Ir-rapport preliminarju tal-IMF


FTIT tal-jiem ilu l-Fond Monetarju Internazzjo nali (IMF) ippubblika r-Rapport Preliminarju tiegħu dwar Malta, dwar l-andament tal-ekonomija Maltija. Rapport preliminarju għax ir-rapport sħiħ u komprensiv isir wara li jkun għadda u ntgħarbel minn, u f’ħafna skali ta’ din l-istituzzjoni. Dak ippub b likat huma l-ewwel ħsibijiet tad-delegazzjoni tal-IMF li ġiet Malta biex ikun jista’ jit ħejja r-rapport finali.

Ir-Rapport Preliminarju jgħid li Malta laqgħet relattivament tajjeb għall-maltemp ikkawżat mir-riċessjoni globali. Imma r-rapport ma jieqafx hemm. Ma jserraħx ir-ras kom pletament. Anzi. Il-konkluż joni preliminari hi segwita minnufih b’diversi twissijiet.

Twissijiet li m’għandhomx jitqiesu bħala frivoli. Twissi jiet maħsubin u mmirati biex tkun salvagwardata l-istabilità finanzjarja ta’ pajjiżna. Dan fid-dawl tal-fatt li s-settur finanzjarju Malti mhuwiex inqas vulnerabbli għad-dgħufijiet li waqt li llum trid lenti biex issibhom, jekk jibqgħu jiż diedu għada jsiru problemi kbar. Qiegħed nirreferi għas-suq tal-proprjetà. Hu fatt magħ ruf li l-għerq ta’ dak li qegħdin nesperjenzaw bħalissa rifless fil-krizi finanzjarja u magħha l-kriżi ekonomika u dik tad-djun, huwa primarjament is-suq tal-proprjetà. Dan kien fil-passat minfuħ f’buż żieqa permezz ta’ rati ta’ imgħax storikament baxxi ħaf na.

L-ekonomija tagħna hi waħ da miftuħa u suġġetta għal influwenza minn dak li jkun qiegħed jiġri fid-dinja, partikolarment fil-kontinent Ew ro pew.

Nagħtu ħarsa lejn iż-Żona Ewro u dak li qiegħda tesperjenza. Iż-Żona Ewro hi tista’ tgħid iddominata mill-Ġermanja, fis-sens li l-ekonomija Ġermaniża filwaqt li hi l-akbar fost is-27 membru stat tal-UE hi waħda b’saħħitha ħafna. B’riżultat ta’ hekk irnexxielha tiġbed lejha kunfidenza kbira. Irnexxielha twaqqa’ l-inflazzjoni u allura setgħet ukoll tbaxxi l-imgħax.

Ħafna pajjiżi bbenefikaw minn dan ir-riżultat. Imma ġara li dak il-benefikat intuża primarjament f’settur wieħed, is-settur tal-proprjetà. Hekk għamelt l-Irlanda, hekk għamlet Spanja, hekk għamel il-Portugall, kollha pajjiżi fiż-Żona Ewro. U hekk għamlet Malta wkoll. Ir-riżultat ta’ wara li tinfaqa’ l-bużżieqa huwa li l-provvista ta’ prop rjeta hi ferm u ferm akbar mid-domanda li hemm għaliha. Skont kemm tkun kbira n-nefħa tal-bużżieqa, hekk meta finalment il-bużżieqa tinfaqa’ akbar il-kollass tas-suq tal-proprjetà u l-konsegwenzi koroh li jġibu.

Aħna, Malta, m’aħniex esklużi minn periklu bħal dan. Tant il-periklu qiegħed hemm li r-Rapport Preliminarju tal-IMF jispeċifika dan u jenfasizza l-ħtieġa tal-attenzjoni għalih.

L-attenzjoni trid tkun fuq, u, għal kollox. Anke fuq ot timiżmu żejjed. L-ottimiżmu għandu jkun wieħed kawt, prudenti. Huwa ferm perikoluż li npinġu lil pajjiżna bħala eċ­ċezzjoni, li hu ħieles, jekk mhux ukoll garantit, li dak li għadda jew għadu għaddej minnu ħaddieħor ma ngħaddux minnu aħna wkoll. Jiddependi mid-djun. Hemm djun u djun. Hemm dawk id-djun li fil-lingwaġġ finanzjarju jissejħu ‘non performing loans’. Djun li ma jkunux ji filħu għall-imgħaxijiet impos ti fuqhom. Tali djun, ladarba jikbru, jistgħu jwasslu għal falliment.

Fil-finanzi pubbliċi huma d-defiċits li jwasslu għad-djun. Kontroll tad-deficits iġib miegħu kontroll fuq id-djun. Il-Gvern qiegħed jimmira li sas-sena 2013 ikun naqqas id-defiċit għal 1.4%. Hu ovvju li l-IMF jilqa’ bil-ferħa mira bħal din.

Imma fl-istess ħin, ir-Rapport Prelimianrju tal-IMF jindika riskji sinifikanti dwar kemm dan l-aġġustament jin tlaħaq.

Ir-Rapport Preliminarju tal-IMF jappella kontra l-otti miż mu żejjed. Biex twaqqa’ d-dejn u d-defiċit trid tbaxxi n-nefqa pubblika jew tgħolli t-taxxi, inkella t-tnejn flimkien. Ċertament li fil-każ tagħna mhix xi ħaġa faċli li tagħmilha. Mhix xi ħaġa popolari. Anzi. U allura s-soluzzjoni hi t-tkabbir ekonomiku.

It-tkabbir ekonomiku jgħin b’żewġ modi f’ħin wieħed. Tkabbir ekonomiku jwassal biex jonqos il-proporzjon tad-dejn fuq il-Prodott Gross Domestiku (PGD), anke meta l-valur nominali jibqa’ fejn hu. It-tkabbir ekonomiku però jżid id-dħul tal-Gvern. Jekk is-sitwazzjoni tkun l-oppost, l-ekonomija tkun staġnata, jew agħar minn hekk, sejra lura, l-effett negattiv ikun doppju wkoll. Id-dejn u d-defiċit bħala proporzjon jogħlew u d-dħul tal-Gvern jonqos.

Hekk qiegħed jiġri fil-Greċja u hekk qegħdin jibżgħu li se jiġri fl-Irlanda.

Wieħed irid, u għandu, jevita l-ottimiżmu żejjed u jbassar, jekk mhux ukoll jig­garantixxi, tkabbir ekonomiku meta fl-Unjoni Ewropea hemm kriżi kbira. Kriżi li l-Parlament Ewropew mhux biss għadu ma sabx soluzzjoni għaliha talli lanqas mhu kuntent b’dak li qiegħed jingħad fil-Kunsill u fit-Task Force tal-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri tal-UE.

Mhux kuntent għax jemmen li s-soluzzjoni ta’ dawn tal-aħħar hi waħda politika li mhux bilfors tkun waħda ekonomikament sostenibbli u għalhekk permanenti.

Lura lejn pajjiżna u lejn kif ir-Rapport Preliminarju tal-IMF iħares lejn is-settur finanzjarju tagħna. Meta r-rapport jittratta l-ħtieġa li tkun salvagwardata l-istabilità finazjarja ta’ pajjiżna jgħid li s-settur finanzjarju Malti qiegħed isir aktar vulnerabbli u qiegħda tiżdied il-pressjoni fuq il-qligħ tas-settur bankarju. Ir-rapport jappella biex tiżdied il-protezzjoni kontra r-riskji sistematiċi u r-riskji fiskali.

Dejjem ħarisna lejn is-settur finanzjarju b’mod ottimist li qiegħed jiġġenera ftit tkabbir ipparagunat ma’ setturi oħ rajn li jkunu mgħaffġin. Imma rridu nżommu saqajna mal-art.

Nistgħu nieħdu eżempju mill-Irlanda u mill-Iżlanda, li bħalna, it-tnejn huma pajjiżi relattivament żgħar.

Għal ħafna snin l-Irlanda kienet il-mudell għalina. Għasruha bħal lumija għal skop ta’ propaganda. Bilkemm ma tnisslitx għira għaliha għas-settur tas-servizzi finanzjarji tagħha li kienu jiġġe neraw ħafna impjiegi. Hekk ukoll kienet l-Iżlanda. Servizz bankarju kbir b’assi ferm akbar mill-prodott gross domestiku tal-gżira.

Wieħed irid jaħseb fit-tul. Hemm perikli kbar għal paj jiż żgħir li jkollu xi settur partikolari ħafna akbar milli jkun jiflaħ jagħmel tajjeb għalih fi żmien ta’ saram. Kemm dan huwa minnu rajnih kemm fil-każ tal-Iżlanda l-ewwel u issa fil-każ tal-Irlanda.

Ikkollassa s-settur partikolari u ż-żewġ pajjiżi ma kinux jifilħu jagħm lu tajjeb għad-djun kbar meta pprovaw isalvaw lill-banek milli jikkol lassaw.

Dawn huma episodji koroh li minnhom toħroġ il-ħtieġa għall-kawtela, għall-prudenza, meta wieħed jitkellem fuq is-servizzi finanzjarji. Il-Parlament Ewropew daħħal regolamenti enormi f’dan is-settur u allura mhux mistenni it-tkabbir globali li kien hemm tul dawn l-aħħar għaxra, għoxrin sena.

Dak li huwa l-aktar importanti u l-aktar meħtieġ għall-ekonomija Maltija hi d-diversifikazzjoni tagħha. M’għandu jingħata l-ġenb l-ebda settur, hu liema hu s-settur. Aktar ma tkun diversifikata l-ekonomija inqas u iċken ikunu r-riskji, b’riżultat ta’ aktar stabilità finanzjarja u tkabbir ekonomiku stabbli. Hu fuq dawn il-linji li rridu, u għandna, naħdmu.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 29 ta’ Novembru, 2010


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *