Jekk kien hemm xi ħadd li kellu dubju jekk ir-rata tal-kambju tal-lira Maltija qabel ma dħalna fl-ewro kinitx importanti li naraw li ma tkunx għolja, żgur li llum neħħieħ. Tant hu importanti li r-rata tal-kambju ma tkunx għolja li saħansitra qed jinqalgħu kwistjonijiet kbar bejn ħafna pajjiżi fuq dan is-suġġett. Qegħdin isejħula ‘Currency Wars’.
L-iskop ta’ rata kemmxejn baxxa tagħti lil pajjiż vantaġġ fuq pajjiż ieħor, għax il-prezz estern tal-esportazzjoni jinżel u jsir kompetittiv filwaqt li l-prezz intern tal-prodotti u servizzi importanti jogħlew u b’hekk jagħtu protezzjoni lill-attività ekonomika domestika. Mhux ta’ b’xejn nirreferu għal din il-politika bħala “faqqar l-għajrek” jew kif insibuha bl-Ingliż ‘beggar thy neighbour’. Il-protezz jo niżmu llum hu realtà għax hi nazzjonaliżmu ekonomiku, tendenza simili għat-tkattir tal-estremiżmu po litiku b’re azzjoni għar-riżul tati li tkun qed tħalli r-riċes sjoni internazzjonali. Jidher li sfortunatament l-istorja qed tirrepeti ruħha, xi ħaġa ta’ tħassib u perikoluża. Fl-1929, wara li seħħ dak li hu magħruf bħala ‘Wall Street Crash’, l-Amerkani daħħlu liġi f’forma ta’ tariffi li mill-ewwel uriet li kienet żbaljata. Kienet il-liġi magħrufa bħala Smoot-Hawley Tariff Act maħsuba biex tipproteġi lill-bdie wa u lill-industriji Amerikani. B’riżultat tagħha ddaħħlu dazji ta’ 60% fuq aktar minn 3,000 prodott importat. Il-konsegwenzi kie nu devastanti. F’temp ta’ erba’ snin l-impor tazzjoni niżlet għal $1.3 bil jun minn $4.4 biljun filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi kważi 70%.
Il-liġi Amerikana kellha effett mhux biss internament imma wasslet ukoll għal ritaljazzjoni u kontro-ritaljazzjoni minn pajjiżi oħrajn. Wasslet għal kollass fil-kummerċ internazzjonali, naqqset bil-kbir it-tkabbir ekonomiku u kkaw żat żieda fil-qgħad madwar id-dinja internazzjonali. Il-waq għa enormi nbidlet f’di p ressjoni enormi.
Issa qegħdin fis-sitwazzjoni li rridu noqogħdu attenti biex nevitaw repetizzjoni ta’ miżuri u politika li jistgħu jwasslu għal ħsara li twettqet fis-snin 30. L-akbar sfida li qegħdin nif faċċjaw hu l-iżbilanċ kbir li jeżisti fil-kummerċ internazzjonali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. In-nuqqas ta’ rieda min-naħa taċ-Ċina, għal raġu nijiet li tafhom hi, biex iċċaq laq il-valur tal-munita tagħha u tgħollih qed jirriżulta f’riżer vi barranin kbar akkumulati miċ-Ċina. Issa sa waslu għal madwar nofs il-PGD annwali ta’ dak il-pajjiż. Livell fenominali. Issa rridu niftakru li r-riżer vi barranin ta’ pajjiż hu d-defiċit kummerċjali tal-paj jiżi l-oħra u li miegħu jkun jik kummerċja u dan iwassal biex dawn il-pajjiżi jgħaddu minn kriżijiet kbar kif fil-fatt qed tgħaddi l-Greċja u pajjiżi oħ rajn bħala li mhumiex jesportaw biżżejjed.
Il-ħtija mhux biss taċ-Ċina. L-Amerikani qegħdin jaslu għall-istess għan iżda jużaw triq oħra. L-Amerikani ddeċi dew li jippompjaw $600 biljun fl-ekonomija Amerikana. Dan ifisser li dak li għamlu hu simili għal dak li għamlu ċ-Ċiniżi. B’dan il-mod idgħajfu lid-dollaru. Fost ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni hemm ir-rifjut Ċiniż li jgħollu l-valur estern tal-munita tagħhom jew kif nafuha sew ir-rata tal-kambju. Sitwazzjoni li tirrif letti biss theddid li jista’ jkollna gwerra kummerċjali, gwerra bejn il-muniti, gwerra bejn ir-rati tal-kambju.
Sadanittant qegħdin jiżdie du l-iżbilanċi kummerċjali bejn pajjiżi li jesportaw ħafna aktar milli jimportaw u pajjiżi oħra li għall-kuntrarju jimpor taw ħafna iżjed milli jesportaw. Dan kemm fuq livell globali kif ukoll fuq livell ta’ UE. Il-Ġermanja ħierġa b’ritmu qaw wi immens mir-riċessjoni, imma min-naħa l-oħra rres trin ġiet il-pagi u qed tirrifjuta li żżid il-konsum lokali. Dan qed ifisser li pajjiżi oħrajn, speċ jalment dawk fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, il-Greċja, l-Italja, Spanja, Portugall u Mal ta qegħdin isibuha diffiċli jkabbru l-esportazzjoni.
M’għandix dubju li dan qed iwassal għal tkattir fin-nazzjonaliżmu ekonomiku. Min kejja li jidher li kien evitat it-tidwib ekonomiku li beż żagħna ħafna fl-2008 u fl-2009, ma jfissirx li ħriġna mill-maltemp. Din hi sitwazzjoni perikoluża ħafna għall-Ewropa, għall-Istati Uniti u anke għal numru ta’ ekono miji li qegħdin jiżviluppaw.
Ir-reazzjoni dinjija m’għand hiex tkun egħluq il-bibien għall-prodotti Ċiniżi. Bl-istess mod, l-attentati Amerikani biex joħorġu mir-riċessjoni per mezz ta’ ppumpjar ta’ biljuni ta’ dollari fl-ekonomija, hu ta’ tħassib imma jista’ jin żamm. Dak li hu meħtieġ hu azzjoni multi laterali ta’ għajnuna biex tinqabad it-triq lura lejn tkabbir ekonomiku konsistenti.
L-opportunità unika hi waqt il-laqgħat tal-G20 li, an ke bl-għajnuna tal-IMF, għan d ha bżonn toħroġ b’re go lamenti li l-għan tagħhom ikun li jillimitaw l-akkumulazzjoni tar-riservi tal-assi filwaqt li fil-konfront tal-Istati Uniti għandu jkun approvat uffiċjalment perjodu ta’ aġġustament. L-eko nomista John Maynard Keynes xtaq li jdaħħal dawn ir-regolamenti sa mill-ewwel sistema monetarja internazzjonali li twaq qfet wara l-gwer ra u ma rnexxielux. Wasal ż-żmien propizzju biex id-dinja titgħallem u tagħmel passi ’l quddiem.
Veru li hu impossibbli li tin jora l-pressjoni domestika li jkollhom il-mexxejja tal-paj jiżi, imma daqstant ieħor hu meħtieġ li r-restrizzjoni fuq il-kummerċ m’għandhiex tkun it-triq għal salvazzjoni ekono mika.
Dan jista’ jkun evitat permezz ta’ diplomazija internazzjonali flimkien mal-argument sod li l-protezzjoniżmu ekonomiku ma jaħdimx u ma jirrendix.
Id-dinja għandha titgħallem mill-istorja u tevita milli tagħmel l-iżbalji li għamlet fis-snin 30. L-istorja wriet li fi gwerra kummerċjali kulħadd jiftaqar aktar u għalhekk dan għandu jkun evitat.
Il-gimgha li ghaddiet fil-Parlament Ewropew
Bħal-lum ġimgħa l-kitba f’din il-paġna kienet intitolata “Iridu jissieħbu fl-UE, imma…” u kienet tagħti ħarsa lejn pajjiżi, li għandhom applikazzjoni pen denti għal sħubija. Fost dawn hemm it-Turkija, li l-applikazzjoni tagħ ha tmur lura għal April tal-1987!
Tmiem il-parti tal-artiklu dwar l-applikazzjoni tat-Turkija kien jgħid li “it-Turkija qed tittama li sas-sena 2013 tkun kompatibbli mal-liġijiet tal-UE, bit-tama li din tkun is-sena meta tissieħeb fl-UE. Ma dan kollu hemm dubji kbar kemm dan jista’ jseħħ, tant li Brussels qed tirrifjuta li tintrabat b’dan it-terminu. Anzi l-oppost, fi Brussels ħafna huma tal-opinjoni li l-proċess għal sħubija Torka mal-UE jista’ jdum iġebbed sas-sena 202 1!” Nhar it-Tlieta tal-ġimgħa l-oħra l-KE ħarġet ir-Rapport dwar l-applikazzjonijiet pendenti, fosthom dwar it-Turkija. Dak konkluż fir-Rapport xejn ma kien inkoraġġanti għat-Torok. Anzi, it-Torok ingħataw x’jifhmu li għadhom ’il bogħod mill-mira tagħhom, bil-kwistjoni dwar Ċipru tkun il-ħtija ewlenija.
Ir-reazzjoni Torka kienet waħ da ta’ rabja, tant li wasslet għal battibekk diplomatiku mal-Awstrija, wieħed mill-paj jiżi membri tal-UE li għadu jopponi sħubija Torka.
Il-Prim Ministru Tork Recep Tayyip Erdogan qal li sakemm it-Turkija ma tkunx membru tal-UE, l-UE ma jkollhiex rwol globali. Sostna li mingħajr it-Turkija l-UE għandha pont nie qes, pont li jgħaqqad lill-UE ma’ biljun u nofs Musulman.
L-Ambaxxatur Tork għall-Awstrija, Kadri Ecved Tezcan, akkuża lill-Awstrija li titratta lill-komunità etnika Torka bħa la xi virus u li l-poplu Awstrijak mhux interessat f’kul turi oħrajn. Min-naħa tagħha l-Awstrija rrimarkat li kummenti bħal dawn kienu inaċ ċettabbli u li bihom inqabżet il-linja. Kollox jindika li l-ġer ħa bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tikber.
Għal darb’oħra r-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-UE għas-sena 2009, partikolarment fondi allokati lil pajjiżi membri biex iservu ta’ għajnuna, wera li biljuni ta’ ewro kienu suġġetti għal żbalji kbar inkella frodi.
Meta indirizza lill-Parla – me nt Ewropew nhar it-Tlieta tal-ġimgħa l-oħra, l-Awditur Ew lieni tal-UE, Vitor Caldera, qal li kważi terz tan-nuqqasijiet li rri żultaw lill-Qorti tal-Awdituri setgħu finalment kienu nno tati u kkoreġuti mill-gvernijiet tal-pajjiżi membri qabel ma dawn ċċertifikawhom u għaddewhom lill-Kummissjoni Ew ro pea.
Għas-sena 2009 kienu allokati €35.5 biljun taħt din il-forma t’għajnuna. Din kienet is-16-il sena konsekuttiva li l-Qorti tal-Awdituri kienu qegħdin jirrimarkaw b’dan il-mod, anke jekk kien qed jiġi rreġistrat titjib fuq is-snin preċedenti. L-Ewro Parlamentari Liberali Ġermaniż Jorgo Chatzimarkakis, li hu fdat bl-abbozzar tal-pożizzjoni tal-PE għar-rapport tal-Awdituri, qal li wieħed irid jistaqsi lilu nnifsu kemm għan du jibqa’ jalloka fondi lill-Kummissjoni Ewropea, meta din, sena wara oħra, qed turi li mhix kapaċi tamministra l-fondi b’mod effiċjenti.
Ir-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri mistenni jqajjem diskussjonijiet kbar, aktar u aktar wara li hemm ippjanat żieda għall-baġit tal-UE għas-sena d-dieħla. Mistennija tkun diskussa wkoll il-politika futura reġjonali għal mis-sena 2013 ’il quddiem.
Il-Polonja, il-pajjiż li l-aktar li bbenefika minn dawn il-fondi, qed tinsisti biex il-fondi jibqgħu almenu dawk li huma. Imma pajjiżi, bħall-Ġermanja, l-Olanda u l-Ingilterra, li huma l-akbar kontributuri għall-fond, u li issa lura f’pajjiżhom qegħdin jitolbu u jimplimentaw miżuri iebsin, qegħdin jilmentaw u juru li qegħdin jixbgħu bin-nuqqas ta’ effiċjenza.
Anke Spanja, li għamlet żmien tibbenefika minn dawn il-fondi, hi favur li jingħataw inqas flus għal dan il-fond.
Sadanittant, l-istess Spanja, il-Greċja, l-Italja u r-Renju Unit kienu l-erba’ pajjiżi li l-aktar li kellhom jirrifondu flus tul is-sena 2009 biex ipattu għal żbalji li għamlu fl-allokazz joni ta’ tali fondi.
www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 15 ta’ Novembru, 2010