Il-pożizzjoni dominanti li qiegħda tieħu l-Ġermanja rigward l-ewro sema’ biha kulħadd. Fil-Parlament Ewropew hemm min huwa ħosbien u inkwetat li l-kollettività li kienet teżisti sa ftit ta’ żmien ilu fil-Kunsill tal-Ministri qiegħda tispiċċa. Hemm oħrajn li ma jaqblux mat-teżi li qiegħda tissuġġerixxi l-Ġermanja biex tilqa’ għall-kriżi tal-ewro. Jarawha wisq iebsa. Mhix flessibbli biżżejjed u ma taħsibx għall-bilanċ sostenibbli bejn il-pajjiżi tal-ewro.
Però wieħed jistaqsi għaliex il-Ġermanja qiegħda tieħu din il-pożizzjoni tant dominanti? U minn fejn qiegħda twassal dak l-emfasi fuq sagrifiċċji u programmi ta’ awsterità fi żmien meta għadna ma ħriġniex sew mir-riċessjoni internazzjonali.
Li l-Ġermanja hija l-aktar pajjiż b’saħħtu mhux fiż-Żona Ewro biss imma fl-Unjoni Ewropea kollha, huwa stat ta’ fatt. L-istatistika tagħha hija dominanti fejn jidħol il-Prodott Gross Domestiku (PGD) meta pparagunat ma’ dak ta’ kull wieħed mill-pajjiżi membri. Huwa proporzjon kbir ta’ dak kollu li jiġi mmanifatturat u prodott fl-Unjoni Ewropea. Madwar 26% tal-PGD taż-Żona Ewro u xi 20% tal-Unjoni Ewropea. Id-dominanza Ġermaniza mhix biss f’termini ta’ kwantità, imma wkoll ta’ kwalità.
Il-Ġermanja tikkonsidra lilha nnifisha bħala storja ta’ suċċess, partikolarment minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Suċċess li hemm il-prova tiegħu. Għandha ħaddiema bi kwalifiki għoljin, struttura żviluppata ħafna, kapital kbir, u livell baxx ta’ korruzzjoni. Hija għandha t-tielet l-ikbar esportazzjoni fid-dinja. U allura l-istrateġija Ġermaniża fil-konfront ta’ kull pajjiż ieħor fiż-Żona Ewro hija waħda sempliċi. Biex tirnexxi għamel kif nagħmel jien. F’kelma waħda applika l-mudell li ħdimt, u qiegħed naħdem fuqu jien.
Il-mistoqsija li tqum wara teżi bħal din hija ovvja: x’inhu l-mudell Ġermaniż, u x’wassal lill-Ġermanja biex tapplikah? Jgħinek aktar tifhem u twieġeb din il-mistoqsija billi tmur lura fl-istorja, għax ġeneralment kollox jitfassal skont dak li tkun esperjenzajt.
Kull pajjiż għandu l-istorja tiegħu. Mhux biss politika imma wkoll ekonomika. Il-Ġermaniżi kienu għaddew minn traġedja ekonomika. L-inflazzjoni tant kienet kbira li l-munita Ġermaniża kienet litteralment ma tiswa xejn. Fi tliet snin il-Mark kien jixtri Mark tad-deheb. Fi tliet snin wieħed ried elf biljun Mark (wieħed u 12-il żero warajh) biex jixtri dan l-istess Mark tad-deheb. Dan ġara għall-inflazzjoni stratosferika li esperjenzjaw. Karikatura mill-aktar popolari biex tispjega dik is-sitwazzjoni kienet dik li kienet turi raġel għaddej b’karretta nfawra Deutschmarks biex sempliċiment jixtri oġġett żgħir. Il-messaġġ kien ċar: flus bla valur ta’ xejn.
Kienet sitwazzjoni li lill-Ġermaniżi xxokkjathom bil-kbir. Għaddiethom minn trawma tant kbira li l-kelma INFLAZZJONI twerwirhom. Kontriha jaslu biex jagħmlu kollox. Kull forma ta’ sagrifiċċju. Basta l-inflazzjoni tinżamm baxxa. Lanqas il-qgħad ma jbeżżagħhom daqs kemm tbeżżagħhom l-inflazzjoni.
Mhux hekk, per eżempju l-Ingliżi. Iċ-ċirkostanzi, l-istorja, li għaddew minnha l-Ingliżi wassluhom biex aktar jibżgħu mill-qgħad milli mill-inflazzjoni. Għalhekk mudelli differenti ta’ reazzjoni.
Il-punt tat-tluq fil-każ tal-Ġermaniżi huwa t-twemmin tagħhom fil-flus, fil-valur tal-flus. Ma’ dan hemm l-etika ta’ dixxiplina. Bħal donnu qiegħda fid-demm Ġermaniż li jiddixxiplina lilu nnifsu biex jagħraf jaħdem, iġemma’ l-flus u jinvesti. Mhix xi ħaġa li ssibha daqshekk qawwija fil-pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-Ewropa.
Meta torbot flimkien elementi bħalma huma d-dixxiplina tal-preċiżjoni, il-biża’ mid-djun, mid-defiċits u mill-inflazzjoni, malajr tagħraf għala l-Ġermaniżi lesti jagħmlu kull sagrifiċċju, kbir kemm hu kbir, basta l-ekonomija tagħhom tieħu żvolta ’l quddiem. Anke l-unjins tal-ħaddiema jifhmu dan u jaslu fi ftehim ma’ min iħaddem, l-aqwa li jirbħu l-kompetittività.
L-aqwa li jibqgħu l-iktar pajjiż b’saħtu ekonomikament għad-daqs li hu.
Din hija l-fiżjonomija Ġermaniża. It-tagħlima li ħadu mill-istorja tagħhom għamlithom dak li huma llum, il-vuċi qawwija fiż-Żona Ewro, fl-Unjoni Ewropea, li mhux lakemm tinjoraha. Anzi. Trid tagħtiha attenzjoni.
Il-Ġermanja temmen li ħadd mill-pajjiżi taż-Żona Ewro m’għandu jkollu djun għoljin. Temmen li m’għandux ikun hemm defiċits għoljin. Temmen li l-inflazzjoni għandha tinżamm baxxa kemm jista’ jkun. Temmen li l-pagi għandhom jitrażżnu biex ikun hemm il-kompetittività. Temmen li kull pajjiż taż-Żona Ewro għandu jkun b’saħħtu daqsha. Temmen li l-munita għandha tkun b’saħħitha daqs kemm kienet id-Deutschmark. La iżjed u lanqas inqas. Finalment temmen li la darba din kienet kapaċi tagħmlu hi hekk ukoll għandu jkun kapaċi kull pajjiż ieħor. Dan hu l-mudell li l-Ġermanja trid li jitħaddem minn kulħadd.
Imma minkejja dan kollu, il-Ġermanja mhix waħedha fiż-Żona Ewro. Lanqas mhi waħedha fiċ-ċentru tagħha. Hemm Franza. Mingħajr il-kunsens tal-Franċiżi, il-Ġermanja qajla tista’ tmexxi ’l quddiem il-mudell u l-ideat tagħha fiż-Żona Ewro.
Kunsens li f’xi forma, jidher li nstab bejn Angela Merkel (ritrattż) u Nicolas Sarkozy. Jidher li waslu fi ftehim meta għamlu dik il-famuża passiġġata f’Deauville fi Franza, li s-sanzjonijiet li l-Ġermaniżi riedet li jidħlu awtomatikament fil-konfront ta’ pajjiżi li fejn jirrigwarda djun u żbilanċ finanzjarji jkunu barra minn triqthom, ma jiskattawx b’mod awtomatiku. Ikunu sanzjonijiet semi-awtomatiċi bil-Gvernijiet rispettivi jingħataw aktar nifs u jkun hemm lok għal deliberazzjoni qabel l-iskattar tagħhom.
Madankollu lanqas ftehim bejn il-Ġermanja u Franza mhu garanzija ta’ passaġġ liberu. Dak li qablu fuqu l-Ġermanja u Franza jitlob tibdil fit-Trattat ta’ Liżbona. Hemm l-ostakolu Ingliż. Tibdil li kieku kellu jitpoġġa għad-deċiżjoni ta’ referendum f’kull pajjiż membru jkun ifisser tul ta’ żmien biex jitwettaq, jekk jitwettaq.
Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, biex ma jagħmilx dan, għamel il-kundizzjonijiet tiegħu. Irid li jkun hemm iffriżar tal-baġit tal-Unjoni Ewopea mis-sena 2013 ’il quddiem, imma fl-istess ħin irid li l-Ingilterra tibqa’ tingħata r-rifjużjonijiet kif kien miftiehem ma’ Margaret Thatcher.
L-istess miżura tridha Franza. Franza trid li tibqa’ tingħata l-flejjes kbar li tingħata għall-agrikoltura.
Dan kollu mhux faċli jsir. Mhux daqstant faċli li tiffriża l-baġit u allura kull pajjiż jikkontribwixxi dak li qiegħed jikkontribwixxi llum imma jibqgħu jieħdu dak li qegħdin jieħdu bħalissa.
Kieku kellu jsir hekk, ikun ifisser li s-sagrifiċċji jkollhom jagħmluhom pajjiżi bħall-Polonja u Malta li jibbenefikaw minn fondi strutturali. Dan m’għandux ikun, u mhux, aċċettabbli.
Sitwazzjoni li titlob li b’xi mod għandu jinstab kompromess. Ix-xhur li ġejjin se jkunu kruċjali. It-taħditiet u n-negozjati se jkunu iebsin għax ħadd mhu se jagħmilha daqstant faċli biex iċedi minn dak li għandu. Għad irridu naraw min finalment se jċedi x’hiex.
Nistennew u naraw.
www.orrizont.com – 10 ta’ Jannar 2011
64 responses to “Il-Ġermanja u l-ewro”
Implication from thyroid function decreasing during chemotherapy in breast cancer patients chemosensitization role of triiodothyronine how to buy priligy in usa It was part of an audit for quality improvement and was considered exempted from ethical approval
cost cytotec online covalent bonding arises the issue of toxicity or carcinogenicity
alo789in: alo 789 dang nh?p – alo789 chinh th?c
india pharmacy without prescription india pharmacy without prescription order medicines online india
http://interpharmonline.com/# canadian pharmacy review
india pharmacy without prescription: order medicines online india – online medicine shopping in india
https://interpharmonline.shop/# canadian online drugstore
canadian pharmacy antibiotics: Online pharmacy USA – safe canadian pharmacies
https://indiamedfast.com/# india pharmacy without prescription
MexicanPharmInter: Mexican Pharm Inter – mexican pharmacy online
http://mexicanpharminter.com/# reliable mexican pharmacies
best online canadian pharmacy: InterPharmOnline.com – onlinepharmaciescanada com
https://indiamedfast.shop/# buying prescription drugs from india
medication canadian pharmacy: most trusted canadian pharmacies online – online canadian pharmacy review
cheapest online pharmacy india cheapest online pharmacy india online medicine shopping in india
https://mexicanpharminter.shop/# buying from online mexican pharmacy
https://generic100mgeasy.com/# Viagra generic over the counter
Kamagra Kopen Online: Kamagra Kopen – Kamagra
https://kamagrakopen.pro/# Kamagra Kopen Online
buy generic 100mg viagra online buy generic 100mg viagra online Generic 100mg Easy
https://generic100mgeasy.shop/# Generic100mgEasy
https://tadalafileasybuy.com/# Generic Cialis price
https://tadalafileasybuy.com/# TadalafilEasyBuy.com
Kamagra Kamagra Officiele Kamagra van Nederland
https://generic100mgeasy.com/# over the counter sildenafil
https://kamagrakopen.pro/# kamagra jelly kopen
buy cialis pill: Cialis over the counter – Tadalafil Easy Buy
TadalafilEasyBuy.com TadalafilEasyBuy.com Tadalafil Easy Buy
http://tadalafileasybuy.com/# Buy Tadalafil 10mg
kamagra pillen kopen: kamagra pillen kopen – Officiele Kamagra van Nederland
TadalafilEasyBuy.com: cialis without a doctor prescription – Generic Cialis price
http://tadalafileasybuy.com/# cialis without a doctor prescription
Generic100mgEasy Generic 100mg Easy buy generic 100mg viagra online
Officiele Kamagra van Nederland: Kamagra Kopen – Kamagra Kopen Online
https://generic100mgeasy.com/# cheapest viagra
https://kamagrakopen.pro/# kamagra kopen nederland
Generic 100mg Easy: Generic100mgEasy – buy generic 100mg viagra online
kamagra 100mg kopen kamagra kopen nederland kamagra gel kopen
https://kamagrakopen.pro/# kamagra pillen kopen
https://generic100mgeasy.shop/# buy generic 100mg viagra online
TadalafilEasyBuy.com: cialis without a doctor prescription – Tadalafil Easy Buy
cialis without a doctor prescription TadalafilEasyBuy.com Tadalafil Easy Buy
пин ап вход – pinup 2025
пин ап казино официальный сайт – пин ап вход
TadalafilEasyBuy.com Tadalafil Easy Buy Tadalafil Easy Buy
пин ап казино – пинап казино
pinup 2025 – пинап казино
Generic Viagra online Generic100mgEasy buy generic 100mg viagra online
пин ап – пин ап казино зеркало
пинап казино – pinup 2025
Apoteket online apotek online recept apotek online
Apotheek Max: Apotheek Max – Online apotheek Nederland zonder recept
Kamagra Oral Jelly: Kamagra kaufen – Kamagra Gel
Apotek hemleverans idag Apoteket online apotek online
Online apotheek Nederland met recept: Apotheek Max – Apotheek online bestellen
Kamagra online bestellen Kamagra kaufen ohne Rezept Kamagra Oral Jelly kaufen
Apotheek online bestellen: Online apotheek Nederland zonder recept – Online apotheek Nederland met recept
https://kamagrapotenzmittel.shop/# Kamagra Oral Jelly
https://kamagrapotenzmittel.shop/# Kamagra Oral Jelly kaufen
online apotheek Apotheek online bestellen online apotheek
https://apotheekmax.shop/# Betrouwbare online apotheek zonder recept
Kamagra Oral Jelly: Kamagra kaufen ohne Rezept – Kamagra Oral Jelly kaufen
apotek online recept: apotek online – Apoteket online
apotek online apotek pa nett Apoteket online