Il-gimgha l-oħra l-Parlament Ewropew approva l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika fformat minn Sitt Rapporti. Approvazzjoni li, anke jekk b’marġni żgħira, ħalliet lill-gruppi politiċi maqsumin u diżappuntati. Pakkett li min fasslu wkoll sabha diffiċli biex jispjegah, aħseb u ara kemm se jkun aktar diffiċli biex jifhmuħ il-popli minkejja li jridu jġorru l-piż tiegħu. Faċilment tifhem kif in-nies jinsabu mifxulin bil-kriżi li qiegħda tikber madwarhom u quddiem għajnejhom u bir-reazzjoni timida għalih u li xxaqleb biss lejn naħa waħda.
Il-gimgha l-oħra l-Parlament Ewropew approva l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika fformat minn Sitt Rapporti. Approvazzjoni li, anke jekk b’marġni żgħira, ħalliet lill-gruppi politiċi maqsumin u diżappuntati. Pakkett li min fasslu wkoll sabha diffiċli biex jispjegah, aħseb u ara kemm se jkun aktar diffiċli biex jifhmuħ il-popli minkejja li jridu jġorru l-piż tiegħu. Faċilment tifhem kif in-nies jinsabu mifxulin bil-kriżi li qiegħda tikber madwarhom u quddiem għajnejhom u bir-reazzjoni timida għalih u li xxaqleb biss lejn naħa waħda..
Kif għandna allura nevalaw dan il-Pakkett?
Irridu mmorru lura għal Settembru 2010 meta l-Kummissjoni għamlet l-ewwel proposti tagħha. Dakinħar l-għan kollu ta’ dan l-eżerċizzju kien li jwassal għal sett ta’ riformi bilanċjati li jagħtu spażju lil pajjiżi Ewropej biex joħorgu mid-diffikultajiet ekonomiċi tagħhom, iqumu fuq saqajhom u jsiru globalment kompetittivi. Huwa tajjeb li għal dan il-għan il-pajjiżi kollha tal-UE jnaqqsu mill-piż fiskali żejjed li għandhom. Ilkoll naqblu li ebda Stat Membru ma jista’ jkun ekonomikament kompetittiv meta jkollu djun u defiċits kbar. Iżda billi timponi miżuri perikolużi ta’ awsterità li bihom tkompli ddgħajjef l-ekonomiji diġà batuti, bħalma qed jiġri fil-Greċja u postijiet oħrajn, ir-riżultat ikun kompletament kontro-produttiv.
L-Ewropa teħtieg trabbi ftit muskolu ekonomiku. Jeħtieg tinvesti. Teħtieg skemi kreattivi biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi.
Il-Pakkett ta’ Governanza li ġie approvat ma jwassalx biex jintlaħqu dawn il-miri.
Kont ittamajt li l-gruppi politiċi ewlenin kienu se jaħdmu flimkien biex iwasslu għal sett ta’ riformi bilanċjati u intelliġenti li jikkombinaw is-sanzjonijiet mal-inċentivi. Dan kien jgħaqqad lill-Parlament u jagħti lill-iStati Membri dikjarazzjoni soda.
Huwa ferm diżappuntanti li wara ħafna xhur ta’ negozjati ebda waħda mill-proposti tant intelliġenti ma sabet ruħħa f’dan il-Pakkett.
L-Unjoni Ewropea tilfet opportunità kbira.
l-orizzont – 27.06.2011