanzi.
Mizuri ekonomici
Il-Gvern implimenta wkoll mizuri li jghinu biex tikber l-ekonomija. Dawn il-mizuri jghinu b’mod indirett biex jitnaqqsu d-dejn u d-deficit billi jzidu d-dhul tal-Gvern. Infatti, fiz-zewg bagits li ghaddew kien hemm numru kbir ta’ mizuri ta’ dan it-tip.
“Insemmi, fost l-ohrajn, mizuri li jzidu l-partecipazzjoni tan-nisa u l-irgiel ta’ kull età fid-dinja tax-xoghol, bhat-tkomplija bit-tielet fazi tat-tnaqqis fir-rata ta’ taxxa personali minn 29% ghal 25% u facilitajiet fejn jehdulek hsieb it-tfal b’xejn. Tajna wkoll il-beneficcji waqt li wiehed ikun jahdem, li permezz taghhom koppja jew genitur wahdu li johorgu jahdmu u jkollhom dhul baxx qed jinghataw sa massimu ta’ €1,000 u €1,200 fis-sena rispettivament ghal kull wild li jkollhom. Bdejna anke incentivi fiskali, bhal tnaqqis fit-taxxa ghal nies ta’ mezz’età li jergghu jidhlu, jew jidhlu ghall-ewwel darba, fid-dinja tax-xoghol,” fakkar il-Ministru tal-Finanzi.
Kien hemm ukoll mizuri li jnaqqsu l-qghad permezz tat-tnehhija tad-dipendenzi fuq is-sistema tas-sigurtà, bhal bl-iskema tal-Garanzija ghaz-Zghazagh. Kien hemm ukoll is-sistema tat-tnaqqis mhux f’salt tal-beneficcji socjali fejn, jekk genitur wahdu jibda jahdem full-time, ma jitlifx il-beneficcji tal-assistenza socjali f’daqqa izda jibqa’ jiehu proporzjon minnu ghal perjodu ta’ zmien flimkien mal-paga. Dan minbarra incentivi fiskali indirizzati lis-settur privat biex jimpjega lil dawn il-persuni.
Dan qed iwassal ghal zieda qawwija fl-investiment permezz tad-diversi progetti fis-settur privat li thabbru mill-Gvern dan l-ahhar. Dawn jinkludu l-investiment Ciniz fil-qasam tal-energija, inkluz fl-Enemalta; l-investiment qawwi li mistenni jwassal biex is-servizz tas-sahha jsir verament adattat ghaz-zminijiet tal-lum, inkluz bl-iskola medika ta’ Barts Medical and Dental School; l-isptar il-gdid li se jinfetah fi Smart City b’kollaborazzjoni ma’ Johnson & Johnson; u l-Università Amerikana f’Malta b’investiment Gordaniz.
– Sunday, 24th May, 2015