Bdejna s-Sena l-Ġdida bit-Tajjeb


Fl-ewwel ġimgħat ta’ sena ġdida nibdew nagħlqu l-kotba finanzjarji tal-Gvern tas -sena ta’ qabel. B’hekk naraw kif sejjer l-andament ta’ pajjiżna. Minn din l-istatistika wieħed jista’ jara jekk pajjiżna għadhiex ‘on-track’ fil-baġit kif Kiev ippjanat ghas-sena 2018 u kif ukoll jekk minn dan l-andament finanzjarju hux ser inżommu l-finanzi b’surplus filwaqt li d-dejn ikompli jinżel. Jekk id-dejn ikompli jinżel il-piż tiegħu se jinħass anqas u b’hekk il-gvern ikollhu aktar spazju fejn ikun jista’ jimmanuvra.

L-ewwel aħbar li rċivejna għal din is-sena kienet li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena l-oħra erġajna għamilna ‘surplus’ ieħor, u jidher li jikkumpara sew ma’ dak li għamilna s-sena ta’ qabel, jiġifieri għadna mexjin b’mod konsistenti. Hawnhekk allura qed jiġi aċċertat li Malta żammet mal-baġit u l-pjan tagħha u l-affarijiet sejrin tajjeb. L-istatistika ppublikata tidher ukoll li Malta mhux biss qed tikkumpara sew mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropeja iżda Malta marret aħjar mill-pajjiżi l-oħra kollha u bil-bosta.

Il-Eurostat, l-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropeja, ddikjarat ukoll li Malta kellha l-ogħla surplus fl-Unjoni Ewropeja u kif ukoll il-waqa’ f’dak li huwa piż tad-dejn li kien l-akbar wieħed fl-Unjoni Ewropeja. Huwa sabiħ ferm u kumplimentuż li tkun taf li d-dejn naqas bl-aktar mod qawwi fl-Unjoni Ewropeja.

Propju ftit qabel ħarġet din l-istatistika jien kont qiegħed  Londra , fejn iltqajt mar-‘Rating Agencies’ kollha,  xi ħaġa li nagħmel b’mod regolari.  Stajt ninnota wkoll lli aktar kemm jgħaddi ż-żmien dawn huma iżjed konvinti bis-serjeta’ ta’ dan il-gvern, li dak li jgħid iwettqu.

Niftaħru ħafna bis-surplus, u jkun hawn minn jgħidlek kemm huwa mportati biex inkomplu niftaħru bih.  Is-surplus huwa mportanti mmens għal fatt li minn sellifna l-flus fil-passat, irridu nuruh u nikkonvincuh li aħna kapaċi nħallsuh lura l-flus kollha msellfa

Ghalhekk i r-rapport tal-‘Fond Monetarju Internazzjonali ’ l-IMF, hu riklam tajjeb ghal pajjizna.

Fil-bidu ta’ din is-sena żaritna delegazzjoni tal-IMF f’pajjiżna. Din id-delegazzjoni ġiet bil-għan li jagħmlu rapport li eventwalment ikun wieħed pubbliku.

Fir-rapport jgħidu li dan is-suċċess li qed jikseb pajjiżna hu dovut għar-riformi u d-deċizjonijiet tajba li qed jagħmel dan il-gvern.  Ċertifikat iżjed u ikbar minn dan ħadd ma’ jista jtih u anqas jista’ jkollok. Huwa mportanti li istituzzjonijiet internazzjonali u ndipendenti jagħtu l-ġudizzju tagħhhom.

Il-ġudizzju tagħhom huma jagħtuh mingħajr agenda politika, li lkoll imdorrijin naraw f’Malta u fl-Unjoni Ewropeja. Qed  nirreferi għal dawk ir-rapporti giddieba U qarrieqa b’hafna fake news ”Bl-għan li jagħmlu  ħsara enormi lil pajjiżna. Iżda l-Fond Monetarju Internazzjonali jagħtu dan b’mod indipendenti u mingħajr ebda agenda fejn jiċċertifikaw li pajjiżna sejjer fit-triq it-tajba. Dan jawgura tajjeb għas-sena 2019.

 

Il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019


One response to “Bdejna s-Sena l-Ġdida bit-Tajjeb”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *