Id-dejn nazzjonali u ‘l hinn minnu


Kont qed nipprepara ghas-suggett tal-kitba tieghi ta’ din il-gimgha meta dahlitli imejl minghand cittadin mill-Mosta b’numru ta’ mistoqsijiet diretti u pungenti. Mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjizna fl-isfond ta’ dak li qed jigri madwarna.

Iddecidejt li flok inzomm l-istil normali tieghi fl-artikli ta’ kull nhar ta’ Tnejn f’dan il-gurnal, inwiegeb ghall-mistoqsijiet li ghamilli dan ic-cittadin.

Qed inzommhom f’forma ta’ mistoqsija u twegiba.

Ic-cifra ta’ dejn li ghandha Malta bhalissa hija ta’ aktar minn erba’ biljun ewro. Dan jinkudi dak li jissejjah ‘short term’, bhalma huma hlasijiet dovuti lill-importaturi tal-medicini u kuntratturi ghal xoghol ta’ progetti?

Twegiba: Il-figura tad-dejn kif ipprezentati mill-Gvern Malti tirrifletti l-ammont “outstanding” ta’ Stocks tal-Gvern, Bills tat-Tezor u self iehor li l-Gvern hu marbut jonora fiz-zmien stipulat.  Dan isir ghax id-dhul tal-Gvern ma kienx ilahhaq mal-ispiza tieghu. Ghalhekk din il-figura tizdied kull sena bejn wiehed u iehor skont id-daqs tad-deficit fiskali. Billi lill-kuntratturi ma jkunx hallashom ma jkollux ghalfejn jiddejjen izjed. Pero biex inqisu kemm realment hu d-dejn dawn ukoll iridu jintghaddu. Dan huma spejjez li meta jitnizzlu fl-accounts se jzidu mad-dejn. Hu ghalhekk l-ahjar sistema ta’ accounting hi l-accrual system, ibbazata fuq xiri u dhul meta isiru, u mhux dik tal-cashflow, jigifieri bbazata biss fuq meta jsir il-hlas. Ta’ min ifakkar li s’issa l-Gvern Malti ghadu juza s-sistema l-antika, tal-‘cash flow system’ u allura c-cifra tad-dejn murija turi biss il-flus li l-Gvern jissellef minghand il-poplu Malti jew barrani ghalkemm meta jibghat ic-cifri lil Eurostat jigi mitlub jirrangahom.

Ic-cifra ta’ aktar minn erba’ biljun ewro tinkludi wkoll l-garanziji li l-Gvern jaghmel ghad-dejn tal-korporazzjonijiet bhalma huma l-EneMalta, Malta Industrial Parks Ltd u entitajiet simili?

Twegiba: Le. Dawn huma biss flus li jissellef il-Gvern Malti bhala parti mill-Bagit tieghu. L-entitajiet parastatali li fihom il-Gvern huwa x-shareholder mija fil-mija jew aktar minn 50%, jissellfu ghalihom l-entitatijiet innifishom. Bhala garanti l-Gvern qed jaghmel tajjeb ghal dawn id-djun fil-kaz li dawn l-entitatijiet ma jaslux. Dawn iwasslu ghal biljun ewro iehor u li nofshom huma fuq self minn barra. Ghandna issa ukoll nghoddu maghhom miljuni li l-Gvern qed jidhol garanti fuq id-djun ta’ pajjizi ohra fiz-zona ewro, jigifieri l-Irlanda u l-Portugal. Hawn qed neskludu s-self mwieghed bilateralment lill-Grecja ta’ 74 miljun ewro.  Meta gie mitlub jaghti c-cifra totali ta’ din l-“exposure” fuq termini fit-tul mid-Deputat Laburista Dr Alfred Sant il-Ministru tal-Finanzi wieghed li din il-figura jaghtiha fiz-zmien tal-Bagit li jmiss.

Ic-cifra tad-dejn nazzjonali kif tikkompara mal-Prodott Gross Nazzjonali (PGD)?

Twegiba: Id-dejn huwa cifra totali, però bhala piz fuq il-pajjiz nikkalkulawh bhala porzjon mill-kejk tal-gid nazzjonali, jigifieri akbar m’hu l-proporzjon akbar  hu l-piz.  Fil-kaz ta’ Malta, fil-passat, id-dejn li Gvern Nazzjonalista wiret minghand amministrazzjoni Laburista kien bejn wiehed u iehor 12% tal-PGD. Billi l-Gvern Nazzjonalista matul dawn l-ahhar 25 sena bbaza l-programmi tieghu ta’ infieq fuq deficits sostanzjali din ic-cifra telghet fil-prezent ghal aktar minn 60% u qed toqrob lejn is-70%. Kien hemm sena jew tnejn fejn qabzet anke dan il-persentagg. Kieku ma nbieghux l-entitajiet tal-Gvern id-dejn kien jaqbez ghal aktar minn 80%.

Ghalkemm l-Oppozizzjoni minn dejjem ikkritikat dan id-dejn, qatt daqs illum m’hu qed jigi ppruvat kemm kellha ragun. Il-periklu tad-dejn meta  jibda tiela’ b’dan il-mod u jaqbez is-70% u t-80% huwa difficli hafna biex trazznu, kif qeghdin naraw minn dak li qed jigri fl-Italja u fil-Grecja.

L-Unjoni Ewropea qieghda tissorvelja c-cifri li jipprovdi l-Gvern Malti?

Twegiba: Il-kelma ‘sorveljanza’ ghandha hafna sinifikati, hafna interpretazzjonijiet. Tissorvelja zgur, fis-sens li tirrapporta u ticcekkja, però li ticcekkja b’mod ta’ awditjar, li l-Kummissjoni tibghat l-ispetturi taghha biex ifittxu fil-kotba u jaraw minn fejn huma l-ispejjez, jekk hux kollox fl-ordni, ir-risposta hija le.

Il-Eurostat, li hija inkarigata mill-gbir ta’ dawn ic-cifri, qatt ma inatat mandat mill-Kunsill tal-Ministri u dan kontra x-xewqa tal-Parlament Ewropew. Din il-fakultà pero issa se nkunu qeghdin naghuthielha ghas-snin li gejjin, xihaga li se tibda minn Jannar li gej. Ir-rapport li ghadda mill-PE u ta din is-seta kont tieghu shadow rapporteur ghall-Grupp Politiku tieghi.

Xihaga ohra dwar il-moniteragg hi li l-iskop kien li meta id-dejn u d-deficit jaqbzu certi cifri, 3% ghal dak li huwa deficit u 60% ghal dak li huwa dejn, paragunat mal-PGD, jinghataw twissijiet kif ukoll ikunu imposti pieni biex il-gvernijiet ireggghu lura din it-tendenza, Li gara kien li meta dan seta’ gie applikat fuq Franza u l-Germanja ghax qabzu dawn il-limiti, il-pieni ma gewx applikati u allura llaxkat id-dixxiplina fuq dawn il-pajjizi, xihaga li wasslet biex ikun maghmul pakkett li jinkludi li dawn il-pieni jihraxu u d-dixxiplina tkun aktar stretta. Izda s’issa dan il-pakkett ghadu m’ghaddiex mill-Parlament Ewropew minhabba nuqqas ta’ qbil dwar il-kontenut.

Jista’ jkun li Malta mhux qed turi c-cifra ezatta tad-dejn taghha? Jekk hu hekk jista’ jkun hemm xi evidenza vizibbli?

Twegiba: Huwa xoghol l-Accountant Generali fit-Tezor li jzomm u jigbor dawn il-figuri ghal Gvern u hija r-responsabilita tal-Awditur Generali tal-pajjiz li jimmoneterja u jirraporta l-abbuzi li jsiru. Ir-rapport tieghu ta’ kull sena jkollu xi skandli li jwahhxuk.  Dwar jekk certi spejjez ma jidhrux bhala spejjez fid-deficit u lanqas fid-dejn dan jigri biss b’mod temporarju taht is-sistema li ghandna ahna, dik tal-‘cash flow’, kif spjegajt fit-twegiba tieghi ghall-ewwel mistoqsija.

Izda ghandek kazijiet ohra fejn Gvernijiet fl-UE uzaw strumenti sofistikati, dawk li nghidulhom derivati, fejn b’dal-mod id-dejn u d-deficit jidhru inqas fil-prezent, imma sintendi twaddbu 10, 20 sena fil-futur. Dawn gew irrappurtati lill-UE. Jien stess staqsejt lill-Kummissarju  Olli Rehn dwar dan u qalli li ccekkjaw fuqhom u issa l-UE qieghda b’seba’ ghajnejn li dan ma jeergax isir.

Per ezempju, f’dal-kaz, jien kurjuz li nsir naf dwar meta l-Gvern semma li ghall-progett tal-Parlament gdid, li normalment hija spiza kapitali u ghandha titnizzel fil-bagit, din ghalissa ghadha ma tnizzlitx ghax qal li se jinholoq strument specjali. Kurjuz hafna inkun naf xi strument hu u hux se jkun approvat mill-Kummmissjoni Ewropea. Li nafu biss illum hu li l-progett mhux “feasible” ekonomikament u ghalhekk mhux qed jigi finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Bid-dejn nazzjonali kif inhu jista’ jkun li qeghdin noqorbu  lejn is-sitwazzjoni li ghaddejjin minnha Spanja u l-Italja?

Twegiba: Tliet snin ilu qabel ma faqqat il-krizi tal-Ewro kont ktibt artiklu  dwar dawk il-pajjizi li bl-Ingliz fil-qosor kienu jirreferu ghalihom bhala PIIGS (Portugall, Irlanda, Italja, Grecja, Spanja) u kont irreferejt ghal Malta, bhalha li ghandha s-sintomi taghhom, bhalha PIGLET. Minn dakinhar ‘il hawn pero graw hafna affarijiet. Wara l-ahhar elezzjoni l-Gvern ha xokk kbir bl-ispejjez u d-deficit jisplodu, u ntefa’ fuq gbir ta’ flus minn sors wiehed, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bl-iskuza li l-prezz taz-zejt ghola, però kif nafu, kien ukoll mezz ta’ intaxxar biex idahhal kemxa u jaghlaq kemm jista’ jkun il-hofra.

Jekk il-Gvern izomm kelmtu li jwaqqa’ d-deficit u l-ekonomija tkompli tikber, ma narax dan il-periklu. Veru li wiehed jixtieq li l-ekonomija tikber permezz tas-setturi kollha u mhux ta’ wiehed jew tnejn. Il-Kumissjoni ghada mhux impresjonata s’issa bin-nuqqasijiet ta’ pjani ta’ kif il-miri tal-Gvern ser jintlahqu. Nistennew u naraw. Il-Pre-Budget Document li hareg il-Ministru ftit ilu wkoll ma jghidx xejn fuq kif ser jintlahqu l-miri tieghu,

Kull kaz tal-pajjizi li jissemmew kellhom problemi kbar specifici. L-Italja, pajjiz kbir  li d-dejn tieghu huwa ta’ aktar minn mija fil-mija tal-PGD. Il-kaz tal-Irlanda ghandek xokk kbir meta l-Gvern kellu jiddejjen b’mod esagerat biex isalva l-banek. Spanja ghandek kollass tal-proprjetà b’mod fejn ghandek numru kbir ta’ banek zghar li mhumiex likwidati u kapitalizzati bizzejjed u bazati fuq il-proprjetà. Il-Grecja nafu li qieghda f’ricessjoni kbira u li l-ekonomija taghha mhux talli mhux qed tikber talli sejra lura u allura d-dejn dejjem jikber. Tant hija kbira s-sensittivita li anke Franza ghax l-ekonomija taghha ma kibritx fl-ahhar tliet xhur qed taqa’ fil-mira tal-ispekulaturi.

Mill-ftit esperjenza li gbart dawn l-ahhar sentejn il-parir tieghi lill-Gvern hu li jkun aktar trasparenti milli kien s’issa. Ghandu jindaga ghala jsiru revizjonijiet massicci ta’ madwar 1.5 percentwali fil-PGD li jhawwdu. Ma jaghmilx gid li sena wara li tghid li r-ricessjoni internazzjonali ma laqtitniex, insibu li c-cifri jinqalbu u b’hekk il-Kummissjoni tistqarr li laqtitna daqs il-medja fiz-Zona Ewro. Malta ma hija fl-ebda klassi minn dawn il-pajjizi li semmejna, pero ghandha titghallem minnhom. Malta trid toqghod attenta li ma jkunx hawn hala u tberbieq fuq progetti li ma jirrendux. Biex titlob ghas-sagrificccji trid tibda minnek u taghti l-ezempju.

Jekk is-sitwazzjoni tmur ghall-aghar, Malta hija f’pozizzjoni li tinghata bailut bhalma nghataw il-Grecja, l-Irlanda u l-Portugall?

Twegiba: Id-dejn tal-pajjiz il-Gvern ghamlu mal-Maltin. Meta jkollok spekulazzjoni tfisser li min qed jisilfek il-flus minn barra mhux lest li jisilfek jekk ma tghollix ir-rati tal-imghax bi tnejn, erba’ punti percentwali u allura dan jitfa’ piz enormi fuq il-Gvern biex ihallas id-djun. Fil-kaz ta’ Malta dan ma japplikax ghax il-Gvern qed jissellef minghand il-poplu Malti.

Jekk jigi f’sitwazzjoni li l-Gvern ikollu bzonn l-ghajnuna, pajjizna huwa kontributorju u wiehed jassumi li l-fond prezenti isellfu. Il-vantagg huwa li s-self f’dak il-proporzjon ta’ biljuni kbar huwa zghir hafna. Mis-sena 2013 ‘il quddiem se jitbiddel it-Trattat biex jitwaqqaf mekkanizmu ta’ stabbilità li jixxiebah mal-fond prezenti. Mill-Parlament Ewropew dawn it-tibdiliet ghaddejnihom u, fuq insistenza tieghi, ghandna l-garanzija li minn dan il-fond ikun jista’ jinghata l-ghajnuna kull pajjiz, irrispettivament mid-daqs tieghu.

F’sitwazzjoni bhal din, x’tahseb li jridu jkunu l-mizuri ekonomici u fiskali mehtiega biex indawwru r-rotta? Gvern futur Laburista kif jista’ jaghmel dan minghajr ma jkun kritikat mill-poplu?

Twegiba: Nahseb li l-problema mhix liema huma l-policies ekonomici u fiskali li trid thaddem, ghalkemm l-Oppozizzjoni trid tippjana ghal dan minn issa. L-iktar li hemm bzonn biex ikollna success hu li l-Gvern ikun trasparenti, jikkonsulta mal-poplu, inkluz mal-Oppozizzjoni u mal-imsiehba socjali, u jkun hemm il-kunsens.

Meta Gvern jahbi u ma jaghtix ezempju tajjeb hu nnifsu, bhalma kien il-kaz taz-zjieda ta’ 500 ewro fil-gimgha, ikun qed jaghmel hsara lil din il-politika. Jigifieri mhux x’inhuma r-rimedji jew kemm huma difficli, ghax kulhadd jaf li hemm rimedji, imma li biex dawn ikollhom success irid ikollhom l-ingredjenti kollha li semmejt.

L-Oppozizzjoni wkoll ghandha interess kbir li Malta tirkupra u twaqqa’ id-deficit illum qabel ghada. Ebda Gvern futur ma jrid li jiret dizastru bhal dak tal-Grecja. Hekk kien gara f’pajjizna fl-1996. L-istorja nafuha u ma nixtiequx li tirrepeti ruhha.  Li tiffaccja dizastru bhal dak tal-Grecja hija storja tal-wahx li ebda amministrazzjoni futura ma tixtieq li ssib ma’ wiccha.

 

l-orizzont – It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, 2011

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *